Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif għażilt il-weightlifting fost sport ieħor? Minn meta kont żgħir niftakarni mmur nara liz-zijiet tiegħi jikkompetu f 'din id-dixxiplina u kont nibqa' mistgħaġeb kif kien jirnexxielhom jerfgħu dawk il-piżijiet daqstant tqal b'daqshekk ħila u veloċità. Għaldaqstant meta kbirt ftit aktar bdejt nitgħallem it-teknika mingħand iz-ziju u z-zija tiegħi u aktar 'il quddiem bdejt nitħarreġ mal-kowċ tiegħi preżenti Jesmond Caruana. Kont ilek żmien tħares 'il quddiem biex tipparteċipa fl-Olimpjadi ta' Rio iżda mbagħad sofrejt minn injury fi spalltek. X'diżappunt ħassejt li ma ħadtx sehem f 'dawn l-Olimpjadi? Iktar milli diżappuntat, kont dispjaċut għax tul din s-sena tlaqt kollox biex inkun nista' nitħarreġ b'mod professjonali. Ma kienx faċli nitħarreġ b'mod professjonali, nistudja l-Università u nlaħħaq max-xogħol part time li kont nagħmel. Fil-fatt, mexxejt l-istudji tiegħi b'sena u naqqast ħafna mix-xogħol sabiex inkun nista' nalloka iktar ħin għat-taħriġ. Però, jien dejjem emmint li ma jistax ikun hemm suċċess mingħajr sagrifiċċju ('no sacrifice without victory'), u għalhekk jien u l-kowċ tiegħi ħdimna bis-sħiħ biex inkun fl-aqwa forma possibli għall-Olimpjadi ta' Rio. Kont fortunat ukoll li sibt ħafna sapport mill-familjari u l-ħbieb, kif ukoll mill-istaff tal- Università ta' Malta specjalment mill- Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u Sport, mill-Kumitat Olimpiku Malti u minn SportMalta. Sfortunatament waqt il-Kampjonati Ewropej ġewwa n-Norveġja (li kienet ukoll il-kompetizzjoni tal- kwalifikazzjoni tiegħi għal Rio) weġġajt spallti u għaldaqstant issuġġerewli li nirtira mill-preparamenti għall- Olimpjadi biex ma nagħmilx iktar ħsara. Ngħid il-verità, kienet ftit diffiċli biex naċċetta din ir-realtà però sibt ħafna għajnuna minn diversi nies li għenuni nifhem li għalkemm l-Olimpjadi kienu importanti, jiena bħala individwu iktar importanti minnhom u għalhekk kien jeħtieġ li l-ewwel nieħu ħsieb saħħti. Wara kollox, għadni żgħir u ninsab ċert li jekk naħdem bis-sħiħ, opportunità oħra tiġi żgur, għalhekk issa qed inħarsu 'l quddiem biex nirranġaw fejn hemm il-ħsara u nkomplu nibnu fuq dak li hemm. X'inhuma l-aħħar żviluppi fuq din l-injury fi spalltek? Wara bosta testijiet li saruli, irriżulta li għandi 'slap lesion' jew aħjar tiċrita fil-labrum tal-ispalla. Għaldaqstant kelli nkun operat biex titranġa t-tiċrita li kien hemm fil-joint. Minn hemm imbagħad bdejt bir-rijabilitazzjoni skont il-pariri tat-tim mediku li qed jieħu ħsiebi. X'tikkumenta fuq il-parteċipazzjoni tal-weightlifter li ħa sehem minflokok, Kyle Micallef, waqt dawn l-Olimpjadi? Kyle huwa atleta eċċellenti f 'kull qasam, fil-fatt kien ta' ispirazzjoni kbira għalija. Barra minn hekk, li kieku ma kienx hu ma kontx nasal fil- livell li qiegħed fih illum għax dejjem nikkompetu bejnietna biex dejjem insiru aħjar u aħjar. Dak li ġara lil Kyle f 'Rio jista' jiġri lil kull atleta fil- weightlifting għax hu sport kumpless ħafna, inklużi l-aqwa atleti li ħafna drabi jkunu favoriti għall-medalji, bħal Behdad Salimi, eks champion olimpiku u champion tad-dinja. Għalhekk, jien inħossni onorat li Kyle irrappreżentana f 'Rio għax naf li ta kollox sabiex ikun jista' jikseb l-aqwa riżultat għal Malta u ninsab ċert li kemm fuq bażi individwali kif ukoll bħala parti mit- tim nazzjonali tal-weightlifting, Kyle ħa jkompli jikseb bosta iktar unuri għal Malta. X'unuri prinċipali rbaħt fil-karriera tiegħek fil-weightlifting? Tul il-karriera tiegħi s'issa kont iffortunat li kelli l-opportunità nirrappreżenta lil Malta f 'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali. L-ikbar unur li qatt ksibt kienu l-midalji tal-bronż u fidda waqt il- Kampjonati tal-Commonwealth ġewwa l-Afrika ta' Isfel. Unuri oħrajn jinkludu diversi midalji tal-bronż u tal-fidda fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar, waqt li matul is-sena li għaddiet irnexxieli nikseb id-disa' post fl-Ewropa fil- Kampjonati Ewropej U23. X'differenza tgħaddi bejn il- weightlifting u l-powerlifting? Ħafna nies iħawduhom ħafna dawn iż-żewġ dixxiplini. Fl-Olympic Weightlifting, il-kompetizzjoni tikkonsisti f 'żewġ lifts: Snatch u Clean & Jerk, filwaqt li fil-Powerlifting il-kompetizzjoni tkun komposta minn: Squat, Bench Press u Deadlift. Dawn huma dixxiplini ferm diversi u għalkemm it-tnejn jinvolvu saħħa kbira, it-tnejn jiġu organizzati b'mod differenti. Weightlifters Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-weightlifting madwar id-dinja? Iva, l-Għaqda tagħna - l-MWA għandha l-unur li tul l-Olimpjadi li għaddew, Malta kienet rappreżentata fil-weightlifting fil- logħob maġġuri kollu madwar id-dinja li jinkludu l-'University Games', il-'Commonwealth Games', 'Mediterranean Games', 'Youth Commonwealth Games', 'Youth Olympic Games' u l-'Olympic Games' dis-sena ġewwa Rio. Barra minn hekk, tul is-sena diversi atleti ta' livelli differenti jkollhom l-opportunità li jikkompetu u jitħarrġu barra minn xtutna. Fil-fehma tiegħi, dan qed iħalli l-frott mixtieq għax il-livell tal-weightlifting f 'Malta qed jitjieb. Personalment, jien nemmen li dan ma kienx ikun possibbli mingħajr il-ħidma bla waqfien tal-president tal-MWA, Jesmond Caruana. X'tikkummenta fuq il-President tal-Malta Weightlifting Association, Jesmond Caruana? Jesmond huwa l-qalb u l-magna ta' din l-Għaqda, u li ma kienx għax- xogħol li jagħmel hu, il-weightlifting f 'Malta ma kienx jieħu l-ispinta 'l quddiem li ħa tul dawn is-snin. Barra minn hekk, Jesmond hu wkoll il-kowċ, u nista' ngħid it-tieni missier tiegħi. Mingħandu, tgħallimt ħafna u żgur li kien pedina importanti ħafna kemm fil-karriera u anke fil-ħajja personali tiegħi. Grazzi għalih u l-familja tiegħu li dejjem tissapportjah, il-weightlifting f 'Malta għandu futur sabiħ. X'għajnuna finanzjarja ssibu minn SportMalta u mill-Kumitat Olimpiku Malti? Il-parteċipazzjoni f 'dawn il- kompetizzjonijiet internazzjonali ma kinitx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna finanzjarja ta' dawn l-istituzzjonijiet. Barra minn hekk bħala atleta, il-Kumitat Olimpiku Malti jipprovdili s-servizzi mediċi b'xejn li huma indispensabbli fil-karriera tiegħi. Però, biex inkun onest din is-sena konna ftit diżappuntati għax għalkemm konna qed nippreparaw għall-Olimpijadi, fondi għalina l-kbar kienu limitati ħafna u ma kien hemm kważi xejn. Fil-fatt, waqt li konna n-Norveġja, fil-kompetizzjoni jien erfajt ma' kowċ Taljan li nzerta huwa ħabib tiegħi għax l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting ma kellhiex fondi biżżejjed biex il-kowċ tiegħi, Jesmond Caruana, jitla' jiggwidani hemmhekk. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u l-istudju tiegħek u mal-weightlifting? Diffiċli, imma possibbli. Tirrikjedi ħafna dixxiplina, sagrifiċċju u sapport mingħand dawk kollha li qegħdin madwari u jinsab viċin tiegħi. F'kull ġurnata, nipprova nqassam kemm jista' jkun il-ħin biex inkun nista' nlaħħaq ma' kollox. Mhux dejjem jirnexxieli nagħmel dan, però nipprova nuża kull sekonda jekk hu possibbli mill-aħjar li nista'. Xi spejjeż partikolari jinvolvi l-isport tal-weightlifting? Bħala sport fih innifsu ma jirrikjedix ħafna spejjeż, però meta tieħdu aktar bis-serjetà u tibda tiffoka aktar biex ittejjeb il-livell jibdew deħlin spejjeż sekondarji bħall-ikel, supplements, massages, fiżjoterapija u safar. U l-weightlifting jinvolvi xejn injuries? Nemmen li kull sport kompetittiv jinvolvi l-injuries u l-weightlifting mhu xejn differenti. Sfortunatament, l-injuries huma parti mill-ħajja ta' kull atleta li jixtieq jeċċella fl-isport għax ngħiduha kif inhi, ilkoll nagħmlu iktar milli jmissna xi kultant. Min- naħa l-oħra, wieħed irid jgħid li bħala dixxiplina, il-weightlifting ma jinvolvix iktar riskju ta' injuries minn dixxiplini oħrajn sakemm it-teknika tiġi osservata u l-atleti jitħarrġu taħt superviżjoni ta' kowċis ikkwalifikati. Konxju wkoll mill-fatt li illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Cristian Antony Muscat Rodmar Pulis - fost l-aqwa weightlifters Maltin li pproduċa l-weightlifting f'pajjiżna f'kull żmien, hekk kif għamel isem għal Malta permezz tad-diversi unuri li rebaħ kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna Sports 34 Fost l-aqwa weightlifters "Għalkemm l-Olimpijadi kienu importanti, jiena bħala individwu iktar importanti minnhom u għalhekk kien jinħtieġ li l-ewwel nieħu ħsieb saħħti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016