Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Elezzjoni Stati Uniti 11 Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Għażla iebsa għall-poplu Amerikan… lil min se jpoġġu fil-White House? North Carolina u Florida jistgħu jiddeterminaw il-futur tal-Istati Uniti, u tad-dinja minn Ruben Anthony Xuereb HEKK kif it-tellieqa għall- elezzjoni ġenerali fl-Istati Uniti waslet fl-aħħar jiem tagħha, diversi stħarriġ s'issa qed juru li aktar ma toqrob l-elezzjoni, iż-żewġ kandidati qegħdin ikunu ras imb'ras fil-preferenzi elettorali minn naħa tal-poplu Amerikan. Fix-xhur li għaddew, il- media internazzjonali kienet iddominata minn din il-kampanja elettorali kontroversjali, li minbarra l-valur politiku li kienu qed joffru ż-żewġ kandidati, kienet aktar iddominata minn skandli u akkużi personali li jinvolvu ż-żewġ kandidati. Fuq naħa waħda hemm Hillary Cinton, Segretarju tal-Istat, eks 'First Lady' u mara bi snin ta' esperjenza fil-politika, u fuq in-naħa l-oħra l-imprenditur biljunarju, eks personalità fuq reality show u karattru kontroversjali, Donald Trump. Bl-iskandli negattivi li ħarġu fuq iż-żewġ naħat u d-dubji li t-tnejn li huma irnexxielhom jixħtu fuq xulxin, jista' jkun li ċajta li qal kummidjant Amerikan, li "l-problema li se jiffaċċja l-poplu Amerikan hija li wieħed minn dawn it-tnejn se jkun il-President li jmiss", taf tkun aktar realtà milli sempliċiment kumment komiku. Clinton vs Trump… x'tgħid l-istatistika Il-kandidata għall-Partit Demokratku Hillary Clinton, bħalissa tinsab biss fuq vantaġġ ta' kważi 2% fuq il-kompetitur tagħha mill-Partit Repubblikan, Donald Trump. Tul il-kampanja kollha, Clinton kienet dejjem b'vantaġġ fuq Trump, u kien biss f 'dawn l-aħħar ġimgħat li l-persentaġġi ta' Trump għolew u qarrbu dawk ta' Clinton, hekk kif l-investigazzjonijiet li qed isiru bħalissa mill-FBI dwar l-iskandlu ta' emails uffiċjali tal-Gvern mibgħuta minn fuq is-server personali tagħha, qed jitfgħu dell ikrah fuq Clinton u jnaqqsu l-fiduċja tal-elettorat fiha. Il-ġimgħa li għaddiet, l-FBI kisbet mandat biex tinvestiga l-emails ta' Clinton. Din kienet żvolta vantaġġjuża għal Trump li żied il-preferenza lejh, speċjalment f 'dawk l-istati li qegħdin jissejħu bħala 'toss- up states', jiġifieri dawk l-istati mingħajr predominanza Repubblikana jew Demokratika. Il-persentaġġi favur Trump kienu ogħla minn dawk ta' Clinton tul xi żmien f 'Mejju li għadda u anke meta Clinton kella vantaġġ fuqu, id-differenza bejniethom ma kinitx sostanzjali. Dan inbidel f 'Settembru li għadda, hekk kif allegazzjonijiet ta' mġiba sessista minn naħa ta' Trump u kummenti li għadda dwar imġiba agressiva fil-konfront tan-nisa raw il- popolarità ta' Clinton tiżdied. Iżda dawn l-aħħar ġimgħat urew li persentaġġ kbir tal- elettorat Amerikan jinġibed lura aktar bi skandli ta' korruzjoni u ħabi milli b'dawk ta' mġiba sesswalment offensiva. Minkejja li l-investigazzjonjiet tal-FBI jafu ma jkunu rriżultaw għal xejn sal-elezzjoni ta' nhar it-Tlieta li ġej, id-dubju fuq l-affidabbiltà ta' Clinton issa nxteħet u r-riżultat tal-elezzjoni huwa issa aktar dubjuż. Ibbażat fuq l-eżitu ta' elezzjonijiet presidenzjali preċedenti, il-voti favur Clinton u l-Partit Demokratiku se jkollhom maġġoranza ċerta fi stati kbar bi predominanza Demokratika bħal New York, New Jersey, Illinois u California. Min-naħa l-oħra, uħud mill-istati li għandhom predominanza Republikana huma dawk ta' Tennessee, Missouri, Louisana u Alabama. Mill-istatistika miġbura minn dawn l-istati, Clinton qiegħda fil- vantaġġ biex issir il-45 president tal-Istati Uniti u l-ewwel mara li qatt okkupat din il-kariga. Iżda l-istatistika bħalissa xorta għada mhux ċerta, u f 'din it-tellieqa ras imb'ras, l-imprenditur biljunarju Donald Trump jista' jissorprendi d-dinja kollha u jkun hu l-inkwilin li jmiss tal-White House. L-Istati 'Toss-Up' se jiddeterminaw l-eżitu tal-elezzjoni L-ikbar stat tal- Amerika, Texas, filwaqt li normalment ikollu predominanza Repubblikana, din id- darba għad jista' joffri sorpriża nhar it-Tlieta li ġej, hekk kif mill-aħħar stħarriġ, il-maġġoranza għadha ma xxaqlibx totalment favur Trump. L-eżitu ta' din l-elezzjoni, li minbarra l-Istati Uniti jista' jeffetwa d-dinja kollha, se jkun kollu mdendel f 'idejn il-votanti minn dawk l-istati li qed jiġu kunsidrati bħala 'tossup'. Mill- aħħar stħarriġ li ttieħed f 'din l-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali, hemm ħafna stati li l-voti minnhom se jkunu deċisivi u jafu jkunu anke ta' sorpriża kbira fl-aħħar minuta. Fi Florida per eżempju, Clinton qiegħda 'l fuq minn Trump b'punt wieħed, filwaqt li f 'Nevada, Colorado, Ohio u Virginia, il-vantaġġ ta' Clinton ivarja bejn erba' u sitt punti biss fuq Trump. Min-naħa tiegħu, Trump igawdi mill-istess vantaġġ ta' ftit punti 'l fuq minn Clinton f 'Arizona, Georgia u North Carolina. F'din it-tellieqa fejn kull vot jgħodd, u kull spekulazzjoni u attakk personali li ż-żewġ kandidati qed jitfgħu lejn xulxin jista' jservi biex idawwar l-opinjoni tal-votanti Amerikani, din l-elezzjoni se tkun waħda storika, li l-eżitu tagħha se jara president tal-Istati Uniti differenti minn kull wieħed li kien hawn qabel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016