Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 6 28 68 83 1 30 19 76 CHEMIMART Pharmacy, 14, Triq Sant'Anna, Floriana ST. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kap- pillan Mifsud, Ħamrun TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi HOLY Cross Pharmacy, 37, Triq il- Kbira, Birkirkara D'ARGENS Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira MELITA Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it- Torri, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard MĠARR Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba BROWN'S Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu HOMPESCH Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura BLOSSOMS Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa KRISTIANNE Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba TALGRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria SOKKORS Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: B'ħafna sħab għoli li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba li ssir lokalment moderata RIĦ: Nofsinhar forza 4 għal 5, lokalment forza 5 għal 6 għal xi ħin, li jdur mil-Lbiċ BAĦAR: Moderat għal qawwi IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx min- Nofsinhar għax-Xlokk L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir il-biċċa l-kbira msaħħab bil-possibilta' tax-xita u ragħad f 'xi waqtiet VIŻIBILITÀ: Tajba lokalment moderata RIĦ: Lbiċ forza 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir mill-Punent il-Lbiċ forza 5 għal 6 mal-lejl BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir qawwi IMBATT: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk li jsir mil-Lbiċ Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: B'liema lingwa taħseb li kienu miktubin dawn il- ħrejjef oriġinarjament? ❏ Persjan ❏ Ingliż ❏ Russu Ibgħat ir-risposta tiegħek sas-17 ta' Novembru f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL L-Iljieli Għarbin Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħa tal-ktieb 'Drawwiet u Tifkiriet Maltin' hija Antonella Micallef bin-numru tal-mowbajl jispiċċa '630' Sewwieq ta' mutur jitlef ħajtu f 'inċident f 'Ħal Far RAĠEL ta' 36 sena, sewwieq ta' mutur, tilef ħajtu f 'inċident traġiku li seħħ għall-ħabta tas-18:00 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq Ħal-Far, Ħal-Far. Il-mutur Honda, li s-sewwieq tiegħu tilef ħajtu mal-impatt, ħabat ma' karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn ġuvni ta' 19-il sena residenti Ħal Luqa. Is-sewwieq tal-karozza ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura waqt li l-katavru tas-sewwieq tal-mutur baqa' fuq il-post għal xi ħin sakemm il-Pulizija kkonfermat l-identità tiegħu Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. Raġel ta' 55 sena jindarab gravi wara li ttajjar fid-drive-in ILBIERAĦ filgħodu, raġel ta' 55 sena mir-Rabat, ittajjar minn karozza fid-drive-in tiegħu stess fi Triq Ħad-Dingli, ir-Rabat. Il-karozza li tajritu kienet misjuqa minn raġel ta' 70 sena residenti r-Rabat ukoll. Il-Pulizija ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tal- 11:15 meta r-raġel midrub instab f 'drive-in fi Triq Ħad- Dingli. Il-Pulizija mid-Distrett tar-Rabat marru minnufih fuq il-post, flimkien ma' ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 55 sena l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. Argument bejn erbat irġiel iħalli wieħed minnhom imweġġa' gravi GĦALLĦABTA tad-09:45 tal-bieraħ filgħodu, seħħ argument bejn erbat irġiel fi Triq Giuliano Maniscalco, Marsaxlokk. Waqt dan l-argument, wieħed mill- irġiel, ta' 62 sena, deher li kien sofra xi ġrieħi. Fuq il-post issejjħu l-Pulizija, flimkien ma' ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-Investigazzjonijiet mill-Għassa ta' Birżebbuġa għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016