Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 24 Kummerċjali L-inbid Lebaniż ta' Château Ksara f 'Malta F'Santa Monika din il-ġimgħa Jessie żżur lil ommha, iżda kif se tiżvolgi l-laqgħa ta' bejniethom? Andrea tqalleb fl-albums l-antiki tar-ritratti ta' ommha, imma Marija iżda ma tieħux pjaċir, l-aktar wara li Andrea tgħidilha dak li osservat. Graziella xejn ma tieħu pjaċir b'dak li Paul iqabbadha tagħmel u għal darb'oħra tirvella. Jessie mdejqa tmur lejn il- ħabs ta' Santa Monika fejn tiġi wiċċ imb' wiċċ ma' Catherine. _____ X'qed tippjana Sandra? Judith tkompli tosserva kull moviment tagħha. Andrea tagħmel ħafna mistoqsijiet. Paul jirċievi telefonata li tgerfxu. Intant, iseħħ konfront ieħor bejn Catherine u Graziella, din id-darba fil-preżenza ta' Silvio. ____ Argument bejn Jessie u Marija jwassal biex Andrea tiddeffes fin-nofs. Doris tixtieq tmur għall-magħmudija tan-neputi tagħha. Iżda x'inhuwa l-iskop veru tagħha? Paul jirċievi aktar telefonati anonimi. Judith titlob lil Ina biex titkixxef kif Elaine qed tikseb qed id-droga fil-ħabs. Silvio maqbud għal darb'oħra bejn Catherine u Graziella. ____ Id-destin xejn mhu favur Jessie hekk kif hi titlaq kontra qalbha mid-dar ta' bintha Marija. Ċettina tmur tard biex tkellem lil bintha. X'se jiġri issa? Sandra tkompli tkun passiva għal dak li qed jiġri fil-ħabs waqt li Claudia tkompli timmanuvra. Elaine issib ruħha f 'xeba inkwiet... u magħha daħħal ukoll lil Judith. Paul jistenna l-wasla ta' gwardjan ġdid.... _____ Uħud min-nisa jkollhom il-viżitatura u b'hekk niskopru aktar dwar il-ħajja taghhom barra mill-ħabs ta' Santa Monika. Paul xejn ma jieħu grazzja ma' Vince, il-gwardjan li fuqu ġie impost biex jimpjega... L-għaqda Dwal Ġodda tgħaqqad il-passat u l-preżent f ' 'HU?' X'jiġri meta personaġġ misterjuż, Wiġi Scerri, jitfaċċa f 'Għar San Brinkat, biswit 'Top of the World' ('Għaxqet l-Għajn') bejn Baħar iċ- Ċagħaq u r-raħal ta' Ħal Għargħur. Għalliema, Petra, qed tfassal kif hemmhekk tagħmel xi lezzjonijiet għat-tfal tal-klassi tagħha. Seħibha Stefan jitfantas. Biċe u Ġanni, żewġ sindikajri primaklassi, żaqqhom ħa taqa' sa ma jkunu jafu kif u x'fatta – u għaliex Wiġi jilbes ta' mara. Saħansitra jsiru jafu l-mezzi tax-xandir. U grupp ta' mużiċisti jissoktaw jixorbu tnebbieħ għall-mużika tagħhom minn dak il-għar misterjuż. Il-Muża tqanqal kemm lil Petra kif ukoll lil Wiġi – li ma jafx għaliex qed iħossu 'jixxotta'. Iżda s'issa l-ġrajja għada biss bdiet tintiseġ. L-għaqda teatrali DWAL ĠODDA se tazzarda tieħu lill- udjenza fl-imgħoddi hi u ġġib persunaġġi mill-imgħoddi fi żmienna. Sala Parrokkjali ta' Ħal Għargħur tinbidel f 'teatru u r-realtà u l-fantasija jitbewsu fil- produzzjoni HU? (kitba Martin Gauci u WS) nhar il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta' Novembru mit-8.00pm u l-Ħadd 20 ta' Novembru mis-6.30pm. Saħansitra l-intervalli jsiru parti mir-reċta. Jista' jkun li kollox jagħqad – jew jitħabbel iktar – jekk Wiġi u Petra jirnexxilhom jibnu reċta li għaliha beħsiebhom jistiednu nies mir-raħal u oħrajn. U min se jieħu/jagħti sehem fiha? Jaf ftit taqgħalhom f 'rashom li ġrajjet Wiġi Scerri tista' tagħti lemħa lil dik ta' William Shakespeare, li dis-sena jagħlaq 400 u xi 52 sena magħhom. Imma huwa sewwa sew HU? Dwar dan, l-udjenza se toħroġ tiddelibera. Iktar informazzjoni fuq il- paġna ta' Facebook. Kien fl-1857 meta l-qassisin Ġiżwiti produċew l-ewwel inbid aħmar dry tal-Lebanon, prodott ta' Château Ksara li llum hi l-eqdem, l-ikbar u l-aktar fabbrika tal-inbid fil-Lebanon li jżuruha nies, b'40,000 viżitatur kull sena. Château Ksara ppreservat il-wirt rikk tal-produzzjoni tal-inbid għal aktar minn 150 sena, ħaġa li sservi ta' bażi għall-industrija moderna tal-produzzjoni tal-inbid fil- Lebanon. Id-dwieli kollha ta' Ksara jinsabu fil-parti ċentrali u fix- Xlokk tal-wied Bekaa. Il-wied qiegħed f'għoli medju ta' 1,000 metru u jgawdi mis-sjuf xotti tal-pajjiż. Għandu vantaġġ ieħor għax jixrob mill-ħażna tal-ilma naturali tal-pjan li tinġabar mis-silġ li jinħall u jinżel mill-muntanji tal-Lebanon u l-Anti- Lebanon. L-inbid Château Ksara Rouge hu taħlita ta' Cabernet Sauvignon, Merlot u Petit Verdot, li jitħalla jimmatura fil-btieti tal- injam tal-ballut għal 12-il xahar. Dan il-metodu Lebaniż ta' taħlita tradizzjonali għandu l-għan li jħalli l-inbid jimmatura billi jieħu l-ħin tiegħu. L-aromi tar-raspberry, it-tut u l-vanilla joħolqu palat qawwi, pikkanti u kremuż b'kumplessità u tul straordinarju. L-inbejjed l-oħra ta' Ksara, li ssibhom lokalment, huma l-Blanc des Blancs, l-inbid ħelu Moscatel, ir-Reserve du Couvent u l-inbid prim Le Souverain ta' lewn vjola-aħmar skur, b'taħlita ta' frott irqiq skur u b'togħma ta' maskta, fenugreek u ħarrub, flimkien ma' taħlita kumplessa ta' aromi. Château Ksara tipproduċi wkoll il-Ksarak – eżempju eċċezzjonali tal-Arak, ix-xarba nazzjonali tal-Lebanon, li ssir mill-alkoħol tal-ifjen għeneb li miegħu tiżdied iż-żerriegħa tal- ħlewwa min-naħa ta' Al Heenah tal-Muntanja Hermon (meqjusa bħala l-ifjen żerriegħa fid-dinja). L-ispirtu hu ddistillat biex jerħi Arak mill-aktar pur u mbagħad jitħalla jimmatura għal sentejn f'ġarar tal-fuħħar. L-inbejjed u l-arak ta' Château Ksara huma impurtati, irreklamati u mqassma minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons. Gawdi Dubaj permezz ta' pakketti speċjali mingħand Emirates Holidays Għal dawk il-vjaġġaturi minn Malta li qed ifittxu btala kwieta u rilassanti, m'hemmx għalfejn ikomplu joħolmu iktar. Issa jistgħu jħarsu 'l quddiem biex igawdu Dubaj, permezz ta' pakketti speċjali ta' tlett iljieli li jibdew minn €499 biss. Emirates Holidays, il-fergħa tal-ivjaġġar tal-Emirates, qed toffri prezz inkredibbli għall- ivvjaġġar lejn Dubaj. Il-vjaġġaturi jistgħu jagħżlu bejn lukandi ta' 3, 4 jew 5 stilel kollha bi prezz imraħħas. Il-pakketti jinkludu akkomodazzjoni ta' tlett iljieli f'kamra twin jew sharing, servizz ta' meet & assist mal-wasla, kolazzjon kuljum u l-biljett tal- ajru Malta-Dubaj-Malta fil-Klassi tal-Ekonomija. Wieħed jista' jżid aktar iljieli u jibbukkja wkoll ġiti. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Minn bajjiet b'ilma sħun tal-Golf Għarbi, sa meravilji tal-arkitettura li jmissu s-sema u jagħtu karattru uniku lil din d-destinazzjoni, il- belt ta' Dubaj hi tassew dinamika b'uħud mill-iktar attrazzjonijiet uniċi u moderni fid-dinja. Permezz tal-pakketti speċjali ta' Emirates Holidays għall- vjaġġi lejn Dubaj mill-1 sal-31 ta' Novembru, Emirates qed tistieden lill-passiġġieri biex jesperjenzaw l-aqwa li l-belt tista' toffri mingħajr ma joħorġu ħafna flus. Barra minn hekk, il-passiġġieri jgawdu mis-servizz rinomat għall-kwalità ta' Emirates, filwaqt li jiddevertu permezz ta' iktar minn 2,500 stazzjon ta' divertiment. B'hekk il-vjaġġ isir wieħed memorabbli daqs id- destinazzjoni nnifisha. Bookings għandhom isiru sal-aħħar ta' Novembru 2016 fl-uffiċini ta' Emirates Holidays li jinsabu fil-Florjana u Mosta. Wieħed jista' wkoll jikkuntattja lil Emirates Holidays fuq in-numru tat-telefon: 2015 1340. Btala tal-ħolm f 'Dubaj tista' ssir realtà dan ix-xahar permezz tal-pakketti speċjali ta' Emirates Holidays

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016