Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet Rolling, action...u morna l-baħar minn Albert Gauci Cunningham WARA sena rekord fl- 2015, din is-sena kienet waħda pjuttost batuta għall-industrija tal-films f 'pajjiżna. Fil-fatt, sorsi li tkellmu mal-ILLUM, spegaw kif kollox qed jindika li kkumparat mas-sena 2015, din is-sena huwa mistenni li l-industrija timmarka tnaqqis ta' aktar minn 50%. Dan ifisser li l-kontribut fl- ekonomija mistenni jonqos b'aktar minn €50 miljun, hekk kif is-sena l-oħra films kbar bħal 'Assasin's Creed', '13 Hours' ,'Apocalypse' u 'The Promise' wasslu lil Malta biex tara injezzjoni rekord ta' €100 miljun fi dħul minn dan is-settur Is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM spjegaw kif it-tnaqqis pjuttost drastiku fid-dħul, li jista' saħansitra jiżboq sew il-50%, jaf l-għerq tiegħu f 'realtajiet fid-domanda kif ukoll mill-fatt li l-film 'The Mummy', li partijiet minnu kellhom jinġibdu f 'pajjiżna fl-ewwel nofs ta' din is-sena, ġie rilokat għan-Namibja. Huwa mifhum li din kienet deċiżjoni tal-producer u l-attur Tom Cruise, minħabba diversi raġunijiet, fosthom l-istat fqir immens li fihom jinsabu l-Malta Film Studios u Forti Ricasoli, fejn normalment jinġibdu l-films. Dan it-tnaqqis fix-xogħol kellu effett ta' telfien ta' impjiegi jew tnaqqis konsiderevoli fid-dħul ta' bosta nies li jaħdmu fis- settur tal-films, b'ħafna persuni jabbandunaw l-industrija u jfitxxu impjieg aktar stabbli xi mkien ieħor. Aktar minn hekk, minħabba li din is-sena ma kienx hemm films ta' ċerta kobor imma biss produzzjonijiet żgħar u oħrajn kummerċjali, jista' jkun li t-tnaqqis saħansitra jiżboq sew il-50%, spjegaw is-sorsi mill-istess industrija li tkellmu mal- ILLUM. Intant f 'kuntatt ma' din il-gazzetta, Jean Pierre Borg kelliem għall-Kummissjoni tal-Films, la ċaħad u lanqas ikkonferma l-informazzjoni li għandha din il-gazzetta. Huwa qal biss li ċ-ċifri għadhom mhux pubbliċi u għalhekk jippreferi li jistenna. Huwa ammetta iżda li din kienet sena diffiċli, għalkemm saħaq li dan kien sforz realtajiet tad-domanda f 'dan is-suq. "Din id-darba ma kellniex domanda biżżejjed għal produzzjonijiet li jinkludu lokazzjonijiet partikolari li f 'Malta jistgħu jkunu użati jew adattati. Għalhekk, il-produzzjonijiet ma kinux jinvolvu crews kbar bħas-sena l-oħra. Jiġifieri," kompla jgħid il-kelliem, "jekk irridu nkunu realistiċi, bilfors irridu nammettu li din is-sena ma kinitx pożittiva bħas-sena l-oħra, meta ż-żidiet kienu pjuttost kbar. Ma ninsewx iżda, li f 'dawn l-aħħar sentejn kien hawn ħafna xogħol u hemm min għamel qligħ tajjeb ukoll." Fil-fatt, fl-2013 l-industrija kienet irreġistrat dħul żgħir ta' madwar €5 miljuni, li mbagħad żdied b'mod qawwi għal €29 miljun fl- 2014, sakemm fl-2015 l-ammont tad-dħul sploda għal €100 miljun, b'kważi nofs dan l-ammont jidher li ġie mill-films '13 Hours' u 'Assasin's Creed'. L-ewwel investiment wara ħafna snin għas-sena d-dieħla L-ILLUM staqsiet allura kif qatt din l-industrija tista' toffri karriera lil xi ħadd jekk se tibqa' daqstant volatili u instabbli? Il-kelliem għall- Kummissjoni tal-Films saħaq li s-sena d-dieħla se tkun waħda pjuttost kruċjali, hekk kif se tfisser li se jsir l-ewwel investiment fi snin twal ħafna. Is-sena d-dieħla, il-Malta Film Studios fil-Kalkara mistenni jaqa' taħt il- privat biex jibda proġett ta' investiment li mistenni jwassal għar-riġenerazzjoni kompleta tal-istudios kif ukoll tat-tankijiet. "It- tankijiet u l-faċilitajiet, li fuqhom ilu ma jsir investiment snin twal, huma s-sinsla ta' din l-industrija," qalilna Borg. "Aħna dejjem konna noffru lokazzjonijiet fuq barra, imma meta niġu biex nibnu sets niffaċċjaw problema. Dan l-investiment, issa għandu jbiddel din is-sitwazzjoni u nikkumplimentaw l-inizjattivi tal-Gvern, flimkien mar-rati tajbin li noffru b'infrastruttura tajba." Il-privatizzazzjoni tal- Malta Film Studios bħalissa tinsab fil-fażi fejn qed jiġu milqugħin il-proposti, biex aktar tard din is-sena jkun magħżul wieħed. Il-kumpaniji li wrew interess u rrispondew għall- Espressjoni ta' Interess kienu Golden Zephyr mill-Istati Uniti, Island Productions u Safet Spa t-tnejn mill-Italja u Pinewood u Madiante mir- Renju Unit. • Huwa mistenni li jkun reġistrat tnaqqis ta' aktar minn 50% fi d- dħul mill-industrija tal-fi lms • Wara snin twal ta' telqa, fl -2017 se jibda l-investiment fi l-Malta Film Studios Ma kienet sena tajba xejn għall-idustrija tal-films Ħadd mhu se jmiss is-servizz taċ-'child-care' f 'Mater Dei Il-Ministru tas-Saħħa jiċħad xnigħat li s-servizz taċ-'child-care' għall-impjegati ta' Mater Dei se jiġi mwaqqaf minn Ruben Anthony Xuereb 'ĦADD mhu se jkun qed imiss is-servizz taċ- childcare mogħti mill- Isptar Mater Dei bħalissa. Din hija l-pożizzjoni uffiċjali mogħtija lil din il-gazzetta mill- Ministeru tas-Saħħa, dwar mistoqsija li l-gazzetta ILLUM għamlitilhom dwar dubji fuq il-futur tas- servizz ta' childcare offrut lill-impjegati tal- Isptar Mater Dei. Il-kwistjoni ġiet imressqa quddiem il- Ministeru tas-Saħħa wara li numru ta' ħaddiema fl-Isptar għamlu kuntatt mal-ILLUM ġiet infurmata minn xi ħaddiema tal-Isptar Mater Dei li semgħu li ċ-'childcare centre' għall- ħaddiema ta' Mater Dei se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu. Dawn il- ġenituri, kienu kollha inkwetati serjament dwar din l-allegazzjoni peress li għalihom is-servizz taċ- childcare huwa servizz essenzjali li permezz tiegħu jistgħu jibqgħu jaħdmu minkejja li għandhom tfal żgħar. L-istess impjegati tal- Isptar li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu li meta huma saħansitra għamlu kuntatt mal- Unions, ġew infurmati li l-Gvern mhux obbligat li jipprovdilhom dan is-servizz. Dawn il-ġenituri mħassba esprimew il- frustrazzjoni tagħhom għall- possibbiltà li jingħalqilhom is-servizz ta' childcare għax ħassew li tkun inġustizzja li wara li l-Gvern b'suċċess kbir qiegħed jipprovdi servizz ta' child care b'xejn sabiex jinkoraġġixxi lil ħafna nisa jerġgħu joħorġu jaħdmu, kienu se jkunu propju huma li jitilfu dan is-servizz. Minkejja dan, it-tħassib ta' dawn il-ġenituri ma kienx minnu, għaliex dan kien biss każ ta' miżinformazzjoni, u dan is-servizz se jibqa' jiġi pprovdut kif inhu fil-preżent, bl-istess kundizzjonijiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016