Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Sports 33 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 uliedna mhumiex għall-bejgħ nies li jaqblu li l-ulied mhumiex għal bejgħ, biex jiffirmaw il- petizzjoni u jkunu protagonisti fit- tibdil neċessarju għal ġid tal- futbol lokali u l-ġenerazzjonijiet futuri. Wieħed jista' jiffirma billi jidħol fuq il-paġna tal- Malta Football Players Association fuq facebook u jagħfas il-link li jidderiġieh għall- petizzjoni. Jekk jiltaqa' ma' xi diffikultà, wieġed jista' jikkuntattja lill-MFPA fuq l-indirizz elettroniku, info@ maltafpa.com. ta' Mauro Icardi' - Giampiero Ventura għaliex hu ġie msejjaħ meta dan il-kampjonat diġà kien beda u mhux faċli għal kowċ barrani, li ma jafx jitkellem bit-Taljan u ftit jaf dwar is-Serie A. Ventura kompla li De Boer kellu bżonn iż- żmien biex jifhem x'kien qed jiġri u jara x'jista jagħmel fl-Italja, fejn iżda huwa ma ġiex mogħti din il-possibbiltà hekk kif spiċċa biex tneħħa mid-diriġenza ta' Inter. Intant, l-eks goalkeeper ta' Juventus Stefano Tacconi jemmen li l-kontroversja ta' Mauro Icardi qatt ma kienet ser tiġri mal-Bianconeri. Inkredibbilment ħadd fil- klabb ta' Inter ma qara dan il-ktieb u Tacconi jaħseb li każ bħal dan qatt ma kien jiġri ma' Juventus. Tacconi qal li l-klabb ta' Juventus hu tassew organizzat u ma jħallix xi ħaġa bħal din li tista' tirrabja lill-partitarji taħrabilhom minn taħt idejhom u jinsab ċert li kieku l-klabb minn Turin kien jiċċekkja l-ktieb minn qabel." Barra minn hekk, l-eks attakkant ta' Inter Diego Milito, ikkritika lil Mauro Icardi għall-kummenti bla bżonn u mhux opportuni, fejn qal li l-kummnet ta' Icardi kien wieħed mhux opportun u li se jpoġġih f 'kunflitt mal-partitarji, waqt li huwa żgur li dan il- kumment mhu ser jgħin lil ħadd. Min-naħa l-oħra, l-eks plejer leġġendarju ta' Inter, Sandro Mazzola, sostna li Mauro Icardi għandu jinbiegħ fejn uża kliem aħrax fil-konfront tal-attakkant Arġentin. Mazzola qal li Inter għandhom jikkunsidraw li jbigħu lill-plejer u ssuġġerixxa li l-plejer ftit kien qed jingħata pariri tajbin mill-aġent u mill-mara tiegħu Wanda Icardi. Huwa qal li jħoss li l-klabb għandu jieħu azzjoni mmedjata u jtemm ir-relazzjoni mal-plejer fi tmiem dan l-istaġun, waqt li sadanittant Inter għandhom ineħħu lil Icardi minn captain u jaħtru wieħed minn sħabu minfloku. Intant, il-klabb ta' Inter qed jikkunsidra biex jieħu azzjoni legali kontra dan l-attakkant Arġentin, fejn se jkun qed jitlob kumpens għal dak li kiteb fl-awtobijografija fil- konfront tal-partitarji ultras minħabba li din is-sezzjoni fiha biss nofs veritajiet. Fil-fatt, issa l-partitarji ma jridux li Icardi jkollu x'jaqsam aktar man-Neroazzurri u qed jitolbu biex jintgħażilx aktar fil-formazzjoni sakemm jispiċċa biex jinbiegħ.