Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
illum Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Sports 32 Tkompli l-għajta tal-MFPA li uliedna MINN wara t-tnedija tal-petizzjoni li l-MFPA (Assoċjazzjoni Maltija tal-Plejers tal-Futbol) niediet sabiex tiġi mneħħija in-nursery compensation fee, il- frazi fuq fomm kulħadd hija waħda, 'Ma kontx naf biha din, sitwazzjoni tal-biki!'. Il-verità hi, li ħlief dawk il-familji li għaddew minnha, ftit jafu fuqha u fuq l-abbużi li xi drabi jseħħu minħabba f 'hekk. Erba' snin ilu meta ġiet imwaqqfa l-MFPA, il-ġenituri ta' tfal f 'din is-sitwazzjoni kerha, kienu l-ewwel klienti, u minn dak iż-żmien 'l-hawn, l-MFPA ilha snin tirsisti sabiex ir-regolamenti tal-MFA jinbidlu sabiex jingħalqu l-opportunitajiet għall-abbuż. Infatti, meta kienu saru d-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-istatus tal- plejers, l-MFPA kienet voċifera ħafna fuq in- neċessità ta' tibdil. Il- kumpens li llum huwa ta' €300 kellu jinżel għal €250, u l-perjodu li fih tfal setgħu jiċċaqilqu minn klabb għal ieħor kellu jiżdied. Barra minn hekk, ir-'Retained List' kellha tinkludi biss 24 plejer fuqha, u dan kellu jinkludi plejers mislufin ukoll. Sfortunatament, xejn minn dawn it-tibdiliet żgħar li ħambqet fuqhom l-MFPA ma ntlaqgħu. Illum għandna każijiet fejn tfal li mhumiex fil-pjanijiet tal-klabb u huma mislufin, mhumiex inklużi fil-lista ta' 24 mal-ebda tim, però jekk it-tifel irid jiċċaqlaq, xorta tapplika n-'nursery compensation fee'. Din hija sitwazzjoni fejn tħalli tfal ma jilagħbux għal snin, sakemm ma jitħallsu l-ammonti rikjest, bħal li kieku uliedna huma għall- bejgħ. Min-naħa l-oħra, fost affarijiet li ġew introdotti permezz tar-riforma tal- istatus tal-plejers, hemm dik li tissejjaħ 'training compensation'. Li dan ifisser huwa, li meta plejer jiffirma l-ewwel kuntratt tiegħu bħala plejer professjonali, jitħallas kumpens lin-nurseries li kienu parti mit-taħriġ ta' dan il-plejer bejn l-età ta' 12 u 21 sena. Għal dan il-kumpens, l-MFPA m'għandhiex oġġezzjoni, iżda tħoss li mhuwiex ġust li fuq tifel minorenni, fil- mument preżenti hemm 'nursery compensation', 'training compensation', 'annual membership fee' u 'kit fee'. L-MFPA ssostni li ma tixtieqx tpoġġi lin- nurseries kollha f 'keffa waħda, u taf li jeżistu nurseries li ma jabbużawx mill-imħabba li t-tfal għandhom għal din il- logħba, però ma tistax ma tiddefendix u tiġġilidx għal każijiet bħal dak li kellha riċentement, fejn għal tifel tal- Under 14, intalbu €3,500 f 'nursery compensation fee biss. Ma tistax tibqa' taċċetta sitwazzjoni fejn l-MFA tagħlaq widnejha għal dawn l-abbużi u ma tagħmel xejn biex permezz ta' tibdil fir-regoli, dawn is-sitwazzjonijiet li jweġġgħu lit-tfal tagħna u jbegħduhom mil-futbol, jintranġaw. L-MFPA tifhem li n-nurseries għandhom l-ispejjeż tagħhom, u taċċetta jekk il-miżata annwali togħla ftit biex tkopri l-ispejjez. Hija wkoll favur dik li tissejjaħ 'FIFA solidarity mechanism', fejn persentaġġ tat-transfer fee (eżempju 5% jew 10%) meta jinbiegħ plejer adult bejn klabb u ieħor, tmur għal dawk in-nurseries li ħarrġu lill-plejer bejn l-età ta' 12 u 21 sena. Iżda ssosstni li n-'nursery compensation fee' hekk kif inhi fil-preżent, hija sors ta' abbuż li jagħmel ħafna ħsara għall-ġid tal-futbol f 'Malta. Il-petizzjoni qed isservi biex issir diskussjoni onesta u biex titfa' dawl fuq sitwazzjonijiet eżistenti fil-futbol Malti. L-MFPA tħeġġeġ in- 'L-MFA se tibqa' parti kbira minn ħajti għal dejjem' - Bjorn Vassallo FL24 ta' Ottubru sar magħruf li Bjorn Vassallo kien inħatar biex jibda jokkupa l-kariga prestiġjuża ta' Direttur tal- Assoċjazzjonijiet Ewropej membri fi ħdan il-FIFA. Vassallo, daħal jaħdem mal-MFA fl-2010, l-ewwel fl-irwol ta' Kap Eżekuttiv u wara bħala Segretarju Ġenerali, u kien parti integrali mir-riforma li għaddiet minnha l-MFA matul l-aħħar snin biex illum tinsab f 'pożizzjoni aħjar minn qatt qabel li timplimenta dawk il- ħtiġijiet li għandhom iwasslu biex il-futbol f 'Malta jkompli jevolvi grazzi għas-sehem ta' dawk kollha li jaħdmu fl-operat tal-logħba domestika. Żgur li huwa unur għall- MFA u għall-futbol Malti li l-eks Segretarju Ġenerali issa se jkun qiegħed jaħdem fuq sfidi akbar fi ħdan l-akbar organizzazzjoni tal- football fid-dinja, il-FIFA. Intant, waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew, din il-gazzetta ma setatx tonqos milli titlob informazzjoni lil Bjorn Vassallo nnifsu rigward kif se jkunu qed jimxu l-affarijiet minn issa 'l quddiem u xi proċess se jkun qed jiskatta biex jinħatar Segretarju Ġenerali ġdid għall-MFA. Huwa qal li jkun il-president tal- MFA Norman Darmanin Demajo li jinnomina Segretarju Ġenerali ġdid biex imbagħad dan jiġi kkonfermat mill-membri tal-Kunsill tal-MFA matul il-jiem li ġejjin, biċ-ċans ikun dak li dan jinħatar fil-Laqgħa tal-Kunsill li jmiss li se ssir propju għada t-Tnejn 7 ta' Novembru. Fi kliemu, Bjorn Vassallo saħaq li: "Se nħalli warajja patrimonju li flimkien, bis-saħħa ta' kulħadd, fl-aħħar snin, irnexxielna nimmodernizzawh u nagħtuh dak li jixraqlu. L-MFA se tibqa' parti kbira minn ħajti għal dejjem. Kull bidu fih it-tmiem u dan għalija wasal ukoll. Inħeġġeġ lil kull min xi darba jiġu fuqu affarijiet hekk biex jagħmel il- kuraġġ, ma jibżax, u jieħu l-aħjar deċiżjoni għal ġid ta' kulħadd. Matul l-aħħar snin ħdimt ma' tim ta' nies professjonali biex flimkien inpoġġu l-futbol Malti f 'pożizzjoni aħjar. Nammetti li fil-bidu sibt sodda diffiċli għax ċaqlaqna affarijiet li kienu ilhom staġnati snin. Iżda kuntent li min ġej warajja se jaħdem ħafna aħjar u se jkollu sodda mifruxa sew. Irrid nirringrazzja lil kull min appoġġja l-viżjoni li kellu Norman Darmanin Demajo f 'dawn l-aħħar sitt snin." Bjorn Vassallo imkien mal- President tal-FIFA, Gianni Infantino 'Parti mill-kriżi ta' Inter hija kaġun ta' minn Cristian Antony Muscat JEKK hemm tim li sa issa qed ikollu staġun diżastruż madwar l-Ewropa, m'hemmx dubju li dan huwa dak ta' Inter fil-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja. Dan wassal biex wara biss 11-il logħba u 84 ġurnata bħala kowċ ta' Inter, nhar it-Tlieta li għadda, Frank De Boer tneħħa minn kowċ ta' dan it-tim minn Milan. Fi sfond għal dan, il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Giampiero Ventura, qal li parti mit-tort tal-kriżi ta' Inter huwa tal-attakkant Arġentin, Mauro Icardi. Riċentament Icardi kellu battibekki mal-partitarji Ultra Interisti minħabba l-awtobijografija li kiteb u li fiha nvolva lill- kap tal- partitarji Ultra Interisti. Ventura qal li huwa żmien diffiċli għal kulħadd li jinsab jaħdem fil-kamp ta' Inter iżda skont hu, kien Icardi stess li poġġa lilu nnifsu f 'din il-pożizzjoni. Huwa tenna li ma qabilx mat-tneħħija tal- kowċ Frank de Boer, hekk kif qal li hu għandu inqas ħtija Partitarji ta' Inter iridu li Mauro Icardi jinbiegħ mid-diriġenza tan-Neroazzurri