Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

W ieħed mill-aħjar programmi soċjo- kulturali hu Malta u Lil Hinn Minnha (TVM), programm riċerkat tajjeb b'fotografija sensittiva ta' Alvin Scicluna u t-tim tiegħu. F'edizzjoni reċenti, il- programm introduċa lill-Professur Joe Portelli, li qatta' 39 sena ma' komunitajiet tal-Maltin fil- Kanada, fi Quebec, Halifax u Toronto, fost oħrajn. Portelli qabad il-kwistjoni ta' kif, b'xorti ħażina, il-kultura Maltija fil- Kanada tilfet u baqgħet titlef il-prijorità tagħha, kuntrarjament għal dak li ġara fost komunitajiet indiġeni oħra; Taljani, Griegi, Serbi, Kroati u oħrajn li emigraw fil- perjodu ta' bejn iż-żewġ gwerer. Skont il-Prof Portelli l-għeluq tal-klabbs tal- Maltin fil-Kanada wassal għall-firda bejn l-anzjani tal-ewwel ġenerazzjoni u t-tielet waħda. Din hi wkoll is-sitwazzjoni li evolviet fl-Awstralja, fejn l-ewwel ġenerazzjoni u t-tieni ċaħdu l-identità kulturali Maltija tagħhom. Dan stajt narah b'għajnejja stess fis-sitt xhur li għamilt ngħix Melbourne fl-2013 fejn jgħixu wkoll iż-żewġ uliedi. M'hemmx apprezzament għall-kultura indiġena Maltija anzi, iż-żgħażagħ aktarx jistħu jgħidu mnejn huma mnisslin. Dan ifisser li dak li qal il-Professur Portelli jgħodd għaż-żewġ pajjiżi u forsi l-gvern Malti jaħti wkoll għal din l-indifferenza tal-Maltin emigranti. Il-valeni tal-insettiċidi F'Russia Today (RT) intwera kif tunnellati kbar ta' pestiċidi qed jintużaw kull sena fl-Ewropa, l-aktar fi Franza, "li jimminaw is- saħħa tal-bniedem, l-aktar tat-tfal." Fost iż-żoni tal-pestiċidi, fi Franza m'hemmx dubju dwar ir-rabta bejn il- pestiċidi u mard mortali bħall-kanċer, provokati b'aġenti kimiċi fl-arja. F'esperiment li RT għamlet fuq tfal fi skola primarja qrib għelieqi tad-dwieli, instab li f 'xagħarhom, dawn it-tfal kellhom it-traċċi ta' 44 pestiċida differenti. Il-qligħ massiv tal-biljuni qed imur fil-kontijiet ta' korporazzjonijiet bħal Bayer li qed tgħatti l-operat tagħha bil-produzzjoni ta' mediċini bħall-aspirina. Bayer għandha slogan innoċenti: Science for a better life. Tgħid li kull prodott jista' jkun perikoluż, inkluż l-alkoħol. Issa, il-grupp Collective Autism sab li l-pestiċidi qed jikkawżaw spettru wiesa' ta' awtiżmu sever fit-tfal, l-aktar dawk qrib l-oqsma taċ-ċitru, sprejjati b'volum qawwi u regolarment qrib il-fruntiera mal-Messiku. Haiti hu post ieħor fejn multinazzjonali bħal Dow, Du Pont u Syngenta qed jużaw pestiċidi li qed jikkawżaw diformazzjonijiet atroċi fit-trabi, fosthom dawk li jitwieldu b'imsarinhom barra. It-tfal huma fost l-akbar vittmi. U nafu min huma r-rebbieħa. L-edukazzjoni mingħajr skola Dan l-aħħar f 'Xarabank (TVM) deher missier żagħżugħ jiddikjara li ma jridx jeduka lil bintu fi skola għax m'għadux jaqbel mas- sistema edukattiva f 'Malta: hi riġida, mingħajr enerġija u mingħajr viżjoni. Miegħu, prima facie, deher jaqbel il-Professur Carmel Borg mill-Fakultà tal- Edukazzjoni fl-Università ta' Malta. Din l-edizzjoni ta' Xarabank ħabtet ma' edizzjoni ta' Deutsche Welle (DW) minn West Virginia fejn familja estiża trid tapplika sistema ta' edukazzjoni fid-dar (home schooling). Il-missier, veteran fl-Iraq, qal li l-politiċi kkorrompew is-sistema edukattiva u kissru l-valuri Kristjani tat- tradizzjoni Amerikana. Qal li l-poter politiku m'għandux jibqa' ikkonċentrat f 'Washington iżda għandu jkun mifrux mal-istati kollha, kif kien isir qabel. L-omm, eks għalliema, sostniet li hi u żewġha m'għadx għandhom fiduċja fl-istrutturi tal-edukazzjoni fl-Istati Uniti u persważi li jistgħu jagħtu edukazzjoni ħafna aħjar fid-dar stess, fi ħdan il-familja. Madwar l-Amerika kollha, is-sistema tal- home schooling hi legali. Għal darba, Xarabank qabad argument ċivili important fuq l-aġenda, mingħajr storbju u mingħajr spekulazzjoni. Hu argument li ħaqqu aktar investigazzjoni. EU2017.mt Il-presidenza ta' Malta għall-Unjoni Ewropea minn Jannar sal-aħħar ta' Ġunju 2017 hi waħda kumplessa. Politikament hemm il- problema tal-Brexit. Hemm ukoll żewġ elezzjonijiet importanti, fil-Ġermanja u Franza. Qed isir ħafna restawr fil-palazz. U loġistikament sar ħafna xogħol. Hemm mistennija li jaslu Malta mal-1,500 ġurnalist. Kien hemm problemi anki dwar l-akkomodazzjoni ta' dawn il-ġurnalisti. Kien diffiċli biex instabu postijiet biżżejjed fil-lukandi. Hu mistenni li fuq nett tal-aġenda tal-presidenza hemm l-immigrazzjoni. Il-programm EU2017.mt qed jixxandar fuq il-kanal nazzjonali bi produzzjoni u preżentazzjoni tajbin ħafna ta' Norma Saliba. Il-pożi tal-Unjoni Ewropea Is-soluzzjoni għat-traġedji fil-Mediterran trid tkun waħda umanitarja. Jekk le, l-Unjoni Ewropea m'għandhiex il-leġittimità li tippoża tal-gwardjan tad- drittijiet umani. La d-demokristjani u lanqas is-soċjalisti fil- Parlament Ewropew ma jistgħu jibqgħu jippretendu li l-kontinent hu fortizza ta' interessi li jeskludu lil dawk li qed ifittxu kenn mill- atroċitajiet f 'pajjiżhom, li ħafna drabi huma l-legazija antika tal-kolonjaliżmu. illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Opinjoni 16 Il-Maltin fil-Kanada MARIO AZZOPARDI "Fl-Awstralja u l-Kanada, m'hemmx apprezzament għall-kultura indiġena Maltija anzi, iż-żgħażagħ aktarx jistħu jgħidu mnejn huma mnisslin" "La d-demokristjani u lanqas is-soċjalisti fil-Parlament Ewropew ma jistgħu jibqgħu jippretendu li l-kontinent hu fortizza ta' interessi li jeskludu lil dawk li qed ifittxu kenn mill-atroċitajiet f 'pajjiżhom" Uffiċjal tal-Gvern Kanadiż jeżamina l-Karti tal- Identità ta' immigranti li għadhom kemm jaslu Halifax, il-Kanada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016