Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402
NEWSPAPER POST Nr 527 • 20 ta' Novembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Hannah Pace Ara paġni 34 u 35 Qabel jgħaddi mill-iskrutinju pubbliku, Deborah Schembri mhi se tiffi rma l-ebda masterplan 'Buskett' fl-Imtaħleb minn Albert Gauci Cunningham LILLUM tista' tiżvela kif il-Ministeru tal- Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima identifika art pjuttost kbira fix-xaqliba tal-Imtaħleb biex fiha jsir proġett estensiv ta' afforestazzjoni. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew li ladarba l-Gvern jimbarka fuq il-proġett li mistenni jbiddel din iż-żona f 'Buskett żgħir se jkun qed jikkunsidra li l-immaniġġjar ta' dan is-sit ikun fdat lil għaqda non-governattiva, bħalma ġara fil-każ tal-Park tal- Majjistral, tal-Inwadar u aktar riċenti fil-każ tas-Salini. Fost l-ewwel deċiżjonijiet tal-Ministru José Herrera, kien it- twaqqif ta' kumitat li kellu jmexxi proġett ta' afforestazzjoni li jkopri 50 tomna art. Tkompli f 'paġna 10 Għotja għal kull ħaddiem ġdid li jimpjega sid ta' ħanut ILPARTIT Nazzjonalista, dalgħodu waqt il-Kunsill Ġenerali tiegħu se jkun qed jipproponi li kull sid ta' ħanut żgħir jingħata għotja kif ukoll krediti tat-taxxa meta jimpjega l-ewwel ħaddiem jew iżid ħaddiem, ma' dawk li diġà għandu. L-għan ta' din il-proposta, li se tingħaqad ma' elenku ta' proposti oħrajn, huwa li jiżdiedu l-impjiegi f 'dan is-settur f 'ambitu ta' tkabbir li l-PN qed jipprevedi li jseħħ jekk jitwettqu l-proposti tad- dokument, kif ukoll li jkun miġġieled il-prekarjat f 'dan il-qasam. F'laqgħa li saret mal- gazzetta ILLUM, ix-Shadow Minister għall-ekonomija Claudio Grech spjega kif il-PN qed jipproponi li tingħata għotja u inizjattivi permezz ta' krediti fit-taxxa, biss taħt ċerti kundizzjonijiet. Fost dawn il-kundizjonijiet id-dokument tal-PN se jkun qed jesiġi li kull sid jeħtieġ ikun konformi mal-liġi u joffri ħlas kif stipulat mil-liġi biex ikun jista' jikkwalifika għal tali għajnuna. Għotja għal kull ħaddiem ġdid li jimpjega sid ta' ħanut Tkompli f 'paġna 10 Xi ġenituri kienu mwerwin jitkellmu minħabba l-bullies Ara paġna 3 'Ma niffirmahx kif inhu' MASTERPLAN minn Albert Gauci Cunningham MALILLUM, is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri, sostniet li kieku il-masterplan ta' Paceville kellu jiġi quddiemha, eżattament kif inhu bħalissa ma tiffirmahx. "Le ma niffirmahx," sostniet Schembri mal- ILLUM, "għax l-iskrutinju tan-nies ma jkunx għadu sar. Dan huwa biss l-ewwel draft li fuqu se naraw kif se nimxu. Huwa bħall-ewwel pjanta tal-perit għad-dar tiegħek, li minnha se nbiddlu." "Masterplan jew le, Paceville se tinbidel u Paceville ta' għaxar snin oħra mhux se tkun bħal dik tal-lum," sostniet Schembri li saħqet li l-bidliet proposti huma speċifikament immirati biex jilqgħu għall-iżvilupp kbir li mistenni jsir f 'din iż-żona. Biex tikkalma l-biżgħat ta' individwi li għandhom il-proprjetà mmarkata għall- esproprijazzjoni, Schembri fakkret li espropriju tal- privat "huwa differenti ħafna minn espropriju ta' art tal-Gvern. Jekk jien irrid ngħaddi triq minħabba bini ta' torri, per eżempju, din trid tkun comprehensively developed. Dan ifisser li ma jkunx jista' jsir jekk mhux bi qbil u b'kumpens li jissodisfa lir-resident. "Fejn ir-residenti ma jaqblux jew ma jaslux għal ftehim mal-privat, il-proġett ma jsirx. Huwa l-intraprenditur, li jrid mir- resident, u mhux il-kontra." Mal-ILLUM tgħid ukoll li ċ-Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg ma kellu ebda obbligu li jinformaha dwar possibbli kunflitt ta' interess ta' Mott Mac Donald, il-moħħ wara l-masterplan u l-kumpanija li kienet qed tagħti konsulenza lill-iżviluppatur ta' Mercury House. "Jekk l-Awtorità, li hi distinta mill-Gvern, ħasset li ma kienx hemm kunflitt ta' interess ma kellha ebda obbligu tinformani." Tkompli f 'paġna 11