Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Paul u Claire ilhom numru ta' xhur f 'relazzjoni u l-affarijiet bejniethom sejrin tajjeb biżżejjed biex it-tne- jn jixtiequ jgħixu taħt l-istess saqaf. Peress li kemm Paul u Claire huma single, bl-istess mod bħallikieku wieħed minnhom jew it-tnejn li huma kienu legalment divorzjati, jistgħu jagħżlu li jikkonvivu permezz ta' kuntratt ta' koabitazzjoni magħmul għand nutar. Il-koabitazzjoni permezz ta' kuntratt hija waħda li tagħti l-aħjar protezzjoni u drittijiet liż-żewġ partijiet tal-koppja. Bl-istess mod bħalma xi koppji jagħmlu kuntratt pre-matrimonjali, il-koppja li trid tikkoabita tista' tagħmel dan il-kuntratt legali ma' nutar. Taħt il-liġi l-ġdida tal-koabitazzjoni, Paul u Claire jistgħu jiċċaraw minn qabel il-kundizzjonijiet kollha relatati mar-relazzjoni u l-legalitajiet tal-koabitazzjoni tagħhom. Permezz tal-kuntratt, Paul u Claire jista' jkollom drittijiet ta' inkwilini pari li jippermettilhom jaqsmu l-ispejjeż kollha relatati mal-proprjetà nofs bin-nofs, inkluż id-diviżjoni tal-assi u djun bejniethom. Barra minn hekk, dan il-ftehim se jkun qed jagħti lill-koppja l-maġġoranza tad-drittijiet li sal-llum, huma riservati biss għall-koppji miżżewġa. Taħt il-liġi l-ġdida, Paul u Claire jitqiesu mhux biss bħala inkwilini, iżda bħala membri ta' familja. Huma jiġu mogħtija l-istess drittijiet ta' suċċesjoni, pensjoni u benefiċċji tal-invalidità, maternità, u children's allowance. L-uniku dritt li mhux se jgawdu minnu Paul u Claire bħala koppja li tikkoabita se jkun dwar id-dikjarazzjo - ni tat-taxxa, fejn it-tnejn li huma se jkollhom jibqgħu jiddikjaraw bħala single u mhux bħala miżżewġin. Taħt il-kuntratt ta' koabitazzjoni, Paul u Claire se jkollom drittijiet taż-żewġ parti f 'każ li jinfirdu, fejn it-tnejn li huma jaqsmu kollox bejniethom, kif ukoll jiftehmu minn qabel dwar manteniment lejn xulxin. F'każ li koppja li tagħmel il-kuntratt ikollhom ukoll it-tfal bejniethom, fil-kuntratt jiġu stipulati kundiz- zjonijiet li jissalvagwardjaw id-dritt ta' fejn u ma' min jgħixu t-tfal f 'każ li l-koppja tissepara. Rachel ilha tgħix ma' George għal iktar minn ħames snin. Hija waqfet taħdem wara li hi u George kellhom tarbija. George av vanza fil-karriera tiegħu filwaqt li Rachel spiċċat mingħajr salarju hekk kif kellha tibqa' d-dar mat-tarbija. George qed iħallas l-ispejjeż kollha u bħalissa mhux juri x-xewqa li jagħmel il-koabitazzjoni tiegħu ma' Rachel uffiċjali. Dan ifissier li f 'każ li huma ma jibqgħux flimkien, Rachel tkun fil-periklu li tispiċċa b'xejn, saħansitra bla saqaf fuq ra- sha peress li hija finanzjarjament dipendenti fuq George, iżda mhux rikonoxxuta legalment bħala s-sieħba tiegħu. Forma oħra ta' qbil dwar il-koabitazzjoni li jista' jissalvagwardja lil Rachel u jkollha drittijiet, se jiġi f 'forma ta' kuntratt 'unilaterali', li jfisser li Rachel waħedha tista' tagħmel talba għad-drittijiet tal- koabitazzjoni permezz ta' avukat. Bi provi li ilhom jgħixu flimkien bħala koppja għal aktar minn sentejn, Rachel tkun tista' tagħmel talba biex ikollha dritt ugwali fuq l-għamara u l-kontenut tad-dar li xtrat il-koppja, kif ukoll is- serħan tal-moħħ li f 'każ li l-koppja tħassar, hija tkun tista' tibqa' tgħix fid-dar komuni sakemm issib post ieħor. Bħala koabitant legali, Claire ikollha wkoll id-dritt li tibqa' tgħix fid-dar anke f 'każ li George jiġi nieqes. Fuq kollox, bħala omm, Claire ikollha d-dritt legali għall-manteniment tat-tfal. Ov vjament, bħala parti mill-qbil tal-koabitazzjoni, min-naħa tagħha Claire ikollha d-dmir li taqsam l-ispejjeż kollha ma' Ġorġ, jew tiġi mogħtija krettu tax-xogħol li tkun qed tagħmel id-dar. Wara li tinħareġ din l-ittra minn avukat, Ġorġ ikollu l-għażla li jew jaċċetta t-termini u jidħol fi qbil ta' koabitazzjoni legali, jew jikkon- testa t-talba ta' Rachel fil-Qorti. Toni Abela approvat bħala Imħallef L-Avukat Grazio Mercieca maħtur bħala maġistrat fil-Qrati Inferjuri IL-KABINETT tal-Ministri approva n-nomina għall- ħatra tal-Avukat Toni Abela bħala Imħallef fil-Qrati Superjuri u l-Avukat Grazio Mercieca bħala Maġistrat fil-Qrati Inferjuri. Dawn huma l-ewwel żewġ avukati li se jingħaqdu fil-Ġudikatura wara li għaddew b'suċċess mill-iskrutinju tal-Kumitat dwar Ħatriet fil-Ġudikatura magħmul mill-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-President tal- Kamra tal-Avukati. Dan il-kumitat li beda jopera wara riformi kostituzzjonali li mexxa 'l quddiem dan il-gvern aktar kmieni din is-sena, ta parir unanimu li ż-żewġ avukati jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibilità u l-mertu biex jingħaqdu fil-Ġudikatura. Fl-eliġibilità ġie kkonfermat li ż-żewġ avukati għandhom in-numru ta' snin ta' prattika tal-professjoni kif stabbilit fil- Kostituzzjoni, u li għandhom warrant validu biex jipprattikaw ta' avukat f 'Malta u li mhumiex soġġetti għal divjeti legali milli tieħu l-kariga fil-Ġudikatura. Fil-mertu ġie kkonfermat li ż-żewġ avukati għandhom il-ħila jesprimu ruħhom bil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża u li jikkomunikaw b'mod ċar, għandhom l-integrità, ir-rettezza u l-onestà fil-ħajja pubblika u privata; għandhom l-għarfien tal-liġi, tal-prattika tal-Qrati u l-esperjenza professjonali, għandhom il-bżulija u kapaċi jaħdmu taħt pressjoni ta' xogħol, diliġenza u ħila analitika, għandhom l-imparzjalità u l-indipendenza, għandhom l-assenza ta' involviment f 'attività kummerċjali jew ta' negozju li jqanqlu dubji, għandhom il-ħila li jaħdmu f 'ambjent ta' ħidma kolleġġjali, u għandhom l-għarfien tal- kodiċi ta' etika għall-Membri tal-Ġudikatura u disponibbiltà għall-iżvilupp professsjonali u kontinwu. Dawn il-kriterji huma pubbliċi u ġew imfassla mill-Kumitat innifsu bl- approvazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Il-President ta' Malta mistennija tagħti l-ġurament tal-ħatra liż-żewġ avukati nhar it-Tnejn li ġej. Toni Abela Grazio Mercieca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016