Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum It-tfal b'omm li taħdem jiżviluppaw iktar malajr Impatt negattiv ta' 5% fuq l-iżvilupp jekk l-omm ma tkunx taħdem minn Veronica Lynn Mizzi TFAL li jkollhom lil ommhom taħdem barra mid-dar, jiżviluppaw b'rata iktar mgħaġġla minn dawk b'omm li tibqa' d-dar u ma toħroġx taħdem. Fil-fatt, tfal b'ommijiet li ma jaħdmux għandhom impatt negattiv fost l-erba' oqsma li ġew mistoqsija fuqhom, jiġifieri d-diskors, il-ħiliet ta' kuljum, il-moviment u l-ħiliet soċjali. Dawn ir-riżultati ħarġu minn stħarriġ li sar mill-Università ta' Oxford u l-London School of Economics, fost 800 omm ta' tfal li għandhom bejn is- sentejn u t-tliet snin. Fil-fatt dan l-istħarriġ saqsa lil dawn l-ommijiet dwar il-ħiliet u l-iżvilupp ta' uliedhom, partikolarment f 'erba' oqsma, fosthom kemm it-tfal huma kapaċi jifhmu u jiffurmaw kliem u sentenzi, kemm huma kapaċi jagħmlu ċerti attivitajiet bażiċi ta' kuljum waħedhom, bħal jieklu jew jilbsu. L-oqsma l-oħra li l-ommijiet ġew mistoqsija dwarhom jitrattaw il- moviment fiżiku tal-ulied bħal jekk humiex kapaċi jitilgħu turġien, jiftħu bibien, jużaw imqass jew ipinġu oġġetti li jintagħrfu, kif ukoll dwar il-ħiliet soċjali tat-tfal bħall- parteċipazzjoni f 'logħob ma' tfal oħra jew juru preferenzi fost in-nies ta' madwarhom. Dan l-istudju kixef kif fil- fatt, l-iktar oqsma li fihom ibatu t-tfal meta jibqgħu d-dar ma' ommhom huma fil-ħiliet soċjali u l-ħiliet ta' kuljum, fejn l-impatt kien negattiv b'5% fuq dawn it-tfal. Dan jikkuntrasta mal-impatt fuq l-iżvilupp tat-tfal fejn għandu x'jaqsam kura mingħand nursuries. Hemmhekk, ġie rreġistrat impatt pożittiv ta' 10% fil-ħiliet ta' kuljum u ta' 1% fil-ħiliet soċjali. Dan jista' jirriżulta partikolarment minħabba li fid-dar mal- omm, it-tfal ikollhom it- tendenza li l-attivitajiet li jkollhom jagħmlu matul il-ġurnata, jkunu assistiti ħafna mill-ġenitur, jekk mhux saħansitra jsiru kompletament mill-istess ġenitur, u dan bid-differenza għal dak li jsir fin-nurseries, fejn ħafna mill- attivitajiet ikunu bbażati fuq il-ħiliet tat-tfal, bl-assistenza tal-carers. Fil-kura tan-nanniet, it- tfal żgħar ikollhom effett pożittiv fuq l-iżvilupp Min-naħa l-oħra, irriżulta kif l-effett huwa pożittiv meta t-tfal iqattgħu l-ħin fil-kura tan-nanniet tagħhom. Dan minħabba li deher kif iktar mat-tfal iqattgħu sigħat fil-kura min-nanniet, iktar ikollhom żvilupp pożittiv, partikolarment fil-ħiliet tad- diskors b'5% u 10% ta' impatt pożittiv fil-ħiliet soċjali. Jimpatta pożittiv ukoll fuq l-iżvilupp tat-tfal huwa l-ammont ta' aħwa li jkollhom. Fil-fatt, dan l-istudju jindika kif tfal ta' età żgħira jiġu influwenzati u effetwati ferm minn ħuthom, hekk kif deher li t-tfal kellhom ħiliet aħjar meta kellhom iktar aħwa, li jagħti indikazzjoni li dawn jitgħallmu ħafna minn ħuthom. Dawn il-ħiliet dehru aħjar fi tlieta mill-erba' oqsma indikati tal-iżvilupp, b'1% fil-moviment, u 5% fil-ħiliet soċjali u dawk ta' kuljum. Minkejja dan, jidher kif meta jkun hemm l-aħwa, il-ħin allokat għal attivitajiet mal-ġenituri, ikollu impatt negattiv, li juri li minkejja li jkun hemm impatt negattiv mill-kuntatt mal-ġenituri, it-tagħlim u l-iżvilupp ikun attribwit għall-aħwa. Ħareġ ukoll kif l-età tal- omm ukoll timpatta l-iżvilupp tat-tfal żgħar. Fil-fatt, ġie nnutat impatt negattiv fl- erba' oqsma fuq it-tfal iktar mal-omm tkun kbira fl-età. Dan l-impatt deher b'mod partikolari fil-moviment u l-ħiliet ta' kuljum tat-tfal b'1%. Mill-banda l-oħra, meta l-omm ikollha ċertu livell tal-edukazzjoni, l-impatt fuq it-tfal ikun wieħed pożittiv fost l-erba' oqsma tal-iżvilupp tat-tfal. Finalment, ġew indikati impatti pożittivi f 'numru ta' attivitajiet li jaqgħu taħt il-qasam tal-ħiliet ta' kuljum. Fil-fatt, attivitajiet bħal żjarat il-bandli, wrew impatt pożittiv ta' 10% waqt li ġie reġistrat impatt pożittiv ta' 5% fi żjarat għand familji li wkoll għandhom it-tfal, kif ukoll meta joħorġu għax-xirja. Dan minbarra l-attivitajiet li jgħinu fl-iżvilupp tal- moviment tat-tfal li jindika li meta t-tfal jagħmlu attivitajiet bħal krafts u tpinġija jew kant ta' diski tat-tfal, jkollhom imġatt pożittiv fuq l-iżvilupp tagħhom ta' 1% u 5% rispettivament. 'L-istupraturi jinħelsu mill-ħabs jekk jiżżewġu l-vittmi tagħhom' PROPOSTA fil-Parlament tat-Turkija tgħid li 4,000 stupratur mill-ħabsijiet Torok għandhom jinħelsu jekk jiżżewġu l-vittmi tagħhom. Il-Partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp tat-Turkija (AKP), li bħalissa jirrapreżenta l-Gvern tat-Turkija, taħt it-tmexxija ta' Recep Tayyip Erdoğan, ressaq mozzjoni fil-Parlament tat-Turkija li tipproponi li l-istrupraturi li jinsabu f 'ħabsijiet Torok, li jammontaw għal aktar minn 4,000, jinħelsu mill- ħabs jekk jiżżewġu l-vittma tagħhom. Il-mozzjoni ġiet imressqa u approvata mid-deputati tal-partit AKP, minkejja l-voti kontra mill-Partit Republikan (CHP) u l-Partit tal-Moviment Soċjali (MHP). Kelliem għall-Partit Repubblikan, saħaq li din il-proposta se twassal għall- ħelsien ta' 4,000 stupratur, jekk tgħaddi l-liġi, filwaqt li kritika l-mod kif dan se jwassal biex l-istupraturi issa jkunu jistgħu jinnegozjaw mal-familji tal- vittmi sabiex jeħilsu mill- ħabs. "L-istupraturi se jkunu jistgħu jevitaw il-pieni kontrihom permezz ta' offerti ta' flus lill-familji tal-vittmi, li jwasal biss għal inċentiv biex isiru aktar stupri fil-pajjiż." S'issa l-mozzjoni għada ma laħqitx il- maġġoranza ta' voti meħtieġa biex issir abbozz ta' liġi. Sabiex din il-liġi tgħaddi irid ikolla tal-inqas 184 vot favur. Id-Deputati fil- Parlament Tork se jerġgħu jivvotaw dwar din il-mozzjoni nhar il- Ġimgħa. Il-Partit ta' Erdogan jipproponi l-ħelsien ta' 4,000 stupratur mill-ħabs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016