Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Sliema W ...................... 1 Valletta........................ 2 VALLETTA kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Sliema Wanderers bl- iskor ta' 2-1. Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu wara biss erba' minuti logħob meta xutt b'saħħtu u angulat ta' Michael Mifsud ġie devjat f 'corner minn Glenn Zammit. Il-Beltin komplew fuq l-offensiva u fil-11-il minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta' Valdo Concalves Alihno għadda għoli. Tliet minuti wara, freekick dirett tal-plejer tal-logħba Jhonnattann Benites Da Conceicao ġie mtajjar 'il bogħod minn kull periklu b'ċertu diffikultà mill- goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valletta ħarġu qishom iljuni fit-tentattiv ovvju li jiftħu l-iskor u resqu viċin li jagħmlu dan fid-49 minuta meta Michael Mifsud għadda tajjeb lejn Jhoannann Benites Da Conceicao li minn qagħda angulata ra x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm ċentimetri biss barra mil-lasti tal-goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Żewġ minuti biss wara, xutt mid-distanza ta' Valdo Concalves Alinho dejjem għal Valletta, għadda ftit għoli. Azzjoni wara l-oħra, finalment Valletta fetħu l-iskor bl-aktar mod meritat fil-61 minuta meta wara li rċieva minn cross perfett, għola tajjeb l-attakkant Arġentin Federico Matias Falcone, li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun wara Glenn Zammit u b'hekk kuntrarju għall-istaġun li għadda temm perjodu relattivament twil ta' nixfa ta' gowls. Jidher li l-Beltin ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif tmien minuti wara, il- midfielder offensiv żagħżugħ Llywelyn Cremona venven xutt b'saħħtu minn tarf il- kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Glenn Zammit. Sliema Wanderers naqqsu l-marġni tal-iskor fit-82 minuta, meta wara azzjoni veloċi, kien il-captain Slimiż Mark Scerri, li permezz ta' xutt angulat minn tarf il-kaxxa xeħet il-ballun fis- saqaf tax-xibka. Sliema W. - Zammit, Dos Santos Tarlaziz (Galin 68'), Muir, De Souza Vilas Boas, Bianciardi, Mintoff, Muchardi (Aquilina 82'), Scerri, Xuereb, Farrugia, Rocha Dos Santos Valletta - Bartkus, Caruana, S. Borg, Camilleri, Mifsud (Malano 64'), Falcone, Cremona (Fenech 90'), Pani, Aguirre, Benites Da Conceicao (J. Borg 79'), Concalves Alinho Referi - Fyodor Zammit minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................ 1 Birkirkara .................. 1 BIRKIRKARA salvaw punt fil-ħin miżjud meta temmew il-konfront tagħhom kontra St Andrews fi draw diżappuntanti ta' 1-1. Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-11-il minuta meta l-attakkant mis-Slovenja, Vito Plut kellu xutt angulat imblukkat mid-difensur Korean ta' St Andrews, Che Bong Won f 'corner. Iżda kontra x-xejra tal-logħob kienu St Andrews li fetħu l-iskor fil-35 minuta meta f 'kontrattakk veloċi, Dale Camilleri interċetta l-ballun tajjeb u b'mod intelliġenti għadda lejn il-plejer mir- Repubblika Domenikana, Enmy Manuel Pena Beltre, li qabad lil Miroslav Kopric barra minn postu u bi bravura llobja l-ballun minn fuq dan il-goalkeeper Kroat. Birkirkara rrispondew fil- 41 minuta meta d-difensur internazzjonali Joseph Zerafa xeħet cross għan- nofs li sab lil Vito Plut li għola tajjeb qabel ma ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi mxellfa f 'korner minn difensur tas-Saints. Erba' minuti biss wara, ftit mumenti qabel ma r-referee minn San Marino, Leonardo Gwidi, saffar għal tmiem l-ewwel taqsima, cross-shot tal-Għawdxi Shaun Bajada mpenja severament lill-goalkeeper żagħżugħ tas-Saints Jake Galea li dawwar tajjeb f 'korner. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fl-64 minuta, wara li rċieva minn korner ta' Srdan Dimitrov, daħal bħal vleġġa il-plejer żagħżugħ Cain Attard li iżda minn taħt il- lasta, spara għoli. U propju fil-ħin miżjud St Andrews ġabu l-iskor indaqs permezz ta' xutt fil-baxx mill-viċin tas-sostitut Matteo Desira Buttigieg, biex b'hekk evita telfa umiljanti għall- Istripes. Intant, eżattament wara li St Andrews sofrew il-gowl tad-draw, tkeċċa l-kowċ tagħhom, Danilo Doncic mir-referi Leonardo Gwidi, minħabba xi rimarki li għadda propju fil- konfront tiegħu. St Andrews - Galea, Pena Beltre, Bakmaz, Camilleri, Che Bong Won, McKay (Darmanin 78'), Udoh, Kastrevec, Nwoko (Walker 90'), Farrugia (Belacevic 89'), Kesinovic Birkirkara - Kopric, Bubalovic, Sciberras, Andelkovic, Dimitrov (Brincat 73'), Plut, Vukanac, Temile, Zerafa, Attard (Desira Buttigieg 87'), Bajada (Scicluna 62') Referi - Leonardo Gwidi (San Marino) JHONNATTANN BENITES DA CONCEICAO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka kien strumentali f'din ir-rebħa Beltija. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Birkirkara. Valletta jiksbu tliet punti prezzjużi kontra Sliema Wanderers ENMY MANUEL PENA BELTRE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Kien l-aqwa plejer fil-grawnd mhux biss għal St Andrews iżda miż-żewġ settijiet ta' plejers. Skorja gowl mill-isbaħ għal St Andrews f 'din il-partita. Birkirkara jsalvaw punt fil-ħin miżjud Ritratt: Joe Borg Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016