Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402
illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Intervista 12 'Qatt ma naf li pajjiżna kien Ċ ensu Galea: Deputat Nazzjonalista, eks Ministru għat-Trasport u Infrastruttura u issa qed jissemma li se jkun kandidat tal-PN fuq Għawdex jitkellem mal-ILLUM dwar diversi temi, minn Għawdex sa San Pawl il- Baħar, mill-korruzzjoni sal-istħarriġ, li minkejja kollox għadhom qed juru lil Muscat f 'vantaġġ ċar. Nibda l-intervista fil-fatt, billi nikkwotalu l-aħħar stħarriġ li sar mill-MaltaToday u li juri li Muscat għadu jgawdi minn vantaġġ ċar ta' 7% fuq l-avversarju politiku tiegħu. 'Nixtieq niltaqa' ma' dawk l-iswitchers li kienu jgergru għall- klikek u nara kif jaħsbuha llum' Ċensu Galea ilu 30 sena fil- Parlament bħala Deputat tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk, tlabtu biex mill-esperjenza tiegħu jispjega aħjar x'inhu dan il-fenomenu li qed joħroġ kontinwament mill-istħarriġ tal- gazzetta MaltaToday, jiġifieri li dawk li telqu lil Partit Nazzjonalista ma jridux jirritornaw fih jew jivvutawlu. "Ejja ngħidu li dak li jgħidu s-surveys hu minnu, anke jekk illum għadu kif kellna fenomenu fl-Istati Uniti li r-riżultati ma marrux skont l-istħarriġ pubbliku. Mis-60 sena li għandi, ili 42 sena f 'dan il-partit. Għext mal-partit rebħiet minimi u kbar u anke telfiet żgħar u kbar. Mhix faċli li tirbaħ lura dawk it- 18,000 li telquna," jgħid Galea, filwaqt li jispjega kif, "kien hemm nies li telquna għax kienu jgħidu li konna arroganti man-nies u dik għamlitilna ħafna ħsara. Kien hemm grupp ta' persuni li minkejja li kibru bil-ħidma tagħhom, bdew jikkomparaw lilhom infushom ma' oħrajn li kibru aktar minnhom. B'hekk bdiet l-għajta tal- klikka u li dawn kibru mhux mertu tagħhom. Issa nixtieq li niltaqa' ma' dawn l-istess nies u naraw kif jaħsbuha llum. Għax jekk qatt xi darba kien hemm f 'pajjiżna gvern li jimxi u jmexxi bi gruppi daqshekk ristretti huwa l-gvern tal-lum," jallega Galea fil-konfront tal-Gvern. "Vera li hawn flus fl-idejn u dan ma niċħdux," jammetti Galea, "iżda rrid infakkar ukoll li bejn l-2009 u l-2012, id-dinja għaddiet minn riċessjoni kbira u aħna bqajna mexjin aħjar minn kulħadd." 'Għad hemm rabja għall-iswitchers' Ċensu Galea qal li min-Nazzjonalisti akkaniti, jammetti li għad hemm rabja għall-iswitchers, iżda qal li bħala partit mhux il-każ. "Il-Partit hu miftuħ għal kulħadd. Hemm min irritorna iżda għad hemm min għadu ma aċċettax li l-Partit hu aħjar minn dak li kien meta telquh. Iżda hi verità wkoll li hemm numru ta' Laburisti li qed jgħidulna li mhux se jivvutaw inkella li se jivvutaw lill-PN. Din esperjenzajta biss fl-1998," l-aħħar darba u l-unika darba li l-PL kien fil- Gvern f '25 sena, "meta l-Labour tilef il-fiduċja tan-nies tiegħu u erġajna qed inħossuha llum." Mistoqsi għaliex Joseph Muscat igawdi popolarità fis-sondaġġi aktar minn Simon Busuttil, Ċensu Galea qal li jemmen li fost in-Nazzjonalisti hemm min jgħid li mhux kuntent b'Simon Busuttil, filwaqt li l-Laburisti meta mistoqsijin dwar Muscat ma jgħidux li mhux kuntenti bih anke jekk ma jkunux. "Iżda meta tiġi elezzjoni, tivvota għal partit u mhux għal kap u hawn id-differenza mhix daqstant kbira." 'Ma naf lil ħadd onest daqs Simon' Ċensu Galea qal li ilu jaf lil Simon Busuttil minn qabel ma ħareġ kandidat, u qal li ma jaf lil ħadd li jaħdem b'daqshekk determinazzjoni u onestà daqsu. Qal ukoll li għalkemm jiġi akkużat li hu mdawwar b'ħafna nies tal-passat jew li għandhom xi sħab griż jew iswed fuqhom, "hu fatt li għandu ammont kbir ta' deputati ġodda u anke l-amministrazzjoni tal- partit hi kważi kollha kemm hi ġdida. Hawn, Galea jdur fuq kwistjoni li kienet inqalgħet fil-passat dwar korruzzjoni fl-Awtorità tat-Trasport u meta hu kien Ministru. Ifakkar kif kien għamel libell lill-eks mexxej Laburista Alfred Sant dwar l-istess każ. "Wara seba' snin, ma jitlax quddiem il-maġistrat, Sant fl-aħħar deher u qal li lil Ċensu Galea 'nafu bħala bniedem tal-affari tiegħu u qatt ma kelli ħsieb li nweġġgħu'." 'Il-korruzzjoni tibqa teżisti għal miljun sena oħra' Sentenza li sirt tismagħha kuljum u kullimkien hi: 'Il-Partit Nazzjonalista għamel korruzzjoni f '25 sena iżda l-Labour għamlu daqshom fi 3 snin. In-Nazzjonalisti kienu korrotti, imma dawn aktar.' Nistaqsi lid-Deputat Nazzjonalista, allura dan ifisser li hu tajjeb li tagħmel korruzzjoni inqas mill- ieħor? Aċċettabbli fil-politika li tkun korrott? Tivvota għall-inqas korrott? U fl-aħħar nett, skontok kienu korrotti n-Nazzjonalisti? "Kif nisma' l-kelma korruzzjoni, nirribella. Fi 30 sena fil-Parlament, 16 minnhom bħala ministru, ovvjament weġġgħajt lil xi ħadd bid-deċiżjonijiet li ħadt. Iżda ma nafx każi li l-Ministri jew in-nies ta' madwarhom talbu l-flus biex jagħmlu xi pjaċiri. Ħa nkun ċar, il-korruzzjoni tibqa' teżisti għall-miljun sena li ġejjin," jisħaq Galea. Apparti minn hekk imma, mal-ILLUM hu jistaqsi wkoll dwar ir-responsabbiltà f 'każ ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni. "Min ikun għamilha l-korruzzjoni? Il- Prim Ministru? Il-Ministru? In-nies madwar il-ministru jew xi ħadd down the line li jieħu xi ħaġa biex iqabbiżlek xi fajl?" "F'dan il-livell," jgħid Galea b'referenza għal xi ħadd 'down the line', "iva kien hemm korruzzjoni, hawn u jibqa' jkun hawn. Xi forma ta' nies li jabbużaw se ssib dejjem. Iżda li nista' ngħid hu li qatt ma nafu li pajjiżna kien korrott daqs kemm hu llum. Issa f 'liema livell, dak irridu narawh." Ma jiċħadx li se jikkontesta fuq Għawdex Ġimagħtejn ilu, il-gazzetta ILLUM irraportat kif Galea jaf ikun kandidat tal-PN f 'Għawdex għall-elezzjoni li jmiss. Minkejja li tlabtu jikkonferma jew jiċħad dan, Galea joqgħod lura. Meta tlabtu jgħidli jekk hux qed jitħajjar jikkontesta fuq Għawdex, wara ħafna tidwir mal-lewża, fl-aħħar wieġeb, "Ma neskludix" u "iva qed nitħajjar." "Veru li kien hemm numru ta' nies li ħajruni u għadhom iħajruni biex nikkontesta fuq Għawdex, imma sal-lum għad xejn mhu uffiċjali li jien se nikkontesta fuq Għawdex. Id- deċiżjoni neħodha jien u finalment japprovaha l-Partit. S'issa għadni ma ħadtiex." Mitlub jgħid jekk ir-raġuni li jikkontesta fuq Għawdex hix biex jagħti spazju lil bintu Graziella, biex tiġi eletta fil-Parlament mid- distrett ta' San Pawl il-Baħar, Galea qal li mhux lok li jagħti spazju lil ħadd. "Ir-raġuni hi li skont nies li kellmuni, preżentament f 'Għawdex hemm ċertu spazju biex ikun hemm rappreżentanza akbar ta' kandidati." Il-perit Ċensu Galea qal li għalkemm hu Malti ,wieħed irid jifhem ukoll li f 'Għawdex hemm madwar 4,000 votant Malti li jivvota fuq Għawdex, "u minn dawn, l-aktar li kkuntattjawni." Sadanittant, hu sigriet magħruf li Ċensu Galea hu ħabib kbir tal-familja ta' Chris Said u għalhekk staqsejtu jekk hux se jaħdem flimkien miegħu waqt l-elezzjoni. Ċensu Galea qalli li ilu ħbieb mal-familja Said minn meta Chris kien għadu sindku, iżda ammetta wkoll li hu ħabib kbir ta' Frederick Azzopardi u anke ta' Giovanna Debono. "Barra minn hekk, jien ma nħobbx nidħol f 'kontroversji ma' ħadd, lanqas ma' dawk li mhumiex fil-partit tiegħi, aħseb u ara dawk li jikkontestaw fuq l-istess partit. Barra minn dan, fi żmien meta nbena t-terminal tal-Imġarr, jien kont Ministru tat-Trasport u l-proġett kien jaqa' taħti. Jiġifieri jien ili li kont naħdem John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Il-Gvern għandu jagħmel trasport għall-iskejjel b'xejn, anke għall-iskejjel privati u ma' kull vann, ikun hemm supervisor imħallas mill-Gvern " " Qed nesperjenza l-istess fenomenu tal-1998 meta ħafna Laburisti kienu ddeċidew li jivvutaw kontra l-Labour " "