Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Ftit tas-snin ilu, ipparteċipat fl-ewwel tellieqa internazzjonali ta' ħajtek u ksibt rebħa impressjonanti fil-grupp tal-età tiegħek, b'ħin ta' sagħtejn u 13- il minuta fil-kategorija ta' bejn l-20 u l-25 sena. Tina iktar dettalji rigward din it-tellieqa. Il-fatt li din kienet l-ewwel tellieqa tiegħi internazzjonali flimkien mal- fatt li kienet l-ewwel darba li għamilt distanza Olimpika tat-Triathlon, ma kontx naf x'kelli nistenna u ma tantx tfajt pressjoni fiha ħlief li nagħti l-aħjar tiegħi u primarjmnet nieħu gost f 'din l-esperjenza. Meta nħares lura, inħares lejn din l-esperjenza bħala turning point fil-karriera sportiva tiegħi ta' triatleta, punt li minnu se nkompli nħares 'il quddiem, fejn se nagħti l-aħjar tiegħi u nittama li nkompli nikseb riżultati pożittivi għal Team Malta. Kienet avventura mill- isbaħ u iktar minn hekk esperjenza li mmaturatni ferm. M'hemmx dubju li qatt ma stajt nikseb dan ir-riżultat mingħajr il-gwida tal-kowċ tat-triathlon Dermot Galea flimkien mal-kowċ tal-għawm tiegħi Neil Agius. Nixtieq nirringrazzja lil dawn iż-żewġ persuni għad-dedikazzjoni tagħhom, is- sapport u s-sostenn u talli kienu tassew paċenzjużi miegħi speċjalment meta ġieli ma nemminx fija nnifsi! Barra minn hekk nixtieq niddedika dan is-suċċess lil ommi Jenny Pace għall-fatt li dejjem kienet hemm għalija u emmnet dejjem fija kemm f 'mumenti sbieħ kif ukoll f 'dawk inqas sbieħ. Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lill-għarus tiegħi u partner tat-taħriġ Graham Borg li jagħmel it-taħriġ għalija pjaċir u ta' sfida u li kontinwamnet jissapportjani. Finalment nixtieq nirringrazzja numru ta' partners tat-taħriġ fit-tliet dixxiplini differenti li nipprattika (il-lista hija twila ħafna!) li minnhom tgħallimt ħafna u dejjem qiegħda nkompli nitgħallem ħiliet ġodda fit-triathlon. Nirringrazzjahom għall-entużjażmu u l-motivazzjoni tagħhom u talli jagħmlu l-iktar sessjonijiet ta' taħrig diffiċli u tedjanti, sbieħ. Riċentament, ingħatajt il-privileġġ li tattendi għal training camp ta' żvilupp organizzat mill-Unjoni Ewropea tat-Triathlon għall-atleti tat- triathlon ta' taħt it-23 sena madwar l-Ewropa li ġie organizzat fi Kladovo fis-Serbja. Fissrilna fiex kienet tikkonsisti din l-esperjenza unika fil- karriera tiegħek tat-triathlon. Għal għaxart ijiem intensivi ħafna, kelli l-opportunità li nitħarreġ ma' atleti ta' età u esperjenzi differenti minn madwar l-Ewropa kollha fosthom Ċipru, il-Kroazja, il-Belarus, is-Slovenja, l-Estonja, il-Maċedonja, l-Italja u ovvjament il-pajjiż li kien qed jospita dan it-training camp is- Serbja fejn dawn l-atleti kollha kienu mmexxija minn uħud mill-aqwa kowċis tat-triathlon fl-Ewropa. Għall-bidu jkolli nammetti li bdejt inħossni ferm kburija u kuntenta specjalment meta rrealizzajt li xi wħud mill-atleti l-oħra kienu ilhom jittrenjaw għal ħafna snin u kkompetew regolarment fuq bażi internazzjonali. Il-fatt li kien grupp daqshekk varjat fisser li kien hemm atleti b'diversi abiltajiet. Konna nvoluti f 'testijiet għal kull dixxiplina fosthom l-għawm, iċ-ċiklizmu u l-ġiri waqt li konna assenjati fi gruppi skond l-iżviluppi li konna qed naghmlu fit- taħriġ tagħna. Għalkemm kien hemm xi sessjonijiet ferm diffiċli, it-taħriġ kien bilanċjat tajjeb u ngħatajna wkoll ħin biex nirkupraw. Personalment ħadt gost ħafna niġri bir-rota madwar ix-xmara Danubju fejn il-veduti kien spettakolari. Il-ġiri kien ukoll xi ħaġa interessanti minħabba li ħafna minnu sar fuq il-ħaxix biex b'hekk jonqos l-impatt u kull sessjoni kienet unika. Kienet xi ħaġa sabiħa wkoll li kellna ftit sessjonijiet fejn stajna nipprattikaw transizzjonijiet fit-triathlon – xi ħaġa li definittivamnet se nkun qed ninkludi fit-taħriġ tiegħi mil-lum 'il quddiem. Il-kowċis saħqu fuq l-importanza tat-teknika u kull għawma u ġirja tal-atleta kienet analizzata u kritikata b'mod individwali. Barra minn hekk, ġejna mogħtija wkoll taħriġ speċifiku ta' saħħa kif ukoll eżercizzji ta' stretching biex intejbu t-teknika tagħna. F'Settembru tal-2015, f 'Londra kien hemm ospitat il-'Pru Health World Triathlon Grand Final', li fi kliem sempliċi huma l-Kampjonati Mondjali tat-Triathlon. Tina iktar dettalji rigward il-parteċipazzjoni tiegħek f 'dawn il-Kampjonati Mondjali tat-Triathlon. Flimkien ma' sitt atleti oħra Maltin, kont fortunata bizzejjed li nkun parti minn dan l-avveniment kbir fejn ipparteċipaw iktar minn 5,000 parteċipant li lkoll kellhom jikkwalifikaw mill-Federazzjonijiet Nazzjonali tagħhom minn madwar id-dinja kollha. Xi ħaġa li se nibqa' nassoċja ma' dan l-avveniment hija t-temp. Il-fatt li wasalt xi ftit jiem qabel it-tellieqa, konna milqugħin b'temp kiesaħ u bix-xita u personalment ma kontx daqshekk kuntenta bil- ħsieb li kelli nsuq ir-rota f 'dawn il- kundizjonijiet hekk kif kundizzjonijiet bix-xita mhumiex daqshekk komuni għal triatleti Maltin. Fortunatament fil-ġurnata tat-tellieqa tiegħi, kont fortunta li ma kienx hemm xita. Dan tani kunfidenza kbira għal qabel it- tellieqa u ħassejtni iktar kunfidenti li kont se nagħti l-aħjar li stajt. Però minħabba kundizzjonijiet ta' riħ, ittieħdet deċiżjoni qabel it-tellieqa biex id-distanza tal-għawma titnaqqas minn 1,500 metru għal 750 metru. Il-kundizzjonijiet kesħin u l-'wetsuits' huma wkoll affarijiet kemxejn ġodda għalija iżda dawn komplew iżidu mal-esperjenza ta' tagħlim għalija. Il-fatt li din kienet it-tieni Standard Distance Triathlon, ma kellix għanijiet speċifiċi f 'moħħi. L-għan tiegħi kien li nipparteċipa, nagħti l-aħjar tiegħi, nieħu gost bit-tellieqa u l-iktar importanti li nakkwista l-esperjenza. Meta nħares lura, għalkemm għamilt xi żbalji ta' traskuraġni li swewni xi ħin fit-transizzjoni, ma setax ikolli tellieqa aħjar. It-tellieqa kienet esperjenza mill- aqwa b'sapport enormi minn eluf ta' spetatturi li nġabru madwar Londra. B'mod partikolari, kont kuntenta ħafna bil-ġirja tiegħi, fejn irnexxieli nikseb l-aħjar ħin personali. L-atmosfera mill-aqwa li kienet ġejja minn folol kbar li nġabru biex jaraw it-tellieqa, definittivament tatni iktar kuraġġ, speċjalment meta xi Maltin li jgħixu Londra kienu preżenti u nċitawni mill-aħjar li setgħu. Spiċċajt fit-12-il post overall fil-grupp tal-età tiegħi li kien ferm diffiċli, liema riżultat tani kunfidenza kbira u li għamilni verament kuntenta, speċjalment meta tqis il-fatt li kont waħda mill-iżgħar f 'dan il-grupp. Kważi sena wara li kont l-ewwel mara Maltija li kkwalifikajt għall- Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman 70.3, għat-tieni sena konsekuttiva rbaħt il-kategorija tiegħek fl-Ironman 70.3 ġewwa Budapest, fl-Ungerija. Tina iktar dettalji rigward dawn il- Kampjonati ferm intensivi. Ħa nibda mit-tluq ta' dawn il- Kampjonati, fejn għalkemm it- temperatura kienet waħda għolja, xorta waħda ntużat il-wetsuit għall- għawma li kienet ukoll miżmuma b' 'rolling start'. Dan it-tip ta' tluq jara lill-atleti jippożizzjonaw ruħhom fi gruppi skont il-ħin imbassar li jkunu ħa jieħdu fl-għawma. Jien lestejt l-għawma f 'ħin ta' 27 minuta u 19-il sekonda, li jfisser titjib ta' 27 sekonda fuq is-sena ta' qabel. Ir-rotta ta' 90 kilometru fuq ir-rota hija kkunsidrata ċatta, meta fil- korsa wieħed isib biss telgħa żgħira b'elevazzjoni ta' xi 70 metru. Dan ifisser li l-atleta ma jkollu ebda nżul li jista' jistrieħ fihom, iżda jkollu jżomm pass konsistenti matul il-korsa kollha. Rajt titjib fuq il-ħin tiegħi meta naqqast 14-il minuta fuq il- ħin tiegħi tas-sena ta' qabel. L-aħħar parti tat-tellieqa, jiġifieri l-ġirja ta' 21km, saret f 'temperaturi li laħqu t-30 Grad Celsius. Il-taħriġ tiegħi fil- ġimgħat ta' qabel it-tellieqa kienu saru f 'temperaturi simili li swew tajjeb. Dan it-taħriġ għeni sabiex ittejjeb ukoll il- illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Cristian Antony Muscat Hannah Pace - triatleta li matul l-aħħar staġun, kellha l-aħjar staġun fil-karriera illustri tagħha sa issa fit-Triathlon, hekk kif rebħet il-Kampjonati tal-Middle Distance, Sprint Distance u Standard kif ukoll il-Kampjonati Nazzjonali tat- Triathlon Sports 34 Hannah Pace fil-quċċata tat-triathlon "Nixtieq nieħu kull ġurnata kif tiġi, nibni l-affarijiet gradwalment u nżomm saqajja mal-art hekk kif għadni pjuttost żgħira. Sadanittant se nkompli nitħarreġ bl-aħjar mod possibbli, nieħu gost nittrenja u nagħti kulma nista'"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016