Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Mosta .......................... 0 Balzan ......................... 1 BALZAN ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika meta kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Mosta. Kienu l-Blues li ħarġu fuq l-offensiva u kellhom ċans tajjeb li jiftħu l-iskor fl-20 minuta meta Victor Lucky Oseghale sab l-ispazju u ra x-xutt tajjeb tiegħu jintemm ftit barra. Balzan irrispondew minuta biss wara permezz ta' Anderson De Barros, bil-Brażiljan jittanta xortih minn barra l-kaxxa permezz ta' xutt b'saħħtu li ntemm barra. Fl-24 minuta, Kevaun St Michael Atkinson għal Mosta ra x-xutt tiegħu minn freekick jgħaddi jħakkek mal-wieqfa. Sitt minuti wara, Alan Da Silva Souza, kellu ġirja tajba iżda ra l-konklużjoni tiegħu tintemm barra. Balzan skorjaw il-gowl tant importanti, li kellu jkun dak tar-rebħa fit-32 minuta meta minn kontrattakk veloċi, Da Silva Souza għadda tajjeb lejn Bojan Kaljevic, li bi bravura tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Mosta, Manuel Bartolo. Ħames minuti wara, l-istess goalkeeper Mosti kien attent biex ċaħħad lil Balzan milli jiskorjaw it-tieni gowl. Dan wara li Da Silva Souza venven xutt minn tarf il-kaxxa li sforza lil Manuel Bartolo iwettaq save tajjeb. L-istess goalkeeper reġa' kien strumentali biex ċaħħad lil Da Silva Souza permezz ta' save mill-isbaħ ieħor fit-42 minuta. Dan wara li l-attakkant Brażiljan kellu xutt b'saħħtu li deher destinat għal ġewwa, iżda Manuel Bartolo wera r-riflessi tiegħu u dawwar il-ballun f 'korner. Mosta kellhom ċans tad- deheb li jġibu l-iskor indaqs fit-62 minuta, meta Njongo Priso għadda tajjeb max- xellug, qabel xeħet kross lejn Adrian Caruana li tħalla żmarkat, fejn madankollu d-difensur Mosti għalkemm għola tajjeb ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jispiċċa ftit għoli. Balzan kważi rduppjaw l-iskor fit-72minuta meta Matteo Piciollo daħal tajjeb fil-kaxxa u ra x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm ftit barra. Balzan - Janjusevic, Brincat, Arab, Kaljevic, Gilio De Oliveira, Bezzina, De Barros, Nafti, Piciollo, Grima, Da Silva Souza Mosta - Bartolo, Chinatu Onwundijo, Dragan Jackson, Caruana, Grant, McLaren, Magro, St Michael Atkinson, Xuereb, Osehgale, Priso Referi - Eman Grech BOJAN KALJEVIC Skorja l-gowl tant importanti li permezz tiegħu, ikkonsolida lil Balzan fil-quċċata tal- klassifika. Qabel ingħaqad ma' Balzan, kien jilgħab ma' Mosta. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li qatt inġiebu jilagħbu f 'Malta. Balzan jikkonsolidaw posthom fil-quċċata b'rebħa minima fuq Mosta Samir Arab segwit minn plejer ta' Mosta Ritratt: Christine Borg Ritratt: Foto Domingo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016