Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402
illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet STEDINA MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU BIEX JIPPARTEĊIPA FI PROĠETT KULTURALI B'RABTA MAL-PRESIDENZA MALTIJA TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA 2017: STEDINA MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU BIEX JIPPARTEĊIPA FI SEJĦA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI: FUTURING OVERTURE SEJĦA PUBBLIKA GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI DWAR ĦIDMET TIME'S UP, ŻUR IS-SIT WWW.TIMESUP.ORG Ikkollabora ma' artisti lokali u internazzjonali u oħloq xenarji b'mod kreattiv u innovattiv għall- Futur tal-Ewropa u tal-Unjoni Ewropea. Qed infittxu persuni li jixtiequ jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jiddiskutuhom ma' ħaddieħor, iħarsu lejn ir-realtajiet tal-ġurnata tal-lum minn perspettivi differenti u jiżviluppaw ideat innovattivi għall-futuri possibbli ta' Malta, l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea. Għażilna erba' dati separati sabiex niffaċilitaw il-parteċipazzjoni. Il-workshops ser isiru mill-10 ta' filgħodu sat-3 ta' wara nofsinhar f'dawn il-ġranet: 26 TA' NOVEMBRU 2016: Giovanni Curmi Higher Secondary School, in-Naxxar 27 TA' NOVEMBRU 2016: Istitut Kattoliku, il-Furjana IS-SERJE TA' WORKSHOPS HUMA MAĦSUBA GĦAL FIRXA WIESGĦA TA' NIES LI JGĦIXU F'MALTA JEW F'GĦAWDEX B'ETAJIET, KULTURI U XOGĦLIJIET DIFFERENTI. Matul l-ewwel Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE, li ser isseħħ minn Jannar sa Ġunju 2017, ħa nkunu qed norganizzaw serje oħra ta' workshops li jkomplu jibnu fuq is-sessjonijiet inizjali. Matul il-workshops u l-avvenimenti suċċessivi, ser nagħtukom l-opportunità li ssemmgħu leħinkom u taqsmu l-ideat tagħkom. Biex tipparteċipa f'din l-inizjattiva, jekk jogħġbok ibgħat ittra elettronika fuq workshops@timesup.org sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 24 ta' Novembru 2016, jew ċempel fuq (+356) 99112236 'Ma nħossx li għandi nħallas biex nixgħel ir-radio fil-ħanut' Sid ta' negozju jilmenta dwar taxxa li ftit jafu biha: tħallas biex tixgħel ir-radio l-ħanut minn Albert Gauci Cunningham MIKE Peplow, sid ta' negozju f 'Buġibba, għamel kuntatt ma' din il-gazzetta u pprotesta kontra l-fatt li matul din il-ġimgħa, irċieva ittra li qed titolbu biex iħallas bejn €180 u €200. Għaliex? Talli jixgħel ir-radju u jdoqq id-diski waqt li jkun qiegħed jaqta', jagħmel jew jaħsel xagħar il-klijenti tiegħu. "L-ewwel nett, dan salon u salon mhux qiegħed hemm biex joffri d-divertiment, imma servizz. It-tieni jien la nitħallas u wisq inqas inżomm il-flus lill-klijenti tiegħi għax indoqqilhom il-mużika jew għax nixgħelilhom ir-radju." Mal-ILLUM, Peplow saħaq li ma jaħsibx li din il-liċenzja għandha tiġi applikata llum il-ġurnata, meta t-teknoloġija kibret u nfirxet daqstant. "Illum il-ġurnata, minn fuq sempliċi mobile tkun fejn tkun f 'kull rokna ta' Malta u tad-dinja, tista' tiftaħ l-internet u tisma' u tara li trid, fejn trid, u meta trid. Il-lista tal-apps tal-mużika fuq l-internet u fuq mowbajls ma tispiċċa qatt, tista' turi li trid u ssemma' li trid kullimkien. Għalhekk din il-liċenzja ma tagħmilx sens fil-ġranet tal- lum. Dari forsi kienet tagħmel sens meta inti kont tixtri diska, cassette jew cd għall- użu personali tieghek, imma llum il-gurnata, le." Peplow qed jirreferi għal liġi li ilha teżisti f 'pajjiżna, li ftit li xejn hemm min jaf biha u li tesiġi li għandu jsir ħlas meta persuna tuża l-mużika fi stabbiliment fejn tkun qed tindaqq il-mużika, anke jekk il-mużika tkun ġejja minn fuq stazzjon tar- radju. Il-liġi tal-Copyright ta' Malta fil-fatt tgħid li meta produzzjoni tkun 'riprodotta direttament jew indirettament għal fini ta' xandir jew għal komunikazzjoni lill- pubbliku, għandu jingħata ħlas lill-artisti (performers) u lill-produtturi, liema flus jitqassmu ugwalment bejniethom." Il-liġi tgħid li dawn il-flus għandhom jinġabru minn soċjetà apposta. Fil-każ ta' Malta, Peplow u apparentament numru ta' sidien ta' negozji tax-xagħar bħalissa, qed jintbagħtulhom ittra mingħand 'PRS for Music' li fuq is-sit tagħha tgħid li hi s-soċjetà mqabbda biex tiġbor dawn il-flus f 'Malta u li tirrapreżenta 118,000 kompożitur, awtur u publikatur. L-ammont li sid ta' ħanut jeħtieġ iħallas, ivarja skont id-daqs tal-ħanut u kemm jimpjega nies. Peplow jiddeskrivi dan bħala "banali għall- aħħar." "Mela s-salon huwa xi dancefloor u l-ħaddiema huma djs?" jistaqsi Peplow mal-ILLUM filwaqt li jistaqsi li jagħmel sens li jħallas mal-€200, "kieku nagħmel riklam tas-salon u fih nuża diska partikolari. Imma meta radju jdoqq diska ta' kantant jew kantanta, dawn ikunu diġà taw permess lill-istazzjon biex tindaqq id- diska tagħhom u biex din tinstema' mal- erbat irjieħ tad-dinja u b'hekk tikseb suċċess. Ma naħsibx li jien għandi nħallas għax in-nies qed jisimgħu d-diska tagħhom, meta l-missjoni u l-għan prinċipali tagħhom hija appuntu biex in-nies jisimgħu l-istess diska tal-istess kantant jew kantanta." Intant, Peplow tant qed iħoss li din hija xi ħaġa redikola u li ma tagħmilx sens li informa lil din il-gazzetta li se jkun qed jibgħat elenku tar- raġunijiet għalfejn iħoss li dan il-ħlas, fil-ġurnata tal-lum, huwa skadut lill-Ministru tal- Ġustizzja Owen Bonnici. L-ILLUM hija nfurmata li dan il-ħlas, li ftit li xejn probabbilment kien hemm min sema' bih qabel jekk mhux xi ħadd f 'negozju, ivarja u għal ħafna ħwienet ta' daqs żgħir ma jaqbiżx l-€40 fis-sena. Mike Peplow: Jaraha bla sens li jrid iħallas biex jixgħel ir-radju s-salon tiegħu