Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Sports 35 tat-triathlon lokali ħin tal-ġirja tiegħi bi tliet minuti. Ir-riżultat finali miksub minni kien dak ta' erba' siegħat, 27 minuta u 43 sekonda. Għalija, dan ir-riżultat fisser li għal darb'oħra kien irnexxieli negħleb kompetizzjoni qawwija minn atletli barranin u ta' esperjenza kbira. Il-ħin miksub minni, ra nuqqas ta' 17-il minuta fuq il-ħin tas-sena l-oħra, u b'hekk stabilixxejt rekord nazzjonali ġdid fuq din id-distanza. F'Settembru li għadda, int sirt l-ewwel atleta femminili Maltija li kkwalifikajt għall-Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman 70.3 li saru fl-Awstralja, fejn ikklassifikajt fit- tielet post fuq il-podju fil-Kategorija tal-età bejn 18 u 24 sena. Il-kummenti tiegħek rigward din l-esperjenza unika fil-karriera tiegħek. Ikkwalifikajt biex nirrappreżenta lil Malta f 'dawn il-Kampjonati tad-Dinja s-sena li għaddiet meta ħadt sehem fl-ewwel tellieqa ta' din id-distanza fil-karriera atletika tiegħi ġewwa Budapest, fl-Ungerija. Fis-sena li segwiet din il-kwalifika, urejt konsistenza tant li din is-sena erġajt irritornajt Budapest u tajt prestazzjoni aqwa mis-sena l-oħra sabiex erġajt irbaħt il-grupp tiegħi u saħansitra kkwalifikajt għall- Kampjonati tad-Dinja tal-2017. Din is-sena l-Kampjonati tad-Dinja saru ġewwa is-Sunshine Coast, fl- Awstralja, fejn aktar mill-aqwa 3,000 triatleti tad-dinja nġabru biex jieħdu sehem. Il-bidu tat-tellieqa ma kienx kif xtaqt jien, speċjalment fil-parti tal-għawm. Żgur li din ma kinitx waħda mill- aħjar prestazzjonijiet tiegħi, u din fissret li kelli naħdem iktar fuq ir-rota sabiex inkun nista' nilħaq lill-atleti ta' quddiem. Spiċċajt fl-14-il post fil- kategorija tiegħi wara l-għawma. Fit-taqsima tar-rota, l-ewwel kilometri kienu b'pass mgħaġġel ħafna, iżda hekk kif qbiżna l-20 kilometru, ir-rotta bdiet tiħrax, meta sibna quddiemna tlajja' li qatt ma kont esperjenzajt bħalhom qabel. Kelli naħdem ħafna biex inġib post aħjar f 'din it-taqsima u kont ftit inkwetata għan-nofs maratona li kelli wara dik it-taqtiegħa iebsa fuq ir-rota. Din it-telllieqa hija riżultat tal-isforz, dedikazzjoni u sagrifiċċju. Il-livell huwa għoli u għal ħafna atleti fil-grupp tal-età tiegħi, dawn il-kampjonati huma pass qabel ma jaqilbu għall- kategorija tal-professjonali. Għalkemm il-korsa kienet diffiċli ħafna qatt ma stennejt dan ir-riżultat u għalija kien ta' sodisfazzjon kbir li nikseb dan il-post fuq il-podju, speċjalment meta rnexxieli negħleb xi atleti professjonali li huma kkunsidrati li huma l-aqwa fid-dinja. Minbarra s-suċċess fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman, ftit ilu int żidt żewġ unuri oħra ma' dawk li rbaħt matul din is-sena. Tina iktar dettalji. Hekk hu. Fil-fatt ħadt sehem fis-Serje tal-Isprint Triathlon, organizzata mill- Birkirkara St Joseph Sports Club, u rbaħt it-titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Isprint Triathlon kif ukoll is-Serje. It-tlielaq saru fi Triq il-Kosta, fis- Salina. Din kienet battalja diffiċli u miġġielda sew ma' atletli ta' esperjenza kbira, kapaċità u determinazzjoni, atleti li bnew ħafna esperjenza fuq iċ-ċirkwit tat-Triathlon u dan irriżulta f 'taqtiegħa interessanti, kemm għalina l-atleti kif ukoll għall-ispettaturi li ġew isegwu din it-tellieqa. Intant, bl- akbar umiltà, nistqarr li komplejt nuri l-kapaċità tiegħi billi rbaħt l-aħħar tellieqa fis-serje, sabiex spiċċajt is-Serje tal-Isprint Triathlon 2016 mingħajr telfa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, riċentament, għalaqt l-istaġun tat- triathlon f 'Malta b'titlu ieħor hekk kif irbaħt il-Kampjonati Nazzjonali tat- Triathlon ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq. Ġimagħtejn wara r-rebħa tal- Kampjonat Nazzjonali tal-Isprint Triathlon, kont determinata li nagħti prestazzjoni tajba fil-Kampjonati Nazzjonali li huma l-qofol tal- istaġun tat-triathlon f 'Malta. Bil- kompetizzjoni tkun qawwija ħafna, kont naf li għalkemm kont qed nagħti prestazzjonijiet tajba, il- battalja għall-ewwel post fuq il-podju kienet se tkun waħda miġġielda sew. B'determinazzjoni kbira, iddominajt it-tellieqa mill-bidu nett, meta ħriġt mill-ilma b'iktar minn 40 sekonda vantaġġ fuq Margaret Seguna. Fis- sezzjoni tar-rota, Michelle Vella Wood, irreġistrat l-aħjar ħin iżda jien urejt is-saħħa tiegħi fil-ġirja sabiex irbaħt it-tellieqa u t-titlu b'il fuq minn tmien minuti vantaġġ. Friska mir-rebħ tat-titlu nazzjonali tat-Triathlon, fil-ġimgħat li għaddew ġejt mistiedna biex tingħaqad mat-tim Franċiż, 'Brive Limousin Triathlon', fejn ħadt sehem fil-'Coupe de France de Duathlon'. Din it-tellieqa kienet tikkonsisti f 'time trial fejn l-atleti tat- tim setgħu jaħdmu flimkien. F'tellieqa bħal din, ikun permess id-drafting biss ma' membri tat-tim. Dan jinvolvi ħafna strateġija u tattika sabiex it-tim jibqa' flimkien. Din hija sistema diffiċli għall-fatt li għalkemm il-membri tat- tim jitilqu flimkien, it-timijiet l-oħra jitilqu f 'ħinijet differenti u b'hekk l-atleti ma jkunux jafu eżatt f 'liema stadju tat-tellieqa jkunu qegħdin fih it-timijiet l-oħra. Id-distanza li koprejna ġewwa Franza hija iqsar minn dik li jiena mdorrija biha s-soltu, iżda din kienet waħda mill-iktar tlielaq intensivi li qatt ħadt sehem fiha fejn kellna ntellqu bl-iktar saħħa li seta' jkollna. Kien sodisfacenti ħafna li ksibna t-tieni post. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-Triathlon? Nixtieq nieħu kull ġurnata kif tiġi, nibni l-affarijiet gradwalment u nżomm saqajja mal-art fiċ-ċirkostanzi kollha li niltaqa' magħhom fil-karriera tiegħi hekk kif għadni pjuttost żgħira. Sadanittant se nkompli nittrenja bl-aħjar mod possibbli, nieħu gost nittrenja u nagħti kull ma nista'. Fl-aħħar tal-ġurnata ma rridx li t-taħriġ isir xogħol iżda rridu li jibqa' l-passjoni tiegħi u xi ħaġa li nħares 'il quddiem lejha ta' kuljum. Bħalissa ninsab fuq waqfa qasira qabel nibda t-taħriġ għas-sena d-dieħla, fejn apparti l-kompetizzjonijiet lokali, mistennjia nerġa' ningħaqad mat-tim Franċiż biex nikkompeti fil-Gran Prix (D1) ġewwa Franza. Din żgur li se tkun sfida qawwija għalija fejn huwa mistenni li l-livell ikun għoli ħafna, fejn ta' min jgħid li ftit mill-aħjar triatleti tad-dinja huma mistennija jieħdu sehem f 'dan il-Grand Prix. Din l-opportunità hija waħda li żgur li se tgħinni nkompli nitjieb f 'dan l-isport li tant inħobb u se tkun esperjenza pożittiva għalija. Il-fatt li tkun qed titħarreġ u tikkompeti ma' tim huwa ta' benefiċċju għax ġeneralment it-triathlon huwa sport kemxejn individwali. Wara dan is-suċċess inkredibbli li diġà rnexxielek tikseb għalkemm għadek ta' età relattivament żgħira, ninsab ċert li tixtieq tagħmel xi ringrazzjamenti... Hekk hu. Fil-fatt nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-familjari u lill-ħbieb kollha tiegħi tas-sapport li jtuni kontinwament. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil Emvigee PR and Marketing, Garmin Malta, Go and Fun, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Teamsport u Cfragrances Perfumes u Go & Fun Eergy Drink għall-għajnuna u s-sapport kollu li tawni matul dan l-istaġun li kien wieħed impekkabbli għalija. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ringrazzjament speċjali jmur lejn il-Federazzjoni tat-Triathlon ta' Malta għall-appoġġ kontinwu tagħha lejja. Ritratt: James Bianchi Ftit tas-snin ilu, ipparteċipat fl-ewwel tellieqa internazzjonali ta' ħajjitha u kisbet rebħa impressjonanti fil-grupp tal-età tagħħa. Bejn il-11 u l-15 ta' Settembru tal-2015, ipparteċipat fil-Kampjonati Mondjali tat- Triathlon, li saru f 'Londra, fl-Ingilterra. Sena wara kienet l-ewwel mara Maltija li kkwalifikat għall-Kampjonati tad-Dinja tal- Ironman 70.3, u għat-tieni sena konsekuttiva rebħet il-kategorija tagħha fl-Ironman 70.3 ġewwa Budapest Nhar il-Ħadd 4 ta' Settembru, saret l-ewwel atleta femminili Maltija li kkwalifikat għall-Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman 70.3 li saru l-Awstralja, fejn ġiet fit-tielet post fil- kategorija ta' bejn it-18 u l-24 sena Riċentament, għalqet l-istaġun tat-triathlon f 'Malta b'titlu ieħor hekk kif rebħet il- Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq HANNAH PACE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016