Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402
Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l- istilla, se jkompli jkun dak ix-xahar li joffrilek op- portunitajiet differenti f'kull parti tal-ħajja. Imma int trid tagħraf li dawn l-opportunitajiet lu huma l- aktar importanti jew ta' gwadann għalik. Agħraf ħu l-aħjar f'dak li int tagħraf li hu ta' ġid għalik. Dan huwa mument li int trid tkun konċentrat ħalli dak li jiġi, tisfruttah fl-aħjar gwadann għalik. Iffoka aktar fuqek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 12, 26 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istil- la se jkompli jkun dak ix-xahar li joffrilek ambizz- joni ġdida madwar il-karriera tiegħek. M'għandekx għalfejn tibża' tidħol għal dak li tant ilek taspira. Dan huwa x-xahar li int tista' tavvanza f'dak li int trid tkattar iktar fil-karriera tiegħek. Dan huwa dak il-mument li int ilek tistenna sabiex tikber, però, agħraf ir-responsabbiltà li din se ġġib magħha. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 22 u 31. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l- istilla se jkompli jkun dak ix-xahar fejn int qisek se tħoddok inċert fl-imħabba. Imma int trid tagħraf li għalkemm hemm din l-inċertezza, ma tridx tkompli tkabbarhom. Għalhekk, dan ix-xahar jaf ikun dak li din l-inċertezza tnaqqasha sabiex 'il quddiem tkun tista' tagħraf aktar dak li int trid mir-relazzjoni li int għandek. Aħtaf dan il-mument u irrifletti sabiex timxi 'l quddiem. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 23 u 30. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istil- la se jkompli joffrilek tama l-aktar fejn int għandek xi intoppi ma' qraba jew ħbieb partikolari. Agħraf dan il-mument fejn l-aktar li int għandek intoppi sabiex sa żmien il-Milied, din is-sitwazzjoni tkun ferm aħjar mis-snin ta' qabel. Jekk dejjem int tagħraf li għalik aħjar, dan għandu jkun. Huwa mniżżel li din is-sitwazzjoni tkun ferm aħjar. Agħraf. Kuluri favoriti ma' taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 24 u 34. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istilla se jkompli joffrilek sfida fil-karriera tiegħek, imma sfida sabiex tagħraf iktar il-potenzjal tiegħek. Dan huwa l-mument fejn int qed tagħraf li qed taħli l-enerġija tiegħek u mhux tagħti r-riżultati mixtieqa. Għandek twaqqaf u tkabbar, u ssaħħaħ iktar dak li qiegħed jagħtik sodisfazzjon. Tibżax twaqqaf xi affarijiet li jaf ikunu iktar qegħdin itell- fuk. Kompli ssaħħaħ u ħares 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Ix-xahar ta' Novembru għalik li int taqa' taħt din l- istilla se jkompli jagħtik spinta lejn il-mixja li qbadt sabiex timxi 'l quddiem fix-xewqa li tkun tista' tissaħħaħ aktar fl-indipendenza tiegħek. Iva, dan huwa l-mument vera tiegħek l iissa int tkompli tkat- tar dak li huwa verament tajjeb biss għalik. Issa huwa dak iż-żmien sabiex tagħraf l-istabbiltà ta' madwarek u se tara kemm int se tkun aħjar f'dak li qed tagħmel. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 25 u 38 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Ix-xahar ta' Novembru għalik li int taqa' taħt din l-is- tilla se jkompli jitfgħalek iktar dawl f'dak li int sa dtit ta' żmien ilu kienet sitwazzjoni mejta bla ebda tama l itista' tinbidel. Imma issa qed tara li dak li kien, mhux bilfors fisser hekk, anzi agħmel iktar kuraġġ fik innifsek sabiex int tkompli tissaħħaħ u dak li deher mitluf, jiddawwar f'rebħ. Ovvjament, trid timxi pass pass, imma l-aqwa li int temmen aktar fik u tasal. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 26 u 34. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istilla, se jkompli joffrilek dik l-isfida madwarek sabiex int tagħraf iktar x'inhu ta' verament bżonn għalik. Ma tistax tkompli tilgħab. Jekk int trid tavvanza fil-ħajja tiegħek, ma tridx tibża' li fejn huwa ħażin, tikkonfronta sabiex taqta' u tkompli tħares 'il quddiem. Dan huwa l-mument li int trid tgħeleb din l-isfida. Jekk int trid verament tkun aħjar f'dak li int temmen. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 21 u 37. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l- istilla, se jkompli jurik kemm int għandek xi tkom- pli titgħallem. Ma tistax tgħid li int wasal sa hawn, u daqshekk. Int qed tagħraf li bil-ħiliet li int għandek, tista' tkompli tkabbar kemm lilek innifsek u kemm sak li hemm madwarek, imma li trid tieħu ħsieb huwa li żżomm bilanċ li dan irid ikun fattur importanti fiż-żmien li ġej. Żbilanċ ikun ifisser telf. Agħraf żomm bilanċ. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 19, 29 u 34. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istill se jkompli jurik li int trid tagħraf iktar lilek innifsek. Ma tistax biss tara x'inhu tajjeb għalik. Għalkemm dan huwa importanti, int trid tagħraf dawk ta' mad- warek kemm qegħdin ikunu ta' għajnuna u sapport. Jekk int m'intix se tagħraf dan, jaf toħloq problema għax ta' madwarek jafu jkunu pedina importanti, għalhekk agħraf dan iktar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 24 u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l- istilla se jkompli jkun wieħed li int trid tagħraf iktar fejn int fl-imħabba. Ma tistax tibqa' maħkum mill-passat tiegħek sabiex timxi 'l quddiem. Trid tagħmel sinjal bejn il-passat u l-preżent. Jekk int trid verament timxi 'l quddem fl-imħabba, trid tagħraf dak li għandek fil-preżent. Il-passat agħraf minnu biss u imxi 'l quddiem. B'hekk biss int tista' ssaħħaħ dak li għandek illum. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 12, 25 u 32. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istilla se jkompli jkun wieħed li jagħtik saħħa f'dak li int trid. Għalkemm qabel kont qed tħossok dgħajjef, issa huwa l-mument li int ma taqtax qalbek għax dan ix-xahar se jagħtik dik l-enerġija li tant għandek bżonn sabiex tqawwi lilek innifsek u timxi. Tajjeb li forsi titlob xi parir, imma fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun int li tagħmel il-pass. Tibżax timxi 'l quddiem. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 27 u 38. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 23 add 20 ta' Novembru 2016 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? L-Imħabba ta' żewġ uċuh (3) F'DAN ir-rakkont iltqajna ma' Stephen, John u Margaret, bil-ġrajja seħħet fl-1995, meta Stephen u Margaret kienu bdew jiltaqgħu. Wara erba' snin jgħixu flimkien, Margaret bdiet tħoss uġigħ f 'sidirha, iżda t-testijiet irriżultaw fin-negattiv. Wara xi żmien, marru vaganza romantika flimkien, fejn Margaret ħarġet tqila. Waqt okkażjoni, reġgħet bdiet tħoss l-uġigħ, u din id-darba kien iktar qawwi u ddaħħlet l-isptar fejn wara testijiet, irriżultar li kellha bidu ta' kanċer. Minħabba li kellha tieħu t-trattamenti, Margaret tilfet it-tarbija, u hawn, Stephen tant tfixkel li ma kienx aċċetta din is-sitwazzjoniu qabad il- vizzju tax-xorb. Beda jinqala' ħafna inkwiet bejniethom u kawża ta' dan, kienu kultant jispiċċaw ħażin, tant li darba, imnalla kien hemm missier Margaret, li ħadha malajr l-isptar wara li sabha mitlufha minn sensiha. Wara dan il- każ, ir-relazzjoni bejniethom intemmet. Minn hawn, hi bdiet ħajja kompletament ġdida. Bdiet taħdem ma' aġenzija tal- ivjaġġar, u waqt okkażjoni, iltaqgħet ma' John, imma minħabba l-esperjenzi passati, hi baqgħet kawta, imma John baqa' juriha rispett kbir, tant li wasal offrielha vaganza b'żewġ kmamar separati. Margaret aċċettat, u minn din il- vaganza, kibret l-imħabba bejniethom u bdiet relazzjoni. Kienet relazzjoni ta' mħabba pura u kienu jagħmlu kollox flimkien, u wara ftit anke xtraw dar. Margaret kienet kuntenta b'dan kollu ħasset li sabet dak kollu li dejjem ħolmot f 'raġel, imma l-kbir kien għadu riesaq. John kien dilettant tal- jottijiet u kien iħobb jikkompeti. Darba ġietu stedina biex jieħu sehem f 'diversi kompetizzjonijiet bejn Malta u Sqallija, u Margaret, li kienet tagħtih l-ikbar sapport darba ħasset qalbha tħabbarha bħal qisu kien se jiġri xi ħaġa, u talbitu ma jiħux sehem dik id-darba. Imma John, irnexxielu jikkonvinċiha u telaq f 'Settembru, b'temp donnu ta' Jannar, imma dan ma qatax qalb John. Mal-isparatura tal-kanun, il-jottijiet bdew il-vjaġġ tagħhom ta' kważi erbat ijiem bejn Malta u Sqallija, imma Margaret, kulma jmur bdiet tħoss li kien hemm xi ħaġa ħażina. Jumejn wara, irċeviet telefonata biex tmur għand l-organizzatur, u malli din waslet, laqgħetha l-persuna nkarigata u infurmatha li kienu tilfu l-kuntatt minn ma' John sa mis-2.00am. Qalu li kienu se jistennew sal- għada filgġodu biex ikomplu jipruvaw minħabba li kien tard u t-temp kien ħażin ħafna. L-għada filgħodu, Margaret sebħet l-uffiċċju biex tisma' b'aħbar John, imma hemm qalulha li kien hemm żewġ jottijiet, fosthom ta' John li kienu nieqasa. Saret tfittxija estensiva minn fejn l-aħħar li sar kuntattm imma ma nstabet l-ebda traċċa tagħhom. Wara ġimgħa, xorta ma kien għadu nstab xejn, u hawn, Margaret bdiet titlef il-fiduċja. Ikompli... Bi żvista, it-titlu tar- rakkont fil-partijiet passati kien żbaljat, u għandu jaqra 'L-Imħabba ta' żewġ uċuh'