Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Sports 31 X'qed jinħema fix-xena tal-futbol internazzjonali... SAMIR NASRI - Samir Nasri żvela li qabel ħalla lil Manchester City biex jingħaqad ma' Sevilla, kien imġiegħel minn Pep Guardiola biex ma jkunx attiv sesswalment wara nofsillejl biex b'hekk l-għada jkun b'saħħtu għat- taħriġ ma' sħabu. Jidher li dawn l-istess struzzjonijiet, Guardiola, kien tahom ukoll lil Lionel Messi fiż-żmien li huwa kien imexxi lil Barcelona, fejn jidher li kienu ħallew il-frott mixtieq. DANIEL STURRIDGE - Aħbar ħażina għall-partitarji ta' Liverpool hekk kif jidher li Daniel Sturridge se jkun qed iħalli lil dan il-klabb glorjuż f'Jannar li ġej. Kemm ilu kowċ ta' Liverpool Jurgen Klopp, dan il-plejer ma bediex jibda mal-ewwel 11 tar-Reds b'mod regolari u b'hekk huwa beda jfittex orizzonti ġodda fil-karriera tiegħu. Huwa mifhum li West Ham United u Stoke City huma lesti li joffru s-somma ta' £28 miljun biex jakkwistaw lil dan l-attakkant. JAMIE VARDY - Emile Heskey li żgur li jaf kif attakkant għandu jiskorja stqarr li jinsab ċert li l-attakkant ta' Leicester City u tat-tim nazzjonali Ingliż, Jamie Vardy, se jerġa' jsib il-forma li nafuh jilgħab biha speċjalment matul l-istaġun li għadda u jerġa' jsib ix-xibka b'mod regolari. Dan hekk kif matul dan l-istaġun huwa jinsab għaddej minn ċertu nixfa ta' gowls, forsi sintomu wkoll tal-fatt li Leicester City xejn mhuma qed jimpressjonaw fil-Kampjonat Premier Ingliż, għalkemm mhux l-istess nistgħu ngħidu li qed jagħmlu fil-UEFA Champions League. RAVEL MORRISON - Il-kowċ ta' Hull City, Mike Phelan, irid li Ravel Morrison jirritorna ma' Hull City wara li xejn ma mpressjona ma' Lazio fl-Italja. Dan hekk kif dan il-plejer ta' 23 sena lagħab biss tmien logħbiet f'16-il xahar ma' dan il-klabb, u skont Mike Phelan żgur li dan il-plejer jista' jdawwar il-fortuni ta' dan it-tim wara li kellu bidu ta' staġun mimli tlajja' u nżul fl-Ingilterra. ROMELU LUKAKU - Il-kowċ ta' Everton, Ronald Koeman ammetta li Romelu Lukaku huwa tajjeb wisq għal dan it-tim, u b'hekk ma tkunx sorpriża għalih li fil-futur qrib, narawh jilgħab ma' xi tim ieħor iktar ikkwotat. Koeman ikkumpara lil dan il-plejer mal-eks plejer Olandiż ta' Ajax u AC Milan, Patrick Kluivert fejn qal li l-kwalitajiet ta' dawn it-tnejn jixxiebħu ħafna u l-kilba tagħhom għall-gowl hija waħda inkredibbli. ANTOINE GRIEZMANN - José Mourinho qed ifittex li jsaħħaħ l-attakk tiegħu għall- istaġun li ġej bil-kandidat ewlieni jkun l-attakkant ta' Atletico Madrid Antoine Griezmann, fejn huwa mifhum li dan il-plejer jista' jingħaqaad mar-Red Devils sa mis-sajf li ġej. Griezmann sploda fir-rendiment tiegħu waqt Euro 2016 u jidher li għandu l-kwalitajiet kollha neċessarji ta' dak li jixtieq Mourinho nnifsu u b'hekk ma tkunx sorpriża li narawh jilgħab mat-tim minn Old Trafford matul is-sena d-dieħla. SERGIO AGUERO - Ilhom għal diversi ġimgħat jiċċirkolaw spekulazzjonijiet li Sergio Aguero fi tmiem dan l-istaġun jista' jħalli lil Manchester City, biex jingħaqad ma' xi tim ieħor possibbilment f'pajjiżu, l-Arġentina. Fl-aħħar sigħat, beda jinstema' t-tim ta' Independiente bħala dak it-tim li Sergio Aguero jista' jingħaqad miegħu sa mill- istaġun li ġej, għalkemm għadha m'hemm l-ebda somma uffiċjali li qed tiġi rraportata li dan il-plejer jista' jiġi akkwistat għaliha. HECTOR BELLERIN - Jekk hemm plejer li qed jissemma kontinwament li jista' jħalli lil Arsenal fi żmien li ġej, dan mhuwa ħadd ħlief Hector Bellerin, b'Manchester City u Barcelona, jidhru li huma l-aktar favoriti li jakkwistawh, dejjem jekk huwa jitħalla jitlaq mingħand il-Gunners iżda pront daħal fix-xena Arsene Wenger, li bl-aktar mod affermattiv stqarr li sakemm idum hu l-kowċ ta' Arsenal, dan mhux se jkun qed jitħalla jitlaq minn ma' Arsenal, b'saħħitha kemm tkun b'saħħitha s-somma offruta lilu. Dan hekk kif huwa qal li dan id-difensur right-back jinsab fil-pjanijiet ċentrali tiegħu bħala kowċ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016