Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Sports 32 Amanda Zammit tikkonferma lilha nnifisha bħala fost l-aqwa fix-xena tal-Bikini Fitness f 'Malta minn Cristian Antony Muscat L-ISEM ta' Amanda Zammit ftit li xejn kien magħruf fl-ambitu tal- isport lokali sa ftit tal- ġimgħat ilu, qabel nhar is-Sibt 15 ta' Ottubru, Amanda kisbet unur kbir għalija nnifisha meta hekk kif kienet qed tieħu sehem f 'kompetizzjoni tal-Bodybuilding, imsejħa 'Bikini Fitness' organizzata min-NABBA Malta, hija kklassifikat fl-ewwel post. M'hemmx dubju li dan mhux se jkun l-ewwel u l-uniku suċċess ta' Amanda hekk kif kollox qed jindika li hija għandha futur mill- isbaħ jistennieha f 'dan l-isport li tant tħobb. Biex ikollha iktar informazzjoni rigward dan, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Amanda Zammit nnifisha fejn tatna iktar dettalji rigward din il-kompetizzjoni li kienet involuta fiha kif ukoll rigward id-diversi preparazzjonijiet u t-taħriġ intensiv li kellha tagħmel qabel irnexxielha tikseb suċċess fl-imsemmija kompetizzjoni. Hija affermat li: "Fid-dawl tal-aħħar u konsiderament waħda mill-akbar kisbiet tiegħi personali, dik li din is-sena ġejt inkurunata f 'żewg sezzjonijiet mill- aktar prestiġjuzi, bħala Malta Championship 2016 Bikini Model Tall Class kif ukoll Overall Winner fl- imsemmija kompetizzjoni Nabba WFF, nixtieq nirringrazzja lil Susan Borg, li barra li għenitni ħafna, kienet saħansitra hi li nkoraġġietni sabiex nipparteċipa. Madankollu, dan żgur li ma kienx ikun possibbli mingħajr is-sapport, id- dedikazzjoni u l-għajnuna tal-personal trainer tiegħi Leslie Spiteri, li għal dawn l-aħħar sentejn kien l-ikbar sors ta' sapport u motivazzjoni għalija. Mhux biss emmen fija sa mill-ewwel ġurnata iżda mexa miegħi tul il-proċess kollu li jeħtieg livell ta' commitment u dixxiplina kbira. Nista' ngħid li kien hu li bidel ix-xewqa tiegħi li bdiet milli nara r-ritratti tal-mudelli fuq Instagram għal realtà billi baqa' miegħi sal-aħħar sekonda qabel ma ħadt l-ewwel pass fuq il-palk. B'hekk nixtieq nirringrazzjah minn qalbi ta' kull parir, kelma ta' inkoraġġament u sapport kontinwu! Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil Vince Balzan - President ta' NABBA Malta, tal- għajnuna, l-inkoraġġiment u s-sapport li dejjem tani u għadu jagħtini. Din ir-rebħa se tkun qed teħodni fil-Litwanja fejn fl-10 ta' Ġunju se nkun qiegħda nikkompeti għat- titlu fil-kompetizzjoni Miss Bikini Nabba 2017," temmet tgħid Amanda Zammit. Amanda Zammit bit-Trofew tar-rebħ tal-Kampjonati tal-Bodybuilding organizzati min-NABBA Malta Ritratt : Raymond Cassar Iċċelebrat b'suċċess il-Jum Dinji tal-Judo f 'Malta GĦAS-SITT sena konsekuttiva, il- Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo, iċċelebrat il-Jum Dinji tal-Judo #WorldJudoDay, fit-28 ta' Ottubru, li jaħbat wkoll għeluq snin Jigoro Kano - missier il-Judo. Din il-ġurnata hija ddedikata lill-kowċis, atleti, il-familji tagħhom, l-entużjasti, u dawk kollha li għandhom il-Judo f 'qalbhom. Il-Judo huwa wieħed mill-isports li jiġu pprattikati f 'bosta pajjiżi, u għalhekk din hija wkoll opportunità għal min iħobb il-judo biex jaqsam l-esperjenzi u jippromwovi l-isport. Kano Shihan kien qal: "Il-Judo fir-realtà mhuwiex sempliċi sport jew logħba. Jien inqisu bħala prinċipju tal-ħajja, tal-arti u tax- xjenza. Fil-fatt, dan huwa mezz għall-kisba kulturali personali." Temi li diġà saru għall- Jum Dinji tal-Judo kienu Rispett (2011), Judo għal Kulħadd (2012), Perseveranza (2013), Unur (2014), Unità (2015), u t-tema din is-sena kienet Judo għad-Dinja. F'Malta, il-klabbs organizzaw żewġ avvenimenti, fejn il-Judoka stiednu ħbieb jew ġenituri għat-taħriġ. Il-klubs wkoll fetħu l-bibien tagħhom għal kull min ried jkollu togħma tal-Judo. Adulti, tfal, esperti tal-judo, prinċipjanti, Maltin u viżitaturi tal- gżira tagħna, qasmu t-tatami (tapit) flimkien, gawdew il-Judo flimkien u ċċelebraw għeluq snin Kano. Kif Kano Shihan kien qal, "il-Judo jgħallimna li għandek tfittex l-aħjar kors ta' azzjoni possibbli, tkun xi tkun iċ-ċirkostanzi individwali, u jgħinna biex nifhmu li tinkwieta huwa ħela ta' enerġija." Dan l-avveniment serva bħala promozzjoni tal- Judo u l-klabbs tagħha. Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo hija kontinwament attiva f 'attivitajiet fuq u barra t-tapit. Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Kata kienu organizzati riċentament b'suċċess kbir. L-uffiċjali tal-federazzjoni għadhom jirċievu kliem ta' gratitudni, u bosta drabi l-ufficjali tal-Federazzjoni Internazzjonali qalu li din kienet l-aqwa organizzazzjoni ta' dawn il-Kampjonati Mondjali. Matul dan tmiem il- ġimgħa, il-Federazzjoni Maltija tal-Judo se tkun qed torganizza l-20 edizzjoni tas-Seminar Mediku tal- Unjoni Ewropea tal-Judo, fejn se tkun qed tilqa' aktar minn 30 tabib sportiv minn tliet kontinenti. Aktar tard din is-sena, il-Kampjonati Nazzjonali se jsiru fil- kumpless li għadu kif tlesta f 'Pembroke. Aktar informazzjoni dwar il-Judo tistgħu tiġu akkwistata billi ċċempel 21319944 jew tibgħat email fuq info@maltajudo.com. Uħud mil-parteċipanti li ħadu sehem waqt il-Jum Dinji tal-Judo f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016