Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Tkompli minn paġna 1 INTANT, is-sit fl-Imtaħleb għalkemm mistenni li jkun l-ikbar, mhux se jkun l-unika sit hekk kif il-Gvern se jkun qed jaħdem fuq proġetti ta' afforestazzjoni f 'ħames żoni oħra tal-pajjiż. Fil-fatt, l-ILLUM tinsab infurmata li l-Ministeru għamel it-talbiet neċessarji lid-Dipartiment tal-Artijiet biex ikunu jistgħu jinbdew xogħlijiet ta' afforestazzjoni f 'siti f 'Baħar iċ-Ċagħaq, fis-Swatar, fiż-żona ta' quddiem l-isptar Mater Dei, f 'Wied Blandun il-Fgura u Burmarrad. Fil-każ tal-proġett ta' afforestazzjoni f 'Burmarrad, il-Gvern se jkun qed japplika għal fondi mill-Unjoni Ewropea. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li l-Gvern jinsab fi stadju finali biex art, li għadha ma ġietx identifikata u li kienet qed isservi ta' miżbla illegali qabel kienet abbandunata, tinbidel f 'żona bis-siġar. Il-proġett li se jkun qed isir fl-Imtaħleb kien indikat għall- ewwel darba fuq il-media meta l-Ministru José Herrera preżenta rapport ta' żewġ esperti fl-Ekoloġija Louis F. Cassar u Elisabeth Conrad. Dakinhar, Herrera kien sostna li jinsab diżappuntat li fl-aħħar ħames snin, ftit li xejn ittieħdu miżuri biex issir afforestazzjoni, bit-tħawwil ta' madwar 1,000 siġra biss kull sena. Il-Ministru Herrera kien saħaq diversi drabi dwar l-importanza li f 'dawn l-imsaġar ikunu mħawlin siġar endemiċi biss, xi ħaġa li l-istess Ministru sostna li għandha tkun koperta bil-liġi. illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 10 Il-Gvern jidentifika ħames siti għal proġetti ta' afforestazzjoni ...se japplika għal fondi mill- UE għal masġar fiż-żona ta' Burmarrad Il-ġmiel tal-Imtaħleb, iż-żona proposta għal masġar kbir Ritratti: Leslie Vella Il-PN qed jipproponi ftuħ ta' ċentri ta' childcare f 'żoni ta' negozju Tkompli minn paġna 1 GRECH spjega lil din il- gazzetta kif l-għajnuna se tkun qed tingħata wkoll taħt kundizzjonijiet oħrajn li jeskludu kull possibbiltà ta' abbuż jew sidien li jdaħħlu jaħdmu l-ħaddiem magħhom għal perjodu ta' żmien qasir qabel ikeċċuh. Fost dawn, hemm il-fatt li biex is-sid tal-ħanut jingħata l-għajnuna, ikun irid jdaħħal lill-impjegat fil-qasam tal- bejgħ biss u għalhekk la l-għotja u lanqas il-krediti fit-taxxa ma jkopru impjiegi oħrajn li jista' jkollu bżonn, bħal tindif jew manutenzjoni tal-ħanut. Id-Deputat Claudio Grech, meta kien qed jitkellem mal- ILLUM spjega kif minkejja li din il-proposta se tfisser spiża konsiderevoli, il-PN qed jara li jista' jerġa' jdaħħal lura minn dak li jkun nefaq f 'kontribuzzjonijiet minn qasam li jkun ra t-total ta' nies fis-suq tax-xogħol jiżdied. Apparti minn hekk, id- dokument se jipproponi wkoll li f 'ċentri kummerċjali jinfetħu childcare centres għal dawk il-ħaddiema mpjegati fil-ħwienet. Din il-proposta, timxi id f 'id mal-miżura introdotta minn dan il-Gvern għal ċentri ta' childcare b'xejn, liema miżura kienet suċċess, intlaqgħet b'mod pożittiv ferm u waslet għal żieda ta' nisa fis-suq tax-xogħol. Intant, id-dokument se jkun qed jipproponi wkoll ir-riġenerazzjoni ta' ċentri f 'lokalitajiet speċifiċi, partikolarment dawk li huma ekonomikament żvantaġġjati, f 'retail hubs. L-għan ta' din il-proposta huwa li jinħolqu ċentri aktar organizzati ta' ħwienet li joħorġu b'inizzjattivi biex jitjieb in- negozju u jkunu attirati aktar nies lejn lokalitajiet differenti. Grech spjega lill-ILLUM li d-dokument se jkollu aċċenn partikolari fuq is-settur tal-bejgħ li jispeċjalizza fl-artiġġjanat u prodotti Maltin, se jipproponi miżuri ta' effiċjenza kif ukoll ta' tkabbir. B'kollox, id- dokument li se jkun ippreżentat illum se jkun fih total ta' 51 proposta u minkejja li se jħares lejn is-settur tal-ħwienet kollu, se jkollu aċċenn partikolari fuq il-ħwienet iż-żgħar. X'inhuma l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-ħwienet iż-żgħar? IL-PROPOSTI tal-PN li se jitressqu dalgħodu se jkunu preżentati f 'perjodu ekonomiku b'saħħtu ħafna. Minkejja dan, it-tkabbir mhux neċessarjament huwa rifless fil-profitti li qed jagħmlu mijiet ta' negozji żgħar. Imma għalfejn qed jiġri dan? Tort tal-Gvern jew le? Nistgħu nevitaw l-inevitabbli? Il-gazzetta ILLUM ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat tirraporta dwar l-andament tan-negozju f 'diversi ċentri kummerċjali. Fil-ħarġa tas-16 ta' Ottubru ta' din il-gazzetta diversi ħwienet tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun kienu tkellmu dwar il-biżgħat tagħhom minħabba t-temp. Wara xitwa xotta u sħuna s-sena l-oħra, xitwa oħra batuta din is-sena kienet se tfisser 'negozju brodu', kienu qalu lill-ILLUM. Huma kienu ddeskrivew kif is-sena l-oħra spiċċaw b'ħafna stokk ma' wiċċhom u mhux mibjugħ. Fortunatament, din il-ġimgħa bdiet tidħaq ftit lil bosta ħwienet tal-ħwejjeġ hekk kif il- maltemp u t-tnaqqis, anke jekk mhux drastiku fit-temperatura, beda jċaqlaq xi ftit ix-xogħol. Lura fl-20 ta' Diċembru 2015, minkejja li s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż, kienet sejra tajjeb kif inhi llum, 65% mill-40 negozju li kienu ħadu sehem fi stħarriġ tal-ILLUM kienu qalu li n-negozju la mar għall- aħjar u lanqas għall-agħar. Iktar kmieni din is-sena fil-ħarġa tad-29 ta' Mejju 2015, l-ILLUM kienet tkellmet ma' diversi ħwienet li rrapurtaw bejgħ batut ħafna fl-ewwel erba' xhur tas-sena b'sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ f 'Ħaż Żabbar tgħid li qed tirreġistra dħul ta' bejn €2,000 u €3,000 inqas fix-xahar. Raġel li jbigħ bl-imnut spjega kif nies fil-mestier tiegħu naqsu bil-kbir hekk kif infetaħ iktar is-suq permezz tad-dħul ta' malta fl-Unjoni Ewropea (UE). L-ILLUM irrapurtat fl-stess artiklu li l-agħar li kienu qed jintlaqtu, mill-kompetizzjoni minn ktajjen ta' ħwienet kbar li qed jiftħu huma dawk li jbigħu ħwejjeġ tat-trabi. Il-kompetizzjoni ma kinitx biss ħarxa fuq sidien ta' ħwienet tal- ħwejjeġ, imma wkoll fuq il-mijiet ta' ħwienet tal-merċa madwar il-pajjiż. Fil-fatt f 'artiklu ieħor, din id-darba ppubblikat nhar it-30 ta' Ottubru li għadda, numru ta' groceries kienu stqarrew mal-ILLUM kif biex jiġġieldu l-kompetizzjoni kellhom fl-aħħar snin jibdew jaċċettaw li jibdew ibigħu l-prodotti tagħhom bid-dejn lil numru ristrett ta' klijenti. "Qed ikissrulna n-negozju u l-għixien tagħna," saħqet sid ta' ħanut li tkellmet ma' din il-gazzetta. Negozji ta' natura oħra li tkellmu mal- ILLUM kienu dawk li għandhom forn. Il-Ħadd li għadda l-ILLUM tkellmet ma' numru ta' sidien, li spjegaw kif kellhom jiddiversifikaw biex setgħu jkampaw, dan anke jekk in-numru ta' fran fil-lokalità ta' Ħal Qormi naqqsu ħafna, hekk kif bosta mhumiex protetti bħala wirt storiku u kulturali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016