Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402
ILBIERAĦ, waqt attività fiċ- Ċentru Ċiviku tal-Mosta ġiet inawgurata għaqda ġdida għal persuni b'diżabbiltà li fiha tiġbor diversi għaqdiet oħra, fosthom Amputees for Amputees, Breaking limits, MaltaMuscular Dystrophy Association, Multiple Sclerosis Society, Malta Deaf Association, Gozo Aid for the Visually Impaired u Grupp Flimkien Naslu (Malta). Din l-għaqda ngħatat l-isem ta' EVVIVA -Equal, Valid, Visible, Inclusive, Vocal and Accessible. Il-President tal-Għaqda Michael Debattista fisser kif fl-għaqda hemm is- saħħa u kien għalhekk li dawn l-għaqdiet issieħbu flimkien biex ikollhom leħen aktar b'saħħtu biex jippromwovu d-drittijiet tal- persuni b'diżabilità u jegħlbu l-ostakoli. Huwa awgura ħidma u kollaborazzjoni mal- istakeholders kollha tal-pajjiż. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana rringrazzjat lill-mexxejja ta' EVVIVA u faħħret din l-inizjattiva li ddeskriviet bħala riflessjoni ħajja tal-politika nazzjonali tal-persuni b'diżabbiltà li saret mill-persuni b'diżabbiltà stess. Il-politika nazzjonali, li hija l-ewwel waħda li qatt kellu pajjiżna, tenfasizza ħafna dwar l-attiviżmu ta' dawn il-persuni. "Billi EVVIVA se tkun immexxija mill-persuni b'diżabbiltà stess, dan ifisser li huma nfushom se jkunu protagonisti tal-aġenda tagħhom stess," qalet Caruana. Hija fakkret kif permezz ta' liġi apposta fil-Parlament, dan il-gvern ta saħħa lill- persuni b'diżabilità biex imexxu l-aġenda tagħhom f 'diversi setturi. ''Dan qed jitwettaq billi fil-bordijiet u fl-awtoritajiet tal-Gvern illum, hemm persuna b'diżabilità. Dan ifisser li l-Gvern qed jagħti l-għodod biex naraw persuni b'diżabilità jieħdu kontroll ta' ħajjithom u dak kollu li jolqot lilhom," żiedet tgħid is-Segretarju Parlamentari. Caruana saħqet dwar l-importanza li l-għaqdiet ikomplu jressqu l-proposti lill-Gvern biex jiġu indirizzati realtajiet ta' bżonnijiet u diffikultajiet għal dawn il-persuni. Bħala eżempji rreferiet għall-proposti li tressqu minn għaqdiet li issa huma parti minn EVVIVA. Semmiet il-proposta tal- Amputees for Amputees biex issir ġustizzja mal-amputees fil-kriterji tal-pensjoni tad- diżabilità li ġiet indirizzata fil-baġit li għadda. Semmiet ukoll il-lingwa Maltija tas-sinjali u s-servizz ta' interpreti, żewġ proposti oħra li twettqu, filwaqt li ħeġġet biex fuq kollox ikollna iktar attiviżmu min-naħa tal- persuni b'diżabilità. Fil-laqgħa ta' dalgħodu tkellmu wkoll Robert Cutajar u Arnold Cassola, kif ukoll il- Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Oliver Scicluna. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI MINISTERU TAL-FINANZI C M Y CM MY CY CMY K Newspaper 153 MLT:2 - 17.11.pdf 1 17/11/2016 18:41 ILPRESIDENT tar- Repubblika Marie Louise Coleiro Preca qalet kif tħoss dieqa kbira kull darba li jkollna l-aħbar li t-toroq tagħna ħażdu l-ħajja ta' persuna oħra. Fil-jum li qed ifakkar il- memorja ta' dawk kollha li tilfu ħajjithom f 'inċidenti tat-traffiku, Coleiro Preca appellat lil kulħadd biex jagħmel il-parti tiegħu ħalli jitwaqqaf dan it-telf ta' ħajja bla bżonn, u bosta drabi, f 'età żagħżugħa. "Inħeġġeġ lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien ħalli nassiguraw li t-toroq tagħna ikunu aktar siguri u tajbin. Ir-responsabbilità mhijiex biss tas-sewwieqa, iżda wkoll tal-policymakers, ta' min jippjana t-toroq, ta' min jieħu d-deċiżjonijiet, ta' l-edukaturi u tal-pubbliku in ġenerali," kompliet tgħid il- President. Fil-fatt, hawnhekk ikwotat infermiera li tat l-ewwel għajnuna lil wieħed mill-vittmi ta' dan l-aħħar, hekk kif ġara l-inċident, 'ħadd m'għandu jgħaddi minn traġedja bħal din'. Il-President kompliet billi rringrazzjat lil diversi persuni u entitajiet li jkunu involuti fis-salvataġġ. "Minn qalbi nirringrazzja lill-'Emergency Physician Response Unit', lit-tim tal-protezzjoni ċivili u lill- pulizija, li jaslu mill-ewwel fuq il-postijiet tal-inċident. Dak li tagħmlu mal-vittmi fl- aħħar mumenti ta' ħajjithom, huwa imprezzabbli. Jalla jkompli jkollkom il-kuraġġ u s-saħħa li tkomplu din il- missjoni denja tagħkom." Finalment, f 'dan il-jum, il-President għaddiet messaġġ lill-familji kollha li tilfu persuna tant għażiża għalihom, fejn qalet li tifhem li f 'sitwazzjoni bħal din, xejn ma jista' jsabbarhom, iżda tħeġġeġ biex ikomplu jgħożżu l-memorji sbieħ tal-persuna li jkunu tilfu. "Għamlu kuraġġ. Intom tibqgħu fi ħsibijieti u f 'qalbi," temmet tgħid Coleiro Preca. 'Jeħtieġ ningħaqdu flimkien biex nagħmlu t-toroq tagħna iktar siguri' EVVIVA - għaqda ġdida għall-persuni b'diżabilità Membri tal-għaqda l-ġdida EVVIVA