Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet 'Xi ġenituri kienu mwerwrin jitkellmu minħabba tfal bullies' Il-Ministru Bartolo: 'Allaħares niġġudikaw sistema sħiħa fuq dan il-każ' minn Albert Gauci Cunningham L-ALLEGAT każ ta' abbuż fil-Liċeo tal-Ħamrun li wassal għall-arrest ta' għalliem u għal elenku ta' akkużi mill-aktar xokkanti, poġġew is-sistema tal- koedukazzjoini introdotta minn dan il-Gvern taħt il-lenti. Minkejja li s-sistema jidher li għandha l-appoġġ qawwi tal-maġġoranza ta' studenti u anke ġenituri, għalkemm ftit inqas fost l-għalliema, kienu bosta li daru fuq il-midja soċjali fl- aħħar jiem biex jistaqsu jekk il-koedukazzjoni hux qed taħdem jew le. Il-Ministru tax-Xogħol u Edukazzjoni Evarist Bartolo lbieraħ wieġeb għal din il-kritika meta kien mistoqsi minn Andrew Azzopardi fil-programm Għandi xi Ngħid fuq Radju Malta jekk l-allegat każ ta' abbuż ifissirx li s-sistema tal-co- ed falliet. "Le ma tarax. Allaħares niddeċiedu sistema sħiħa fuq dan il- każ," sostna Bartolo, li ammetta wkoll li din ma kinitx l-ewwel darba li l-Ministeru kien iffaċċjat bi problemi u lmenti minn din l-iskola partikolari. Intant fuq l-istess programm radjofoniku preżentat minn Azzopardi, il-President tal-Malta Union of Teachers (MUT) Kevin Bonello saħaq li l-każ għadu 'l bogħod milli jkun solvut u li "l-affarijiet s'issa mhumiex ċari. Hemm suspetti li f 'dan il-każ kollu kien hemm element ta' bullying minn grupp ta' studenti," saħaq Bonello meta mistoqsi għalfejn xi ġenituri damu tant biex irrapurtaw l-allegat abbuż. Il-President tal-MUT indika li jista' jkun li numru ta' studenti qed iwerwru, saħansitra lill-adulti, li sussegwentement joqogħdu lura milli jitkellmu. Din il-gazzetta tkellmet ma' żewġ għalliema minn skejjel sekondarji tal-Gvern u staqsiethom jekk l-allegazzjonijiet issorprendewhomx, jew le. 'Veru jew le, ħażin.. tħares kif tħares lejha' Wieħed mill- għalliema li tkellmu ma' din il-gazzetta sostna li s-sitwazzjoni hija inkwetanti, kemm jekk l-allegazzjonijiet huma minnhom u anke jekk le. "Kieku dawn l-istudenti rnexxielhom jivvintaw storja kbira bħal din fuq l-għalliem, se jkun irnexxielhom jittimbrawlu r-reputazzjoni għal għomru u jaffetwawlu l-bqija ta' ħajtu. Dan huwa fatt inkwetanti għal kull min jaħdem fi skola." L-għalliem li tkellem mal-ILLUM u li xtaq jibqa' anonimu sostna wkoll li, "min-naħa l-oħra, jekk l-investigazzjonijiet tirriżulta li l-għalliem huwa verament responsabbli mill-abbuż, m'hemmx dubju li għandu jkun ikkastigat...naħseb li minkejja li t-tfal tal-lum mhumiex b'subgħajhom f 'ħalqhom, u huma influwenzati ħafna mit-TV u l-internet, nemmen li huwa diffiċli li vvintaw storja tal- biża' bħal din." Mistoqsi dwar kif iħoss li se tkun affetwata l-professjoni tal-għalliema b'dan il-każ, l-għalliem qal lil din il- gazzetta li naturalment il-każ se jkun ta' piż u dell fuq l-għalliema. "Jekk l-għalliem jinstab ħati u jingħata piena xierqa, forsi bil-mod il-ferita tibda tfieq għax in-nies jgħarfu li dan huwa każ iżolat. Jekk l-investigazzjoni ma twassal għal xejn konkret, inkunu qed inħarsu lejn inkwiet kbir għas-sistema edukattiva," sostna l-għalliem. Dwar il-koedukazzjoni, dan l-għalliem qabel mal-Ministru Bartolo u fakkar li, "billi tinqata' l-co-ed ma jissolva xejn għax fl-aħħar mill-aħħar, ftit snin wara fis-sixth form, imħalltin se jerġgħu jkunu. Li hemm bżonn żgur fl-iskejjel hija ħafna aktar viġilanza u tagħrif dwar il-perikli ta' abbużi. Li żgur ma jistax jerġa' jiġri huwa li jgħaddi dan it-tul ta' żmien kollu qabel abbuż jinkixef." 'Ġieli jistaqsuni jekk nagħmilx sess orali' Tkellmina ma' għalliema oħra tas-sekondarja, fi skola tal-Gvern li sostniet kif "għall-ewwel ħa ngħid id- dritt, ħassejt li l-istorja kienet naqra eżaġerata, imma meta mbagħad tibda tisma' iktar minn persuna waħda tallega hekk, tiġi fid-dubju. Jekk hu vera, każ li jiskantak, hux?" sostniet l-għalliema mal- ILLUM. Minkejja dan, u dwar ir-reazzjoni tal-pubbliku in ġenerali, din l-għaliema saħqet li "ħafna ma jarawx dak li jħabbtu wiċċhom miegħu l-għalliema ta' kuljum. Jien ġieli nidħol fil- klassi u l-istudenti jistaqsuni jekk nagħmilx sess orali, b'mod naturlament, vulgari u bil-għan li jipprova jwaqqgħu l-għalliema għaċ-ċajt." Filwaqt li tisħaq li xogħolha tagħmlu bi kburija u b'passjoni, tinkwieta li, "illum m'għadx fadal limiti u li nista' ngħid huwa li fil-ftit snin li ili nagħmel dan ix-xogħol kelli xokk kulturali." Hi sostniet mal-ILLUM li qatt ma mmaġinat li tfal u żgħażagħ ta' età żgħira jistgħu juru daqstant diżrispett lejn mara u lejn l-awtorità. Jiddispjaċini ngħid imma jekk se nibqgħu għaddejjin hekk u naraw dan it-tip ta' atteġġjament jiggrava, se niġu f 'sitwazzjoni fejn il- ġlied bl-armi se jsir komuni. Inkwetanti hux." X'ġie allegat u x'ġara s'issa.... 1. Omm marret ċemplet lill-Ispettur Sandro Camilleri u żvelatlu l-każ tat-tifla tagħha allegatament abbużata minn għalliem 2. L-allegazzjoni hija li għalliem flimkien ma' grupp ta' studenti abbużaw lil din l-istudenta 3. Allegat li l-għalliem mhux biss ta l-barka għal dan l-abbuż, iżda stieden hu lill-istudenti biex flimkien jabbużaw mill-istudenta 4. Il-Pulizija fl-għassa, allegatament, qal lill-omm 'u le tagħġibhomx' u talabha tagħmel rapport l-iskola l-ewwel 5. Il-President tal-MUT Kevin Bonello jittama li l-każ mhux frame up u jindika lit-tifel li nqabad diversi drabi jsuq bla liċenzja bħala wieħed mit-tfal involuti 6. Joħorġu aktar allegazzjonijiet minn ġenituri oħrajn u jallegaw li l-għalliem kien qed jurihom il- pornografija fuq il-mobile 7. Iktar allegazzjonijiet dwar lingwaġġ użat fil-klassi mill-għalliem, fosthom dwar l-attività sesswali ma' martu 8. Tifel li seta' kien, jew li kien xhud jaqla' xeba', fil-biża li l-każ jista' jkompli jinkixef 9. Il-Ġimgħa filgħaxija, l-għalliem ġie arrestat mill-Pulizija mid-dar tiegħu fin-Naxxar 10. Il-Ministru Bartolo jgħid, "fl-imbrolji tal-flus inkun iebes iżda fl-iskandli tat-tfal inkun bla ħniena" 11. Il-pulizija tibqa' ma toħroġx stqarrija dwar il-każ u l-informazzjoni kollha fuq il-midja ġiet minn sorsi differenti 'Allaħares niġġudikaw sistema sħiħa fuq dan il-każ' L-iskola fejn seħħ l-allegat abbuż "Jekk l-investigazzjoni ma twassal għal xejn konkret inkunu qed inħarsu lejn inkwiet kbir għas-sistema edukattiva"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016