Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum 'Buttigieg ma kienx obbligat jinfurmani la ħass li ma kienx hemm kunflitt' Tkompi minn paġna 1 'AĦNA għamilna Awtorità distinta mill-Gvern, u mhux se nkun jien li niddetta l-operat ta' kuljum tagħha. Jiena xogħli huwa li nieħu ħsieb il-politiki tal- Awtorità. Għalhekk ngħid li Buttigieg ma kellux obbligu." Schembri kompliet tgħid li jekk Buttigieg qed jara li f 'kumpanija ta' 16,000 impjegat, f 'pożizzjonijiet differenti, li kienet qed tħaddem il-fergħa tagħha biex tagħti konsulenza dwar it-teknika ta' bini ta' torri lill-ariktetti tal-imprenditur, m'għandhiex kunflitt ta' interess meta tħaddem fergħa differenti. Allura ma kellux obbligu jinformaha. Hi fakkret li Buttigieg seta' wasal għall-konklużjoni li m'hemmx kunflitt ta' interess, minħabba l-operat mill-aktar iddixxiplinat li bih topera Mott Mac Donald, fejn dipartiment ma jkunx jaf x'qed jagħmel dipartiment ieħor. "Imma le, il-Gvern ma kienx jaf u l-awtorità ma kinitx obbligata la ma ħassitx li kien hemm kunflitt. Minkejja dan, xorta lesti nkomplu nisimgħu biex inserrħu moħħ il-poplu." 'Kieku kien il- prodott finali, nifhem' L-ILLUM irrimarkat mas-Segretarju Parlamentari Schembri li kif propost il- masterplan, hemm żviluppaturi bħal ta' Mercury House li se jaraw l-art li jistgħu jiżviluppaw, tikber b'mod sostanzjali ħafna, apparti li se jiżdiedu s-sulari biex issa l-bini propost jista' jitla' għal 35 sular. Dan apparti, li l-pjazza proposta bħala kundizzjoni għall-iżvilupp f 'Mercury House, kienet imneħħija biex issir post ieħor. Allura mhux naturali li n-nies, u anke negozjanti, se jaħsbu li dan il- masterplan qed jiffavorixxi lil żviluppatur partikolari? "Kieku dan huwa l-prodott finali nifhem, imma mhux. Għadu biss il- bidu, qisu kejk nofs sajran." Bużżieqa li tista tinfaqa' Hekk iddeskrivew id-draft tal-masterplan il-Kamra tal-Periti f 'dokument, aktar kmieni din il-ġimgħa. "Il-volum u d-densità tal-poplazzjoni proposta f 'dan il-qafas għandhom il-fatturi kollha ta' bużżieqa ta' żvilupp," sostniet l-istess Kamra. Schembri kif twieġeb? "Jien m'iniex persuna li xogħli huwa li nippjana, xogħli huwa li noħloq il-politiki tal-ippjanar. Paceville qiegħed isir dejjem aktar importanti u 'hub' kbira ta' impjiegi. Aħna rridu nbiddlu lil Paceville f 'indirizz attraenti, f 'pajjiż b'ekonomija b'saħħitha." Schembri tgħid kif wieħed mill-iżviluppaturi f 'Paceville qalilha li 200,000 metru kwadru ta' spazju għall-uffiċċji diġà ttieħed, anke jekk il-proġett għadu ma bediex, "jiġifieri le, ma naqbilx u hemm bżonn u talba kbira għall- ispazju." Se jibqa' mekka ta' divertiment? Imma l-viżjoni tal-Gvern x'inhi? Paceville se jibqa' l-mekka tad-divertiment li ilna nafuha għal snin twal? Schembri twieġeb fil- pożittiv għalkemm tgħid ukoll li l-Gvern irid jara li jkun hemm titjib. "X'tip ta' divertiment isir mill-bieb 'il ġewwa ma tantx jinteressani. Li jinteressana huwa li mill- bieb 'il barra, il-prodott ikun ta' kwalità, ta' livell u ta' preġju. L-iżvilupp propost mill-imprendituri li għandhom artijiet hemm, se jsir. Il-Gvern irid li l-masterplan jilqa' għal dan." Mingħajr masterplan isir l-iżvilupp mingħajr pjani Schembri tisħaq li mingħajr masterplan, "ikollna t-torrijiet f 'Paceville li għandhom kull dritt jitilgħu għax il-Pjan Lokali jippermetti, imma ma jkollokx l-infrastruttura. Ikollok problema ikbar ta' trasport, sistema tad-drenaġġ, elettriku u anke provvista ta' internet li ma jlaħħqux. Jekk ma nippjanawx sew, ma jkollniex pjan ta' immaniġġjar tal-iskart, ikollna l-wied li hemm Paceville magħluq għall- pubbliku u ma jitgawdiex kif qed jiġri llum, bajja li tibqa' żgħira u aktar," sostniet Schembri. Fl-aħħar hi temmet tgħid li kull min irid jipprotesta għandu kull dritt "imma bħalissa hemm ukoll konsultazzjoni pubblika. Jiġifieri nħeġġeġ lil kulħadd biex jiġi 'l quddiem bil- proposti, ilmenti jew biżgħat għax fl-aħħar mill-aħħar, it-tieni draft tal-masterplan se jkun qed jibni fuq is-sottomissjonijiet tal-pubbliku." Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg Il-pjazza proposta fil-masterplan fejn illum tinsab it-triq prinċipali b'għadd ta' klabbs Il-bajja ta' San Ġorġ kif proposta fil-masterplan għal Paceville

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016