Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Sports 33 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Brian Cini jirbaħ it-tieni ranking tournament tas-snooker tal- istaġun organizzat mill-MBSA BRIAN Cini li jilgħab mal-Każin tal-Banda San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ rebaħ it-tieni ranking tournament tas-snooker ta' dan l-istaġun meta fil-finali li ntlagħbet fil- jiem li għaddew ġewwa ċ-Ċentru Laburista tal- Mellieħa, huwa għeleb lil Duncan Bezzina li jilgħab mal-Każin tal-Banda La Vincitrice tal-Isla bl-iskor ta' 5-2. Kien Cini li rebaħ l-ewwel erba' frames biex daħal jistrieħ bl-iskor ta' 4-0 qabel l-intervall. Meta reġa' beda l-logħob, Bezzina, rebaħ iż-żewġ frames ta' wara, iżda Cini ssiġilla r-rebħa bir-rebħ tas-seba' frame għal skor finali ta' 5-2. Il-finali kienet ikkontrollata mir-referi Joe Debono. Wara l-Finali, Vincent Pisani f 'isem il-Malta Billiards & Snooker Association ippreżenta t-trofej liż-żewġ finalisti. Fir-Ranking List tal- MBSA, Duncan Bezzina issa tela' fl-ewwel post b'2820 punt segwit minn Alex Borg b'2800 punt u Brian Cini b'2650 punt. Brian Cini u Duncan Bezzina qabel il- nali imkien ma' Joe Debono u Vincent Pisan L-MWA tipparteċipa -ewwel kompetizzjoni ta' kwali ka għal-Logħob tal-Commonwealth LGĦAQDA Maltija tal- Weightlifting ipparteċipat fl-ewwel kompetizzjoni minn sensiela għall- kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth fl-2018. Il-bidu kien tajjeb ferm f 'dan l-ewwel avveniment ta' kwalifikazzjoni. Yazmin Zammit Stevens u Kyle Micallef kienu ż-żewġ atleti li rrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonati tal-Commonwealth li saru ġewwa Penang, il-Malasja. Huma kienu qed jikkompetu kontra 22 pajjiż ieħor, kollha biex jiksbu l-aħjar pożizzjoni ta' kwalifika għal-Logħob tal- 2018, li għandhom jinżammu fl-Awstralja. L-ewwel fix-xena kienet Zammit Stevens, li kellha prestazzjoni eċċellenti, minkejja li din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali maġġura tagħha. Hija lestiet it-tentattivi tagħha kollha 'snatch' biex temmet b'massimu ta' 75 kilo. Wara prestazzjoni ferm tajba fl-isnatch hija kompliet bi prestazzjoni ferm tajjba fir-refa' Clean & Jerk, fejn irnexxielha tagħmel tnejn mit-tliet tentattivi tagħha sa 91kilo, u b'hekk għalqet bil-massimu totali ta' 166 kilo. Dan kien pass importanti għal Zammit Stevens, mhux biss li rnexielha tikseb is-sitt pożizzjoni fi grupp ta' 11-il atleta, iżda wkoll li laħqet il-livell ta' kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Mediterran li għandhom isiru bejn Ġunju u Lulju 2017 f 'Tarragona, fi Spanja . Biex iżżid ma' din il-kisba, hija rnexxielha wkoll tikser seba' Rekords Nazzjonali fil-kategorija tat-63 kilo. Yazmin issa se tkun qiegħda tħejji għall- Kampjonat Ewropew għal taħt it-23 sena ġewwa Iżrael fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru. Intant, Kyle Micallef, wera kunfidenza mibnija wara prestazzjoni tiegħu fil-Logħob ta' Rio u f 'żewġ kompetizzjonijiet preċedenti, huwa beda tajjeb u għamel tnejn mit-tliet tentattivi snatch tiegħu u fil-proċess, stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid fil-kategorija tal-85kilo - dak ta' 122 kilo. Wara bidu tajjeb fil-kompetizzjoni tiegħu, huwa laħaq it-tentattiv tiegħu fil-Clean & Jerk b'refa' ta' 149 kilo biex jiżgura total ta' 271 kilo li poġġieh fis- sitt post ġenerali fost 17-il atleta. Il-prestazzjoni tiegħu kienet tajba biżżejjed biex jiżgura wieħed mill-postijiet ta' kwalifikazzjoni għal- Logħob tal-Commonwealth u jistabbilixxi tliet rekords nazzjonali ġodda fil-proċess, li wieħed minnhom kien ilu mwaqqaf għal aktar minn 10 snin. Matul il-ftit xhur li ġejjin, hu se jkun qed ifittex li jżomm il- pożizzjoni tiegħu fil-klassifiċi, waqt li se jkollu wkoll l-għan li jikseb kwalifika għal- Logħob tal-Mediterran. It-tim kien akkumpanjat mill-Kowċ Nazzjonali Jesmond Caruana li għen lill-atleti fil-preparazzjoni tagħhom u wassalhom għall- kompetizzjoni. Caruana ġie wkoll maħtur bħala uffiċjal tekniku kemm għall-Kampjonati tal- Commonwealth kif ukoll għall-Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħażagħ, li kienu organizzati flimkien. Jesmond Caruana, Yazmin Zammit Stevens u Kyle Micallef f 'Penang, il-Malasja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016