Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402
illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 24 Kummerċjali / Pjazzetta Il-Bank of Valletta joffri pakkett ta' benefiċċji finanzjarji għall-gradwati l-ġodda Hekk kif il-gradwati l-ġodda jkunu qed iħejju biex jiċċelebraw il-kisbiet tagħhom matul ix-xahar ta' Novembru, il-Bank of Valletta nieda l-BOV Graduates Package tiegħu fuq is-suq. Kemm jekk wieħed ikun beħsiebu jkompli bl-istudji tiegħu, kif ukoll jekk ifittex impjieg full-time, jew anke jieħu l-ewwel passi biex jistabbilixxi l-impriża tiegħu stess, wieħed ikollu bżonn l-għajnuna ta' fornitur tas- servizzi finanzjarji. Maħsub biex jagħmel id-dħul fid- dinja bankarja kemm jista' jkun bla xkiel għall-gradwati, il-BOV Graduates Package huwa pakkett komprensiv ta' soluzzjonijiet finanzjarji disponibbli għall-gradwati sa ħames snin minn meta jiksbu l-lawrja tagħhom. Meta tkellem dwar il- benefiċċji, Karl Spiteri, Kap tal-Customer Service Centre u responsabbli mill-BOV Graduates Package spjega li, "Aħna nħarsu lejn il-BOV Graduates Package bħala l-pass li jmiss wara l-BOV Club. Dawn iż-żgħażagħ ikunu waslu biex jieħdu l-ewwel passi fil-karriera tagħhom, għalhekk aħna nfittxu li nipprovduhom b'grupp ta' soluzzjonijiet finanzjarji li jindirizzaw il-ħtiġijiet bankarji ta' kuljum tagħhom, kif ukoll l-aċċess faċli għal kwalunkwe finanzjament li jistgħu jeħtieġu jew għal għażliet ta' investiment." Il-BOV Graduates Package jinkludi servizzi u prodotti finanzjarji li l-applikanti, probabbilment se jkunu qed jieħdu għall-ewwel darba f 'ħajjithom, bħal self kurrenti għan-negozju jew self personali. Il-Pakkett jinkludi offerti speċjali bħat- tneħħija tat-tariffa annwali għall-ewwel sena minn fuq il-BOV Visa Classic u l-BOV MasterCard, standing orders bla ħlas u s-servizz tal-BOV 24x7 bla ħlas għal dawk li japplikaw għall-ewwel darba għal dan is-servizz. Dan huwa maħsub biex jgħinhom fiż- żmien meta l-aktar jeħtiġuh, mingħajr ma jitgħabbew b'piż finanzjarju żejjed. Għalhekk joffri firxa ta' benefiċċji u privileġġi li l-gradwati jistgħu jagħżlu minnhom dawk li jippreferu, u b'hekk ikollhom l-indipendenza finanzjarja, l-affordabbiltà u l-flessibbiltà. Il-BOV Graduates Package qed jiġi offrut mhux biss lill-gradwati l-ġodda, imma lil kwalunkwe gradwat li japplika fl-ewwel ħames snin wara l-kisba tal-kwalifiki tiegħu jew tagħha. Għal aktar dettalji, wieħed jista' jżur is-sit: bov. com, iċempel lil Customer Service Centre fuq 21312020 jew iżur kwalunkwe fergħa tal-BOV. Suċċess għall-ġirja bir-roti tal-Hospice Malta Nhar il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016, Hospice Malta organizzat għal darb'oħra l-ġirja ta' 25 kilometru bir-roti. Din il-ġirja telqet minn ħdejn il-Hospice Malta ġewwa Ħal Balzan, sal-Ħamrun, il-Belt, Tas-Sliema (għal waqfa qasira) u lura għal Ħal Balzan. Ċiklisti ta' kull età, kemm individwali kif ukoll fi gruppi, ħadu sehem bi ħġarhom għal din it-tiġrija u grazzi għalihom, din l-attività kienet ta' suċċess kbir. Ħafna entitajiet taw kontribut imprezzabbli għas- suċċess ta' din il-ġirja bir-roti, fosthom il-Pulizija tat-Traffiku u lokali, St John's Ambulance, Transport Malta u diversi Kunsilli lokali, Knight cyclists, Mosta Cycling Club u l-Green Teens. Grazzi kbira tmur ukoll għall-isponsors kollha li taw kontribuzzjoni ġeneruża għal din l-attività, kif ukoll għalt-tim tal-fundraising u l-voluntiera għall-ħin u dedikazzjoni tagħhom. Grazzi għall- għajnuna ta' kulħadd, inġabret is-somma sabiħa ta' €7,675. Is-somma miġbura tgħin lil Hospice Malta biex tkompli bil-missjoni tagħha ta' kura paljattiva bla ħlas fil-komunità. Grazzi għall-għajnuna kontinwa, il-Hospice Malta tista' toffri l-aħjar kwalità ta' Kura Paljattiva lill-persuni u l-familji tagħhom mġarrba bil-kanċer, motor neuron disease u b'mard serju ieħor. Wieħed ukoll jista' jgħin billi jibgħat donazzjoni fuq 50618180 għal €4.66, 50618997 għal €6.99 jew 50619290 għal €11.65. GreenPak tirbaħ is-Sustainable Enterprise Award GreenPak Coop Society rebħet l-ewwel premju tat-tieni edizzjoni tas-Sustainable Enterprise Awards. Il- kooperattiva rebħet dan il-premju għall-kampanja popolari tagħha 'Nirriċikla għall-Istrina'. L-ikbar skema ta' irkuprar ta' skart f'Malta kienet ippreżentata b'dan l-unur prestiġjuż mill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, Chris Cardona. Il-Ministeru flimkien ma' Cleaner Technology Centre mill-Università ta' Malta kienu l-organizzaturi ewlenin. Il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak l-Inġ. Mario Schembri qal, "Il- kampanja 'Nirriċikla għall-Istrina' hi tassew proġett sostenibbli għaliex tolqot u topera f'ħafna livelli. Fuq naħa, għandek il-fatt li qed tqajjem kuxjenza dwar ir- riċiklaġġ, biex tnaqqas il-bżonn ta' materja prima. Min-naħa l-oħra, u forsi iktar importanti, qed tinkuraġġixxi lit-tfal u lill-adulti biex jaħdmu flimkien ħalli jiġbru flus b'risq il-Malta Community Chest Fund. Hu proġett li jgħin lill-komunità Maltija tagħmel iktar għall-ambjent u tiġbor flus b'risq dawk li għandhom bżonn l-għajnuna." Il-kampanja 'Nirriċikla għall- Istrina', li qed tiċċelebra s-sitt edizzjoni tagħha, għandha l-għan li tiġbor fondi għall-Istrina permezz tal-ġbir u riċiklaġġ ta' tappijiet tal-plastik. Matul il-kampanja tal-2015, GreenPak irriċiklat 'il fuq minn 11.5 miljun tapp li kieku kien jispiċċa fil- miżbliet. It-tappijiet tal-plastik inġabru minn 138 skola u 36 entità oħra bħal kunsilli lokali, gruppi tal-iscouts, baned u organizzazzjonijiet oħra. Il-Ministru Cardona saħaq dwar il-fatt li dawn l-awards huma ċelebrazzjoni tal-aqwa intrapriżi sostenibbli f'Malta. "Kull sena s-Sustainable Enterprise Awards iservu biex juru x-xogħol straordinajru li intrapriżi bbażati f'Malta qed jagħmlu biex jgħinu lill-komunità. Din is-sena l-kompetizzjoni kienet iktar iebsa u l-lista finali kienet miżgħuda b'eżempji eċċellenti ta' kif negozju jista' jkollu impatt pożittiv fuq is-soċjetà. Ir-rebbieħa tassew ħaqqhom li jkunu rikonoxxuti għall-impenn tagħhom." Is-Sustainable Enterprise Awards twaqqfu fl-2015 mill- Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar b'kollaborazzjoni ma' Cleaner Technology Centre fl-Università ta' Malta biex jippromwovu r-responsabbilità li l-komunità tan-negozju għandha lejn is-sostenibbiltà tal-komunità . L-Awards jippremjaw lil dawk l-intrapriżi Maltin, b'mod partikolari dawk żgħar u medji, li jagħmlu sforz biex ibiddlu l-prattiċi tagħhom bl-għan li jżidu s-sostennibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali. L-intrapriżi rebbieħa jingħataw flus flimkien ma' trofew u ċertifikat. It- tielet edizzjoni ta' Sustainable Enterprise Award ser issir fl-2017. GreenPak rikonoxxuta fl-ewwel post waqt it-tieni edizzjoni tas-Sustainable Enterprise Awards