Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Inkwetanti ħafna T mur fejn tmur, din il-ġimgħa kulħadd f 'dan il-pajjiż kien qed jitkellem dwar l-allegazzjonijiet gravi mmens li ħarġu minn skola partikolari. Il-midja kollha kienet għaddejja bla waqfien tirrapporta tarf minn hawn u tarf minn hemm, inkluż is-sit tagħna illum.com.mt. Pajjiż 'mixgħul', eluf kbar isegwu s-siti tal-aħbarijiet u eluf oħrajn jiddiskutu. Imma, lil hinn minn kemm nies segwew u kemm tkellmu, l-allegazzjonijiet u l-każ innifsu huwa inkwetanti ħafna u l-gravità tiegħu għad irridu nifhmuha sew. Kif stqarr għalliem ma' din il-gazzetta, (ara paġna 3) tħares kif tħares lejn dan il-każ, ir-riperkussjonijiet jew dak li jissimbolizza l-każ huwa gravi. Jekk jirriżulta li dawn kienu kollha insinwazzjonijiet bla bażi u magħmulin biex iweġġgħu, inkunu qed nixhdu kif minn età tant żgħira, parti mill-ġenerazjoni ta' għada taf fil-vera sens x'inhi u kif tħaddem il- kattiverija. Kieku jirriżulta li l-allegazzjonijiet fuq l-għalliem kienu foloz, ikollna vera għalfejn nitħassbu li din l-istituzzjoni edukattiva qiegħda fi kriżi serja. Fi kriżi għax qed tipproduċi kriminali żgħar, minflok ġenerazzjoni produttiva, ambizzjuża u lesta biex tikber u timxi wara l-ħolm tagħha. Jekk l-allegazzjonijiet ta' madwar erbat itfal u l-ġenituri tagħhom jirriżulta li huma minnhom, allura hawnhekk inkunu qed inħarsu lejn wieħed mill-agħar każi fl-iskejjel pubbliċi tagħna fi żmien twil. Hawn m'aħniex qed nitkellmu dwar xi ftit diżubbidjenza jew xi dagħwa fis-saħna ta' mument. L-allegazzjonijiet huma li grupp ta' tfal, wieħed indikat li għandu mat-13-il sena, daru fuq tifla wara li l-għalliem allegatament stedinhom biex 'jabbużawha'. Hawn m'aħniex nitkellmu dwar ġbid tax-xahar jew tgħajjira fi ġlieda, qed nitkellmu dwar allegazzjonijiet ta' pornografija u kummenti mill-aktar sesswali u sessisti ma' tfal ta' 13 jew 14-il sena. Qed nitkellmu dwar allegat xeba' lil wieħed mit-tfal li seta' kien xhud u qed nitkellmu (skont il- President tal-MUT) dwar possibbiltà ta' terrur minn grupp ta' tfal li saħansitra jheddu lill-adulti biex iżommulhom ħalqhom magħluq. Iva, vera. Kif qal kulħadd u nerġgħu ngħidu aħna wkoll, dawn huma kollha allegazzjonijiet, s'issa. Imma jekk l-allegazzjonijiet jirriżulta li huma minnhom, mela allura hawn mhux każ ta' abbuż biss għandna, imma każ ta' skola li erbgħa min- nies biddluha f 'każin ta' kriminalità. Jekk qed nistagħġbu bil-kriminalità tal-lum, mela x'għandna nistennew għada, meta dawn in-nies jikbru? Għall-grazzja t'Alla m'għandniex dubju li dawn huma biss il-minoranza u m'għandniex dubju anqas li l-maġġoranza tal-ġenerazzjoni futura u l-għalliema preżenti huma nies diċenti u ħabrieka. Imma jeħtieġ nistaqsu x'qed jiġri ħażin biex qed iqumu dawn is-sitwazzjonijiet. Xi ħaġa ħażina hemm biex għalliema femminili f 'ċerti skejjel jiġu indirizzati daqs li kieku kienu biċċa oġġett, minn nies li se jkunu l-ġenerazzjoni ta' għada. Ħadd mhu qaddis, vera. U mhux se nilbsu d-dijadema u l-ġwienaħ u noqogħdu nilagħbuha tad-dojoq. Imma li ma tilgħabhiex tad-dejjaq mod, u li ta' 13 jew 14-il sena tkun diġà qed titratta lin-nisa ta' imbarazz jew li tuża l-poter tiegħek biex tabbuża, hija ħaġa oħra. Huwa tajjeb li l-Ministru Bartolo tkellem b'ċerta saħħa, però iktar mill- paroli, inħossu li issa jeħtieġ li jieħu azzjoni immedjata biex, allegazzjonijiet u le, veru jew le, iwaqqaf is-susa li bdiet tiekol sew fil-qalba ta' istituzzjoni edukattiva. Nifhmu wkoll li l-pulizija trid tagħmel xogħolha u huwa tajjeb li diġà bdew jittieħdu l-ewwel passi, bl-arrest tal-għalliem li allegatament abbuża. Imma tajjeb ukoll li malli jikkalmaw l-affarijiet, tingħata spjega ċara dwar l-allegazzjoni serja li l-pulizija ma ħaditx ir- rapport ta' omm l-allegata vittma. Huwa fl-interess tal-Korp tal-Pulizija li nkunu assigurati li l-ħajt ta' kenn ikun dejjem u f 'kull ħin għall-vittma, mhux għall-aggressur, anke jekk allegat. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016