Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Sports 30 FIL-KONFRONT tant mistenni li ntlagħab ġewwa Old Trafford bejn Manchester United u Arsenal, irrenja bilanċ assolut hekk kif dawn iż-żewġ timijiet temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. Kienu r-Red Devils li fetħu l-iskor fit-68 minuta permezz ta' Juan Mata, iżda Olivier Giroud ġab l-iskor indaqs għall- Gunners fid-89 minuta. Manchester City barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Yaya Toure, waqt li Connor Wickham kien ġab id-draw momentarju għal Crystal Palace fis-66 minuta. Everton u Swansea City temmew il-konfront ta' bejniethom f 'Goodison Park fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal Everton jasal minn Seamus Coleman fid-89 minuta, waqt li kien l-Iżlandiż Gylfi Sigurdsson li fetaħ l-iskor għal Swansea City fil-41 minuta. Fi skor ta' parità iżda din id-darba ta' mingħajr gowls, intemm il-konfront bejn Southampton u Liverpool, biex b'hekk ir-Reds tilfu żewġ punti prezzjużi fit- tentattiv tagħhom li jkomplu jżommu l-pass mat-timijet ta' fuq. AFC Bournemouth barra minn darhom kisbu rebħa minima iżda ferm importanti meta għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 1-0, bil-gowl tant importanti għalihom jasal minn Nathan Ake fis-26 minuta. Tajjeb ngħidu li fid-49 minuta Stoke City tilfu ċans tad- deheb li jġibu l-iskor indaqs meta fallew penalti mogħti minn Bojan Krkic. Sunderland ġewwa darhom ikkonvinċew bis-sħiħ meta għelbu l-isfida ta' Hull City bl-iskor ta' 3-0, bil- gowls għalihom jaslu minn Jermain Defoe u doppjetta ta' Victor Anichebe. Tajjeb ngħidu li Sunderland spiċċaw dan il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta fid-89 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Papy Djilobodji wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Watford ġewwa darhom għelbu liċ-champions Leicester City bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Etienne Capoue wara biss minuta kif ukoll minn Roberto Pereyra fit-12-il minuta. Tliet minuti biss wara, is-solitu attakkant Alġerin, Riyad Mahrez, naqqas il-marġni tal-iskor għall-Foxes. Intant, fil-Kampjonat Taljan, Serie A TIM, Chievo Verona, ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Cagliari, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Massimo Gobbi fit-53 minuta. Bilanċ assolut bejn Manchester United u Arsenal RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 19 ta' Novembru Manchester United vs Arsenal 1-1 Crystal Palace vs Manchester C. 1-2 Everton vs Swansea City 1-1 Southampton vs Liverpool 0-0 Stoke City vs AFC Bournemouth 0-1 Sunderland vs Hull City 3-0 Watford vs Leicester City 2-1 Il-Ħadd 20 ta' Novembru 17:00 Middlesbrough vs Chelsea It-Tnejn 21 ta' Novembru 21:00 WBA vs Burnley Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Is-Sibt 19 ta' Novembru Chievo V. vs Cagliari 1-0 Il-Ħadd 20 ta' Novembru 12:30 Sampdoria vs Sassuolo 15:00 Atalanta vs Roma 15:00 Bologna vs Palermo 15:00 Crotone vs Torino 15:00 Empoli vs Fiorentina 15:00 Lazio vs Genoa 20:45 AC Milan vs Inter Mourinho u Wenger jieħdu b'idejn xulxin mingħajr ma jagħmlu l-ebda kuntatt b'għajnejhom Yaya Toure jirritorna għal Manchester City u jiskurja żewġ gowls

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016