Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Għawdex 15 Thursday TVM 20:50 isir fl-istaġun 'off peak' hu sigriet professjonali u l-kumpnaija ma toħroġx informazzjoni bħal din fil- beraħ. Iżda żiedet tgħid li wieħed irid jifhem li 72% ta' dawk li jibbukkjaw permezz tas-sit booking.com, jużaw l-app tal-mobile. Sandra Blanc, li hija l-persuna li tieħu ħsieb l-uffiċċju f 'Malta qalet li l-aktar tipi ta' akkomodazzjoni li jiġu bbukjati minn fuq is-sit tagħhom huma farmhouses, bed and breakfasts u appartamenti self catering bl-akbar ammont ta' klijenti, jkunu ġejjin mill-Italja. Warajhom hemm dawk ġejjin mill-Ingilterra u t-tielet mill-Ġermanja, iżda qalet li din is-sena kien hemm żieda kbira minn fost il-Franċiżi. Wara l-konferenza, kienu l-ħafna s-sidien ta' akkomodazzjonijiet u parteċipanti f 'din il-laqgħa li bdew jaqsmu l-ideat ma' xulxin. Hemmhekk, ħareġ li ħafna mill-Għawdxin ma jużawx l-għażla ta' 'free cancellation' mill-booking. com għall-bookings fl- akkomodazzjoni tagħhom, li jfisser li klijent jista' jħassar il-booking li jkun għamel għal akkomodazzjoni mingħajr ma jħallas xejn jew jeħel penali jekk iħassar il-booking tiegħu sa ammont ta' ġranet stabbilit qabel ma tasal il-ġurnata tal-booking. Dan għaliex is-sidien indunaw li hemm nies, speċjalment mil-Lvant tal- Ewropa, b'pajjiżi bħar-Russja u l-Ukraina li jibbukkjaw akkomodazzjoni bil-free cancellation, permezz ta' booking.com, imma iżda jħassru fl-aħħar mumenti. Meta jkunu għamlu dan, dawn il-persuni jkunu diġà laħqu applikaw għall-viża biex iżuru l-pajjiż, imma min ikun żammilhom il-post jibqa b'idu f 'idu. "Hemm min juża l-'free cancellation' biex jibbukkja u biex jieħu viża minn pajjiżu għal Malta, imbagħad jikkanċella" Alessia Valeri waqt id-diskors tagħha dwar il-kumpanija Booking.com u kif l-Għawdxi għandu jgawdi minn dak li toffri din il-kumpanija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016