Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Intervista 13 korrott daqs kemm hu llum' ma' Għawdex anke fit-toroq prinċipali li saru mill-Ewropa." 'Indum inqas biex nasal Għawdex milli biex nasal Marsaxlokk' Ċensu, bi tbissima qalli wkoll li ħafna jaħsbu li se tkun diffiċli għalih jaħdem fuq id-distrett Għawdxi għax irid jaqsam il-fliegu. "Jien indum inqas biex nitlaq mid-dar tiegħi f 'San Pawl u nasal Għawdex bil-vapur b'kollox milli biex mid-dar immur Marsaxlokk. Nhar it-Tnejn biex mill-Mellieħa wasalt il-belt fil-5 ta' filgħaxija domt 85 minuta. Temminha?" Ċensu Galea kien ukoll ministru tat-Trasport u għalhekk ma stajtx ma nistaqsihx jekk meta kien ministru hu, kienx hawn traffiku u jekk it- traffiku hux tort tal-Ministru Mizzi. "Bejn iż-żmien li kont ministru jien fl-2004 u llum, jiġifieri 12-il sena wara, in-numru ta' vetturi li hemm fit-toroq tagħna prattikament irdoppja, u t-toroq ma rduppjawx, għalkemm tjiebu ħafna grazzi għal fondi mill-Unjoni Ewropea u mill- fondi tal-protokoll bejn Malta u l-Italja." Mitlub jikkumenta għaliex il-Partit Nazzjonalista jikkritika lill-Gvern dwar it-traffiku meta hu stess qed jammetti li l-karozzi rduppjaw fit-toroq Maltin, il-Perit Galea qal, "Nikkritika lill-Gvern għax nemmen li mhux qed naffaċċjaw il-problema tajjeb." Staqsejtu x'jagħmel li kieku kien hu ministru. "Miżuri żgħar li jagħmlu d-differenza. Għaliex ħaddiema tal- gvern għandhom jagħmlu xogħol fit-toroq waqt il-peak hours? Poġġew 50 pulizija f 'diversi nħawi, iżda ma sarux sew. Li tibgħat pulizija li għadu dieħel fil-korp mingħajr ma ttih taħriġ kif jitmexxa traffiku, qed tagħżaq fl-ilma. Ikun qiegħed hemm biss biex kulħadd joffendih għax ma jkollux idea kif jikkontrolla t-traffiku. Fil-programm li ħabbar il-Partit Nazzjonalista, hemm miżuri long term u short term kif jista' jtejjeb it-traffiku f 'pajjiżna. Irridu nużaw it-traffic lights b'mod tajjeb bi traffic count sewwa. Naqbel ukoll li l-gvern jipprovdi trasport b'xejn għall-iskejjel, anke dawk privati u tal- Knisja, u ma' kull vann jew xarabank ikun hemm supervisor imħallas mill- Gvern." 'San Pawl il-Baħar sa 10 snin oħra jkollu 40,000 abitant' Qlibna s-suġġett fuq San Pawl il-Baħar, il-lokalità fejn jgħix. Galea jgħid li għandu l-gerżuma mibruxa daqs kemm ħambaq fuq il-villaġġ tiegħu. "San Pawl il-Baħar tal-2016 ma jintgħarafx minn San Pawl il-Baħar ta' 20 sena ilu. Meta fl-1981 ħriġt l-ewwel darba għall- elezzjoni, kien hemm 1,800 vot. Illum, mingħajr il-Manikata hawn 12,000 u fuqhom. Il-popolazzjoni tal- Maltin kibret b'sitt darbiet li kienet fl-1981. Barra minn hekk, hemm eluf ta' barranin li ġejjin minn 103 nazzjonalità differenti li "nvadew" din il-lokalità. Żewġ splużjonijiet mill-Maltin u barranin. Nemmen li fi żmien 10 snin jew inqas, San Pawl il- Baħar se jilħaq in-numru ta' 40,000 resident. Fl-iskola primarja hemm 34 nazzjonalità differenti u l-akbar żewġ gruppi huma Bulgari u Rumeni. L-integrazzjoni f 'Buġibba, diffiċli anke bejn il-Maltin "Jekk wieħed jidħol l-iskola, tinduna li bejn it-tfal ma tagħmilx differenza minn liema kultura u razza jew reliġjon ġejjin. Iżda malli toħroġ mill- iskola f 'San Pawl il-Baħar, tibda r-realtà fit-toroq tagħna. Hemm numru kbir ta' appartamenti li kienu nbnew bħala villeġjatura li llum huma mimlija b'nies b'kulturi differenti, realtajiet soċjali differenti, u kultant anke ġlied li jġibuh magħhom mill-pajjiżi li ġejjin minnu fejn kien hemm konflitti ta' razez u gruppi etniċi differenti. L-integrazzjoni saret diffiċli u diffiċli ħafna. U mhux qed nirreferi biss għal nies ta' karnaġġjon iswed, l-Afrikani biss. Qed nirreferi għall- integrazzjoni, in ġenerali anke bejn il-Maltin stess." Hemm realtà oħra, dik li hemm 1,000 single mother f 'San Pawl. M'iniex b'xi mod niġġudikahom, iżda r-realtajiet tagħhom iġibu problemi soċjali." Dwar l-uffiċċju tal-Appoġġ li hemm fil-Qawra u li jgħin lil dawk il-familji u individwi li jiffaċċjaw problemi soċjali jew inkella li jinsabu fil-faqar, Galea jgħid li fih hemm ħaddiema li jaħdmu iżda m'għandhomx għodda biżżejjed. Simon ċert minn rebħa…Ċensu jgħid li l-poplu jiddeċiedi Fl-aħħar staqsejtu jekk jaqbilx ma' Simon Busuttil li f 'intervista ppubblikata fuq din il-gazzetta kien stqarr li jinsab ċert li l-PN se jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, tant li għalih ma riedx jgħid x'jagħmel kieku l-PN jitlef. Galea huwa xi ftit iktar kawt. "In-Nazzjonalisti jridu jaħdmu biex jirbħu l-elezzjoni. U Simon hu determinat li dak kollu li jrid jagħmel ħa jagħmlu biex jirbaħ elezzjoni. Issa rridu mmorru nivvutaw u l-poplu Malti jiddeċiedi. Bħalma aċċettajt u fraħt meta rbaħna u bħalma aċċettajt u ma fraħtx meta tlifna, il-partit għandu jkun lest li jaċċetta kull riżultat li tagħtih l-elezzjoni. Jiena nemmen li bid-determinazzjoni kollha li għandu Simon li jirbaħ l-elezzjoni, jekk il-poplu Malti se jagħżel mod ieħor, se jaċċetta r-riżultat." Ritratt: Chris Mangion Ċensu Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016