Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

M onument ħaj għall-pulizija li ħadmu b'mezzi limitati u mingħajr union li tiddefendi d-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema, mingħajr laboratorju forensiku adegwat li jkun ta' spalla soda għalihom fl-investigazzjonijiet – proposti li kont għamilt meta fformuljat ir-Riforma. Monument ħaj għall-ħaddiema tal-Qorti u tal- ħabs li wkoll qed jaraw bidliet kbar fis-sistema riformattiva f 'pajjiżna, fejn l-iskop tal- piena m'għadux biss dak ta' retribuzzjoni iżda fuq kollox dak riformattiv u restituttiv. Monument ħaj għas-social workers, probation officers u dawk kollha li b'xi mod jaħdmu fi ħdan l-istruttura wiesgħa tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u li b'xi mod kienu milquta mill-firxa wiesgħa ta' nuqqasijiet li minnhom kienet afflitta s-sistema qabel bdiet tiġi implimentata r-riforma minni proposta u meħuda on board mir-Rapport Bonello sentejn wara. Monument ħaj għall-ħaddiema tal- Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li wkoll proponejt dwaru riformi maġġuri li qed ikunu kkunsidrati. Iżda fuq kollox, ir-Riforma tal-Ġustizzja li fformulajt u li qed tiġi implimentata minn Gvern immexxi minn Joseph Muscat, kienet intiża bħala monument ħaj għall-vittmi diretti ta' tant nuqqasijiet. Persuni li nkisrulhom drittijiet fundamentali għax ma kinux assistiti minn avukat meta ġew interrogati. Kemm meta mbuttajt biex jidħol dan d-dritt, kif ukoll meta mbuttajt biex ikun imsaħħaħ fis-sens li l-assistenza tal-avukat tkun waqt l-interrogazzjoni, l-ispirtu kien l-istess – li ssir ġustizzja mhux biss ma' dawk li se jkunu interrogati fil-futur iżda wkoll ma dawk li nksirulhom drittijiet u li forsi permezz tagħhom, irrealizzajna l-assurdità tas- sitwazzjoni. Irridu nistaqsu kontinwament – filwaqt li r-Riforma Holistika tal- Ġustizzja li proponejt u li qed tiġi implimentata, tipprovdi għal sistema aktar f 'saħħitha għall-futur qegħdin nassiguraw li dawk li batew joperaw f 'sistema tant approssimattiva u dawk li nkisrulhom id-drittijiet qed jiġu akkordati rimedji xierqa, u qed ikun rikonoxxut u apprezzat t-tbatija li għaddew minnha. Jekk r-Riforma tal-Ġustizzja ma tkunx implimentata b'sens ta' Ġustizzja fir-Riforma, ikun nuqqas sfortunat u inġustizzja fiha nfisha. Kif wasalna s'hawn? Biex wasalna kien hemm min bata, min b'mod u min b'ieħor. U l-ispirtu ta' implimentazzjoni għandu jkun b'viżjoni ċara għall-futur iżda wkoll b'ħarsitna lura lejn min sofra inġustizzji, kundanni inġusti ta' tipi varji, sabiex b'hekk mhux biss nimplimentaw ir-Riforma tal-Ġustizzja iżda nagħmlu Ġustizzja fir-Riforma ma' min sofra inġustizzji. B'hekk biss nistgħu niksbu suċċess massimu mir-Riforma tal-Ġustizzja. Għax inkella min sofra inġustizzji jerġa' jkun ikkundannat it-tieni darba jekk ma nkunux sensittivi għall-inġustizzji li ġew sofferti fil-passat u li kienu l-iżveljarin li qajjimna mill-letarġija li konna fiha – fejn sar ftit jew kważi xejn għal snin twal. Giovanni Bonello huwa wieħed mill-aqwa u l-ifjen kittieba tal-istorja. Titpaxxa taqra r-rakkonti tiegħu dwar x'ġara f 'Malta mijiet ta' snin ilu. U allura wkoll ġustizzja mal-istorja sabiex, peress li aħna biss il-ħolqa bejn ilbieraħ u għada, inħallu lil ta' warajna monument ħaj u ġenwin mibni fuq fatti reali u ġenwini mingħajr tgħawwiġ jew manipulazzjonijiet. Ġustizzja mal-Istorja sabiex verament nifhmu min aħna, fiex nemmnu u jkun aktar faċli jifhmu dan kollu min jiġi warajna. Iżda fuq kollox riforma li qatt ma kienet tkun possibbli kieku m'għamiltx kruċjata u battalja sħiħa lejn l-aħħar tas-sena 2011 biex issir il-qasma bejn il-ministeri tal-ġustizzja u intern, biex b'hekk mhux biss niġu fl-istess pożizzjoni tal- bqija tal-pajjiżi Ewropej iżda jitneħħa wieħed mill-ostakli kbar u prinċipali għal din l-istess riforma. Tant sabiex ma ninsewx...u nagħmlu ġustizzja fir-riforma. Franco Debono huwa Kummissarju għal-Ligijiet u konsulent tal-Prim Ministru għar-Riforma tal-Ġustizzja Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum Opinjoni 19 Skont Cacopardo... Narmu l-ilma tax-xita fil-baħar N har il-Ġimgħa, l-inżul tax-xita ma waqafx u bosta mit-toroq prinċipali kienu mimlijin ilma. Kien hemm ukoll tappieri tad-drenaġġ f 'xi inħawi li kienu qed ifawru ilma jrejjaħ. Dan kollu mhux l-ewwel darba li ġara. Jiġri kull meta tagħmel xita qawwija jew inkella xita fit-tul. Dan ġara u jibqa' jiġri minħabba f 'inkompetenza tal-awtoritajiet tul is-snin. Għax, minkejja li ilna iktar minn 135 sena b'liġijiet u policies li jobbligaw li l-ilma tax-xita li jaqa' fuq il-bjut tar- residenzi tagħna jinġabar f 'bir apposta, dan, ħafna drabi, ma jsirx. Flok ma jinġabar fil-bir, dan l-ilma jispiċċa fit-triq inkella fid-drenaġġ. Għalhekk ikollna ħafna ilma fit-triq kif ukoll tappieri jfawru d-drenaġġ! Din hi responsabbiltà ta' min għażel li jagħlaq għajnejh għall-irregolaritajiet minkejja li kellu l-obbligu li jara li dawn l-irregolaritajiet ma jseħħux. Xi snin ilu, f 'eżerċiżżju ta' ħela ta' flus, il-Gvern kien iddeċieda li jinfoq il-miljuni (inkluż ammont sostanzjali mill-fondi tal-Unjoni Ewropea) biex iħaffer mini taħt l-art ħalli fihom jinġabar l-ilma tax-xita li imbagħad fil- parti l-kbira tiegħu, jintrema l-baħar. Il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi kien daħal għal din l-ispiża minflok ma dar fuq is-sidien tar- residenzi (u fejn applikabbli fuq l-iżviluppaturi li bnewhom) biex iħaffru l-bjar nieqsa ħalli b'hekk, l-ilma tax- xita, flok ma jinġabar fit-toroq u fid-drenaġġ li jfur fit-toroq ul-bajjiet tagħna, fil-parti l-kbira tiegħu jibda jinġabar f 'dawn il-bjar. Minflok mal-ispejjes tħallsu minn dawk li ħolqu l-problema, tqiegħed piż ieħor fuq l-ispiża pubblika. Min fondi pubbliċi tħallsu l-ispejjes tal-iżbalji li saru minn min kien responsabbli għall- iżvilupp. Fost il-kawża ta' dawn il- problemi, hemm blokki ta' flats u maisonettes f 'kull parti ta' Malta u Għawdex. Bħala pajjiż, infaqna l-flus biex irmejna l-ilma l-baħar ħalli mbagħad nerġgħu niġbruh mill-baħar fl-impjanti tar-reverse osmosis. Kien ikun ħafna iktar utli kieku dan l-ilma nġabar fid-djar tagħna kif kienu jagħmlu bi ħsieb missierijietna. Għax in- natura kull sena tipprovdilna biżżejjed ilma għall-parti l-kbira tal-ħtiġijiet tagħna u huwa kollu tort tagħna li din ir-riżorsa prezzjusa qed tinħela. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo. wordpress.com CARMEL CACOPARDO Ġustizzja fir-Riforma (2) FRANCO DEBONO "Min sofra inġustizzji jerġa' jkun ikkundannat it-tieni darba jekk ma nkunux sensittivi għall-inġustizzji li ġew sofferti fil-passat" Ritratt: MRTU

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016