Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil FI tmiem il-ġimgħa, f 'Għawdex ġiet organizzata konferenza ferm interessanti bejn il-GTA u l-kumpanija enormi, magna tal-bookings 'online', booking.com. Għal din il-konferenza kienu mistiedna l-lukandiera kollha Għawdxin, dawk li għandhom Bed & Breakfasts, appartamenti u farmhouses u fil-fatt ħafna minnhom attendew għal din il-konferenza bi ħġarhom. Kienet konferenza fejn dawk kollha li joffru xi akkomodazzjoni f 'Għawdex jsiru jafu aktar dwar x'hemm wara din il-magna ta' bookings u kemm tista' tgħin lill-Għawdxin biex dejjem jimlew kull tip ta' akkomodazzjoni li għandhom matul ix-xhur kollha u mhux matul ix-xhur tas-sajf biss. Fil-fatt, ħareġ biċ-ċar li l-aktar li jużaw is- sit 'booking.com' għal akkomodazzjoni f 'Għawdex, huma dawk li jiġu Għawdex fix-'shoulder months' jew aħjar fix-xhur tax-xitwa fejn booking.com għandhom statistika li turi li 62% li jibbukkjaw magħhom, huma f 'dawn ix-xhur 'off peak' u l-inqas li jużaw lil din il- kumpanija hi fis-sajf. Għal din il-konferenza kienu mistiedna biex jitkellmu Paul Scicluna, Chairman tal-GTA, Leslie Vella tal-MTA, Alessia Saleri area manager tal-Booking. com tan-naħa t'isfel tal- Italja u Malta u Alessandra Blanc li hi l-branch manager tal-uffiċċju tal-booking.com f 'Malta. Din il-konferenza ġiet organizzata biex tgħin lil dawk kollha involuti fit-turiżmu biex jimmassimizzaw il-booking online għax dan hu l-preżent u l-futur ta' din l-industrija. U dan beda biex jgħidu ċ-chairman tal-GTA (Gozo Tourism Association), Paul Scicluna li qabbel kif inbidlu ż-żminijiet fil-qasam tal- lukandi u akkomodazzjoni f 'Għawdex. Semma kif fl-1968, f 'Għawdex kien hemm lukanda waħda bi 48 sodda, fl-1990 kien hemm 9 lukandi b'1,100 sodda u llum hemm 15-il lukanda b'2,000 sodda u 1,000 appartament u farmhouses reġistrati. Scicluna qal li s-sena li għaddiet raqdu Għawdex 170,000 turist u dan kien ifisser żieda ta' 112% grazzi għall-online booking. Tkellem ukoll l-uffiċjal strateġiku tal-ippjanar tal- Malta Tourism Association (MTA), Leslie Vella li wara stħarriġ li sar dwar Għawdex fl-ajruport ta' Malta, wera li hemm tliet tipi ta' turisti li qed jagħżlu Għawdex. Hemm l-għaddasa, li f 'Għawdex isibu l-post perfett għall-passatemp tagħhom, dawk li jħobbu x-xemx u oħrajn li jħobbu x-xemx u l-kultura. Vella qal li fl-istħarriġ ħareġ ċar li dawk li jagħżlu li jmorru Għawdex jiddeċiedu kmieni li jagħmlu dan. Dan ifisser li jibbukkjaw kmieni l-akkomodazzjoni tagħhom, b'konsegwenza li dawk li jaħdmu f 'dan is- settur, iridu jieħdu ħsieb jaħsbu minn kmieni biex ibigħu l-prodott tagħhom permezz tal-internet. Fil- fatt, min ikun iddeċieda li jieħu vaganza direttament f 'Għawdex, bħala medja jkun ħaseb madwar tliet xhur qabel filwaqt li f 'Malta it-'trend' hi li jħallu għall- aħħar. Fattur ieħor hu li t-turisti li jagħżlu Għawdex, jibbukkjaw karozzi tal-kiri ħafna iżjed milli jibbukkjaw dawk f 'Malta iżda filwaqt li it-turisti li jagħżlu Malta jaqtgħu biljetti għal mużewijiet online, dawk li jagħżlu Għawdex kważi ħadd minnhom ma jibbukkja eskursjonijiet. Dan jista' jkun għall-fatt li f 'Għawdex hemm trasport pubbliku tajjeb u anke s-servizz ta' 'hop on hop off ' huwa effiċjenti u jmorru kull fejn hemm x'tara. Minn stħarriġ tal-MTA, irriżulta li 29% tat-turisti li għażlu Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom, ibbukkjaw l-akkomodazzjoni tagħhom online. L-aktar parti mistennija kien l-intervent ta' Alessia Valeri, minn Ruma li bħalissa qed taħdem fl-area office ta' booking.com fin-naħa t'isfel tal-Italja u li Malta u Għawdex jaqgħu taħtha. Alessia qalet li din il- kumpanija ġganteska kibret b'mod fenomenali minn meta bdiet fl-1996. Illum, booking.com għandha 187 uffiċċju u 13,000 ħaddiem li nofshom jieħdu ħsieb il-klijenti. Booking.com għandhom 107 miljun klijent u l-website tagħha hi tradotta f '43 lingwa. Qalet ukoll li ma' booking. com jibbukkjaw 1.2 miljun persuna kull 24 siegħa u għandhom 125 miljun akkomodazzjoni madwar id-dinja kollha. Sadanittant, sabu ħin biex ibigħu l-prodott tagħhom anke f 'Għawdex fejn kienu diversi persuni preżenti li staqsew xi mistoqsijiet. Kien hemm min talab u ppropona li titnaqqas il-commission li jieħdu fil-perjodu off peak. Iżda Valeria qaltilhom li huma jgħixu bil-commissions fejn huma jiċċarġjaw minn 18% 'il fuq. Barra minn hekk, qalet ukoll li l-akbar ammont ta' bejgħ għal Għawdex isir fil-perjodu u l-istaġuni off peak. Mitluba tgħid kemm mit-turisti li ġew Għawdex kienu bbukkjati ma' booking. com, Valeri qalet li dan illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Għawdex 14 Konferenza bejn il-GTA u Booking.com L-aktar bookings 'online' isir • Żieda ta' 112% fit-turisti f'Għawdex grazzi għall- internet • 1.2 miljun persuna tibbukja ma' Booking.com kull 24 siegħa • 72% li jibbukkjaw akkomodazzjoni online jagħmlu dan permezz tal-mobile • L-aktar turisti li jibbukkjaw online f'Għawdex huma Taljani Is-sala kienet mimlija bi proprjetarji ta' lukandi, farmhouses, B&Bs u appartamenti f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016