Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 6 Minn poġġuti għal koabitanti Wara 20 sena ta' wegħdi, 4,000 koppja li qed jikkoabitaw se jkunu mogħtija drittijiet u protezzoni legali. L-ILLUM tispjega x'fiha l-liġi tal-koabitazzjoni minn Ruben Anthony Xuereb FL-2011 kien hawn madwar 4,000 koppja mhux miżżewġa, nofshom bit-tfal, li ma kinux irregolarizzati u għaldaqstant bla drittijiet. Lura għall-1998 dawn il-koppji kienu mwiegħda li se jkunu protetti mill- Partit Nazzjonalista dak iż-żmien fl-Oppożizzjoni. Tliet leġiżlaturi u 15-il sena wara, baqa' ma sar xejn ħlief abbozz ta' liġi fl-2012 li baqa' fuq il-karta. Dan se jkun qed jinbidel hekk kif qed ikun mistenni li bejn aktar tard din is-sena u kmieni s-sena d-dieħla, tgħaddi l-liġi ppreżentata mill-Ministru Helena Dalli li se tassigura d-drittijiet u telenka d-dmirijiet għal aktar minn 4,000 koppja f 'relazzjoni bejniethom li jgħixu flimkien, mingħajr mhuma miżżewġin. L-ILLUM tkellmet ma' Desiree Attard mill- Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili li spjegat l-abozz dwar liġi ġdida għall- koabitazzjoni aktar fid-dettall u kif dan se jħares lejn tliet forom ta' koabitazzjoni li jkopru tliet tipi ta' sitwazzjonijiet differenti ta' koppji. Mark, raġel separat u Debbie, divorzjata, ilhom jgħixu flimkien f 'appartament mikri għall-dawn l-aħħar tliet snin. Peress li Mark għadu mhux legalment divorzjat, il-koppja tista' tidħol għal qbil ta' koabitazz- joni bejniethom fejn sempliċiment bi provi li ilhom aktar minn sentejn jgħixu flimkien, huma se jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-dritt li jiġu meqjusa bħala inkwilini pari. Minbarra d-drittijiet ta' inkwilini, Mark u Debbie jkunu legalment ikkunsidrati bħala l-eqreb persuna ta' xulxin, kif ukoll ikunu intitolati għal drittijiet ta' suċċessjoni u jkollom jedd fuq deċiżjoni għal kura medika ta' xulxin. Bħall-koppji miżżewġa, bħala koppja li tikkoabita taħt il-liġi l-ġdida, Mark u Debbie jista' jkollom ukoll id-dritt li jagħżlu li ma jixhdux kontra xulxin. Permezz tal-liġi l-ġdida dwar il-koabitazzjoni, issa anke Keith u Andrew, koppja gay li ihom snin f 'relazzjoni, jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li din se ġġib magħha. Dan anke minħabba l-fatt li dan l-aħħar abbozz li ġie preżentat fil-jiem li għaddew, kien l-ewwel wieħed li nkluda koppji tal-istess sess fuq l-istess livell ta' dawk etero, li se jkollhom id-dritt japplikaw għal stat ta' koabitanti legali. Il-koabitazzjoni se tkun alternattiva għaż-żwieġ, li tipprovdi ammont ta' drittijiet simili għalih, u bi lqugħ minn qabel għad-drittijiet taż-żewġ partijiet fl-eventwalità li l-koppja tħassar, permezz ta' kuntratt flessibbli bi ftehim matur u biċ-ċar bejn iż-żewġ naħat. Permezz tal-liġi li tirregolarizza l-koppji li jikkoabitaw, it-tama tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili hija li fi żmien ħames snin, kulħadd ikun irregola ruħu sal-punt li anke l-għażla tal- ittra bl-avukat lanqas tibqa' neċessarja u l-koppji kollha jirregolarizzaw ruħhom taħt it-tieni tip ta' qbil provdut mil-liġi. Intefa' bilqiegħda u ħu kafè, f 'nofs ta' triq IL-KAMRA tas-salott hija waħda mill-aktar kmamar importanti fid- dar. Fiha nilqgħu lin-nies, nitkellmu u nirraġunaw u forsi naraw xi naqra TV. Xi ħadd qalbu tad-deheb u li jaħseb f 'għajru u fil-batut iddeċieda, fil-ġenerożità infinita tiegħu li jbiddel kantuniera viċin il-pjazza ta' Buġibba f 'kamra tas- salott pubbliku. Qabad is-salott li kellu u komodina u ramihom, fin-nofs, kif ġieb u laħaq. Salott pubbliku għal kull min m'għandux ix- xorti li f 'daru jgawdi sufan li jdardrek bil-kruha u li għandu żmien biżżejjed biex jiftakar lil Mosè. Dan ir-ritratt ġie ppubblikat mis-sindku ta' San Pawl il-Baħar Graziella Galea li qalet li dan is-salott pubbliku ntefa' f 'nofs ta' triq mingħajr permess u bla ebda appuntament mal-Kunsill Lokali. B'ton sarkastiku, bħal dan l-artiklu, Galea rringrazzjat lil din il-persuna għall-ħidma tagħha biex il- lokalità tkun nadifa u sostniet li "ħasra li dak il-ħin ma kienx hemm pulzija sabiex setgħet tinħareġ ċitazzjoni kif ġara f 'każijiet oħra." Galea temmet tgħid li dan l-iskart goff, fil-fatt wara inġabar mill-Ħaddiema tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar b'mod immedjat. Salott pubbliku: ikerrah għax skart u jkerrah għax vera ikrah Kważi €100 miljun f 'sussidji fit-trasport pubbliku f '4 snin L-OGĦLA ammont f 'dawn l-aħħar erba' snin kien fl-2014, b'total ta' €29 miljun It-total ta' flus maħruġa mill-Gvern bħala sussidju fuq it-trasport pubbliku kienet tlaħħaq ftit inqas minn €100 miljun, jew €97,232,467 fuq perjodu ta' erba' snin. L-ammonti mogħtija f 'sussidju kienu dejjem tilgħin fejn fl-2012, l-ammont kien ilaħħaq ftit iktar minn €8 miljun. Fis- sena ta' wara, jiġifieri l-2013, dan l-ammont tela' għal ftit iktar minn €10 miljun, u fl-2014, kien tela' għal iktar mid-doppju, b'€29,027,312. Minkejja dan, matul l-2015, dan l-ammont reġa' naqas għal €23 miljun. B'hekk it-total matul erba' snin ta' sussidju ta' trasport pubbliku kien ilaħħaq ftit inqas minn €100 miljun. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi għal mistoqsija tad-deputat Toni Bezzina.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016