Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402
illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 8 Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Data: 20 ta' Novembru 2016 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ MINN QABEL Miżura 4.1 Appoġġ għal investimenti f'azjendi agrikoli' Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE tal-2017 u l-Fondi tal-UE, jixtieq javża li ser tigi mnehdija sejħa għall- applikazzjonijiet għal għotjiet kif stipulat taħt il-Miżura 4.1 'Appoġġ għal investimenti f'azjendi agrikoli' taħt il-Programm tal- iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020 għal Malta. Miżura 4.1 'Appoġġ għal investimenti f'azjendi agrikoli' Il-miżura 4.1 tkopri investimenti f'sistemi ambjentalment effiċjenti u tagħmir li jikkonċerna l-ġestjoni tal-ħamrija, il-ħazna u l-użu tal-ilma, l-enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni tal-iskart, u l-effiċjenza mtejba tal-fertilizzant u l-użu u l-kontroll tal-pestiċidi. Għajnuna ser tingħata wkoll għal titjib tal-produttività fl-azjendi jew f' setturi speċifiċi, soġġett għall- adozzjoni ta' tekniki u sistemi tal-biedja li ma jikkawżawx ħsara ambjentali. It-tnehdija għas-sejħiet flimkien mad-dettalji kollha, se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni: www.eufunds.gov.mt. Il-formola ta' Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) ser ikunu disponibbli permezz tal-istess sit elettroniku wara t-tnehdija tas-sejħa. L-Awtorità ta' Ġestjoni ser tkun qed tagħmel sessjonijiet ta' informazzjoni dwar dawn is-sottomiżuri. Id-dettalji ta' dawn is-sessjonijiet ser jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq is-sit elettroniku. Barra minn hekk, il-bdiewa rreġistrati se jiġu infurmati permezz, ser jiġu ukoll infurmati permezz ta' notifika b'sms skond il-procedura regolari. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn: www.eufunds.gov.mt jew permezz tal-email: rdd.meaim@gov.mt. 'L-interdett ifakkarni f 'Ġuże Ellul Mercer jindifen fil-miżbla u lil Lino Spiteri jiżżewweġ fis-sagristija' Dr. Joe Azzopardi jiċħad bil-qawwa kollha li hu wara il-fuljett dwar l-interdett mqassam f 'Għawdex DR. Joe Azzopardi, f 'korrispondenza li bagħat lil din il-gazzetta reġa saħaq, anke jekk dan kien diġà ċar fl-artiklu li kien ippubblikat fil-ħarġa tal-ILLUM tal-Ħadd 6 ta' Novembru, li hu m'għandu xejn x'jaqsam mal- fuljett li kien imqassam anonimament madwar Għawdex u li jsejjaħ l-interdett bħala 'paġna glorjuża fl-istorja t'artna.' Minkejja li xi Għawdxin ippuntaw subgħajhom lejh, Azzopardi jiċħad bl-akbar qawwa u b'mod kategoriku din l-allegazzjoni. Mal-ILLUM, Joe Azzopardi saħaq li l-ewwel darba li ra t-tali fuljett kien fuq is-sit one.com.mt u li malli rah fakkruh f 'mumenti koroh. "L-interdett ifakkarni f 'dawk l-imsieken li kienu militanti biex iġibu 'l quddiem il-qagħda soċjali u ekonomika ta' Malta u l-kunflitti reliġjużi li kienu fis-skiet jissieltu magħhom għax kienu jgħidulhom li se jitilfu ruħhom. Għaddew minn quddiem għajnejja xeni ta' Ġuze Ellul Mercer qed jindifen fil-miżbla u Lino Spiteri qed jiżżewweg fis- sagristija," sostna Azzopardi mal-ILLUM. "Kif nista' jien qatt inkun assoċjat ma' xi ħaġa li tigglorifika l-interdett?" Azzopardi qal li dawk li qalu jew assoċjawh ma' dan il-fuljett riedu biss jagħmulu d-deni. "Jien kull meta kelli xi ħaġa x'ngħid jew x'nikteb qatt ma bżajt nuri ismi kif għamilt riċentament f 'artikli li ppubblikajt fil-MaltaToday, fost l-oħrajn. Jekk dawn huma rġiel, bħalma akkużawni anonimament, issa juru isimhom ħalli mbagħad nikkonfrontahom pubblikament." L-eks Ministru Laburista Lino Spiteri Inawgurata sala għall- komunità fis-Swieqi – Proġett għal komu- nità aktar b'saħħitha WAQT l-inawgurazzjoni ta' sala ġdida għall-komunità fis-Swieqi, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li " huma inizjattivi bħal dawn li verament itejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna, u huma proġetti bħal dawn li jkomplu jgħollu l-livell tal- kwalità ta' ħajja li l-kunsilli lokali joffru lin-nies tagħhom". Fil-Kunsill Lokali tas- Swieqi, nhar il-Ġimgħa, ġiet inawgurata sala ġdida għall-komunità bil-għan li sservi għal attivitajiet varji. F'din is-sala multipurpose se jibdew jiġu organizzati esebizzjonijiet, korsijiet edukattivi, sessjonijiet tal- keep fit, u attivitajiet għall- anzjani u għall-persuni b'diżabilità, fost l-oħrajn. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo rringrazzja lill-Kunsill Lokali tas- Swieqi għal din l-inizjattiva li se toffri spazju ġdid għall-organizzazzjonijiet filantropiċi u għaqdiet nongovernattivi, bħala post fejn jiltaqgħu jew jorganizzaw attivitajiet oħra. Buontempo qal li "l-Gvern qed jgħin lill-kunsilli lokali billi żied l-allokazzjoni finanzjarja għall-kunsilli lokali b'9% mis-sena ta' qabel, biex telgħet għall- figura ta' aktar minn 45 miljun ewro". Dr Buontempo spjega wkoll li fil-każ tal- Kunsill Lokali tas-Swieqi, din il-lokalità ħadet żieda ta' 14%. Is-Segretarju Parlamentari feraħ ukoll lill-artisti Joe Farrugia u Anton Abela għall esebizzjoni tal-arti li tellgħu apposta għal din l-okkażjoni. Is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat qal li din il-faċilità kienet bżonnjuża ferm għas Swieqi minħabba li m'hemmx skola u lanqas għaqdiet soċjali bis-sede tagħhom fejn wieħed jista' jiltaqa'. Is-Sindku sostna li jieħu gost jara proġetti bħal dawn iseħħu, anke bil għajnuna tal-Gvern Ċentrali, filwaqt li awgura għal aktar entużjażmu fost il- kunsilliera u l-voluntiera li jagħtu ħinhom għal-lokal u għar-residenti tas-Swieqi.