Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

E luf kbar jipprotestaw fi bliet ewlenin kontra Trump. L-aħjar ħaġa li tista' tingħad dwar it-tycoon Donald J Trump hi li jaf jagħżel nisa sbieħ mill-Ewropa tal-Lvant. Il-mara preżenti tiegħu, Melania, hi mis-Slovenja u issa assumiet ir-rwol tal-First Lady tal-aktar pajjiż potenti tad-dinja. Trump, deskritt minn ħafna nħawi medjatiċi bħala klawn li fil- politika jifhem daqskemm jifhem manager ta' convenience store, sar il-45 President tal-Istati Uniti tal- Amerika. Bombastiku u ta' spiss isteriku, ksenofobiku u razzista, fl-ewwel diskors tiegħu quddiem il-kameras Donald Trump kien il-prototip ta' manipulatur politiku. Wara kampanja ta' vulgarità u mibgħeda, il-kampanja diviżiva ta' Trump ma damitx ma tat ir-riżultat tagħha b'sensiela ta' protesti vjolenti fi bliet ewlenin Amerikani li mtlew b'eluf ta' protestanti kontra l-President elett. Min-naħa tagħha, is-suċċessur ta' Barack Obama, Hillary Clinton, mhux nieqsa mill-iskandli li kienet imdeffsa fihom. Wara l-elezzjoni, Clinton bdiet titkellem bl-istess retorika immansata tar-rivali tagħha li ntużat fil-kampanja presidenzjali. Meta kienet tefgħet isimha fl-urna tan-nominazzjoni, Clinton esprimiet l-istess sentimenti li wera Trump: qatt ma kien hemm kampanja presidenzjali daqshekk odjuża bejn żewġ rivali għatxana għall-poter. L-elezzjoni ta' Trump ixxokkjat lill-Punent, imma enerġizzat lill- partiti tal-lemin estrem fi Franza, fl-Olanda, fl-Italja u nħawi oħra li jiffavorixxu l-Brexit. Trump jirrappreżenta theddid ieħor, l-aktar fejn jidħol l-establishment u fejn jidħlu strutturi bħan-NATO. Żewġ nisa tal-grupp femminista Femen (li llum inxtered madwar id- dinja) esprimew il-protesta tagħhom kontra l-President elett billi daħlu f 'kamra tal-voti f 'Manhattan, kontra t-tycoon ta' New York. Fuq sidirhom il-kitba 'Nudi kontra l-odju'. Il-kampanja presidenzjali fl- Amerika kienet waħda ta' insulti, minaċċi u diviżjoni. Diffiċli tara kif Trump se jsewwi dak li kisser għal xhur twal. Mhux faċli tara kif se jkunu mfejqin il-feriti. Il-karikaturista Ali Ferzat f 'Malta F'dawn il-ġranet, kien hawn f 'Malta il-karikaturista famuż Ali Ferzat (Premju Sakharov 2016). Aktar kmieni din is-sena, Ferzat sofra attakk fiżiku vjolenti minn klikka li tissapportja lid-dittatur Assad tas-Sirja. Il-fumetta li pprovokat l-attakk selvaġġ fuq Ferzat turi lil Assad jitlob rikba lil Gaddafi, riekeb il- jeep. Ferzat sofra attakk selvaġġ, b'diversi ġrieħi ma' ġismu kollu, tant li ħaseb li ma kienx se jkun kapaċi jpinġi aktar. Iżda b'sensiela ta' operazzjonijiet delikati fil-Kuwait, Ferzat reġa' kiseb lura 90% mill-fakultà li jerġa' jibda jpinġi l-karikaturi. Il-vjolenza li sofra kompliet tixprunah biex jattakka r-ripressjoni politika permezz tal-istampa. L-attakk fuq Ferzat, fuq kollox, neħħielu kull sens ta' biża' kontra l-oppressjoni taċ-ċensura. L-Akkademja ċċedi għal YouTube Bħalissa fl-Italja għaddejja opportunità fenomenali kulturali u xjentifika. Lezzjonijiet tal-filosofija, psikoloġija, fiżika, astronomija u grammatika qed jaslu bil-format tal- web tv. Dawk li jgħallmu dawn il- lezzjonijiet, b'mod interattiv u anki divertenti huma żgħażagħ, lawrijati jew li waslu għal-lawrija fid-diversi dixxiplini li jistudjaw. Hemm anki dawk li waslu fl-Italja minn inħawi bħar-Rumanija. Sgrammaticondo tv, min-naħa l-oħra hu kanal immexxi minn tfajla ta' 29 sena minn Sardinja, trasferita fit-Toskana minħabba relazzjoni amoruża. Il-YouTube tagħha għandu sittax-il elf persuna jsegwuh, anki barra l-pajjiż. YouTubers oħrajn jistgħu jsegwu siti bħal Link 4 Universe (43 elf iskritti) jew stimulazzjoni 'freudjana' fejn l-oskurata tal-ego u s-subkonxju hi spjegata b'mod animat u divertenti. Il-pjattaforma YouTube twieldet fl-2005 online u tippermetti l-viżwalizzazzjoni u d-divulgazzjoni tal-video. Hu kkalkulat li kull minuta jittellgħu 400 siegħa ta' filmati. Fl-Italja, l-utenti tal-video fuq il-YouTube jaqbżu 120 miljun fix- xahar, irġiel u nisa ta' bejn it-13 u l-54 sena. Sadanittant, anki fl-Istati Uniti, YouTube akkwista popolarità enormi, b'kapolavuri żgħar b'vena didattika u fantasija. Il-linja komunikattiva hi ppreżentata b'mod divertenti u tgħaqqad l-arti tas- simplifikazzjoni u l-konċiżjoni, mal-kreattività tal-ispettaklu. Ħafna enerġija tat-tagħlim akkademiku 'superjuri' qed ikollha ċċedi għall- pjattaforma diġitali, ta' spiss ġestita minn talent żagħżugħ. Safejn naf jien, f 'Malta statistika u tagħrif ieħor dwar l-użu tal-YouTube għal diversi skopijiet u liema nies qed jużawh ma jeżistux. Il-komunikazzjoni soċjali f 'Malta Skont il-Eurostat, wara l-Ingliżi, il- Maltin jiġu t-tieni fil-lista li l-aktar jixtru oġġetti online. Dan wassal biex il-posta tradizzjonali mhux talli naqset drastikament, iżda qed topera bi qligħ akbar. F'dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm żieda qawwija ta' sottoskritti għall-ismart phones (60%). Għalkemm f 'Malta jsiru 24,542 telefonata bil-mobile kuljum, kien hemm tnaqqis ta' 7.5% fl-sms. Fil-qasam tad-divertiment interessanti li reġgħet lura l-moda tal-mużika tal-vynl minflok is-CDs. Hekk hu: kollox rota. illum | Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 Opinjoni 20 Tista' tingħaqad l-Amerika? MARIO AZZOPARDI Protesti kontra Trump: Dak li tiżra' taħsad

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016