Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 12 'Aħjar iżidulu l-piena milli jġegħluh iħallas, għax aħna nbatuhom' Tkompli minn paġna 1 DIN mhux l-unika sitwazzjoni ta' dan it-tip, hekk kif qraba u familji ta' persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs esprimew id-diżappunt tagħhom għas-sistema kif taħdem fil-preżent fejn għandhom x'jaqsmu multi u spejjeż legali. Huma ilmentaw li din tgħabbihom bi pressjoni finanzjarja kbira. Fil-fatt, fir-rapport 'Locked Out', maħruġ mill-għaqda 'Mid- Dlam għad-Dawl', li janalizza l-problemi u l-effetti li l-ħabs iħalli fuq il-familji ta' dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza, diversi nisa, ġenituri, aħwa u tfal jitkellmu dwar il-problemi li jaffaċjaw minħabba li qarib tagħhom jinsab fil-ħabs. Kellhom ibigħu l-proprjetà tagħhom biex iħallsulhom id-djun Fir-rapport, jitkellmu wkoll diversi gwardjani u voluntiera li jaħdmu fil-ħabs, li jitkellmu dwar ir-rabta mill-qrib li għandha sentenza ta' ħabs mal-faqar. Gwardjan tal-ħabs partikolari qal kif l-akbar problemi li jaffaċjaw il-familji tal-priġunieri huma dawk finanzjarji. "Ħafna ħabsin hawn jgħidulek kif il-ġenituri tagħhom kellhom ibigħu l-proprjetà tagħhom biex iħallsulhom id-djun, il-multi tal-Qorti u biex iħallsulhom għall-avukati." Fil-fatt, din il-problema tkompli tiġi aċċentwata meta l-priġuniera jingħataw multi u jkollhom bosta spejjeż tal-Qorti li jeħtieġ li jħallsu, flimkien ma' sentenza ta' priġunerija għar- reat li jkunu wettqu. Wara li fil-ħarġa tal-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM irrappurtat il-problemi ta' ġudizzju li saħansitra tfal ta' tliet snin jesperjenzaw minħabba li familjari tagħhom qed jiskontaw sentenza ta' ħabs, ir-rapport joħroġ fid- deher għadd ta' problemi oħra, fosthom dawk soċjali u anke finanzjarji li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn in-nies. Ir-rapport 'Locked Out', ikompli jippreżenta sitwazzjonijiet ta' persuni li qed ibatu minħabba s-sistema, u minħabba l-iżbalji ta' dawn il-qraba tagħhom. Omm partikolari li żewġa jinsab il-ħabs titkellem dwar id-diffikultà tagħha sabiex tlaħħaq mal-ispejjeż u tgħajjex lil familtha bil-paga li għandha. Fil-fatt, issostni kif minkejja li taħdem full-time, "naqbad €800 fix-xahar u jaqtugħuli minnhom. Bihom irridu ngħaddu tlieta, u dan minbarra l-multi tal-Qorti..." Se tixtri dar antika? Sa €100,000 f 'għajnuna L-awtorità toffri solliev u soluzzjoni għar-riġenerazzjoni ta' djar antiki WARA li l-Gvern ħabbar serje ta' miżuri fil-baġit li għadda, l-Awtorità tal-Ippjanar nediet skema ta' għotja bl-isem ta' 'Irrestawra Darek', sabiex tassisti aktar fir- riġenerazzjoni tal-qalba tal-iruħla. Permezz ta' din l-iskema, l-Awtorità qed tfittex li tippromwovi l-investiment fir- restawr, konservazzjoni u manutenzjoni ta' proprjetajiet residenzjali privati li jinsabu ġewwa ż-żona ta' Konservazzjoni Urbana (UCA) u binjiet skedati fi Grad 1 u Grad 2. Taħt din l-iskema, first- time buyers ta' binjiet residenzjali skedati fi Grad 1 u Grad 2, jistgħu japplikaw għar-rifużjoni ta' 70% tal-ispejjeż tax- xogħol tar-restawr u konservazzjoni fuq il-faċċata u l-intern, eliġibbli sa massimu ta' €100,000. Minn naħa l-oħra first-time buyers ta' binjiet residenzjali li jinsabu ġewwa żona ta' Konservazzjoni Urbana (UCA) jistgħu japplikaw għar- rifużjoni sa massimu ta' €10,000. L-iskema hi miftuħa wkoll għall-proprjetarji ta' residenzi privati li jinsabu ġewwa żona ta' Konservazzjoni Urbana (UCA), li jixtiequ jagħmlu xogħol ta' restawr u manutenzjoni fuq il-faċċata tal-binja antika tagħhom. Proprjetarji ta' dawn it- tip ta' residenzi jistgħu japplikaw għal rifużjoni ta' 70% fuq ix-xogħlijiet, sa massimu ta' €10,000. Fir- rigward ta' binjiet skedati fi Grad 1 jew Grad 2, l-iskema ta' għotja tipprovdi rifużjoni sa mhux aktar minn massimu ta' €100,000. Sabiex residenti jkunu aktar inċentivati li jieħdu l-opportunità li jirrestawraw il-faċċata tal-proprjetà antika tagħhom, l-Awtorità tal-Ippjanar laħqet ftehim mal-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali biex kull kunsill Lokali jagħmel għad-dispożizzjoni s-servizzi professjonali ta' perit intiż fil- konservazzjoni ġewwa l-lokalità. L-Awtorità qablet dwar capping u se trodd lura lill-kunsilli lokali l-ispejjeż li ntefqu mill-kunsill biex jassistu lir- residenti fis-sottomissjoni ta' applikazzjoni ta' żvilupp relatata ma' din l-iskema. L-Assoċjazzjoni qablet ukoll li tirrinunzja għal kwalunkwe spejjeż ta' ħlas li suppost jingħataw lill- Kunsill Lokali għal tqiegħid ta' armar relatat ma' dawn ix-xogħlijiet għal perjodu ta' 3 xhur. Din l-iskema, li ser tibda mis-16 ta' Jannar 2017, ser tkun disponibbli sa massimu ta' €8 miljuni fuq bażi first come first served sat-30 ta' April 2017. Ix- xogħlijiet irid ikollhom permess ta' żvilupp u jridu jibdew wara l-1 ta' Jannar 2017. Ikun hemm bżonn l-irċevuti fiskali. L-Awtorità nediet ukoll Fond tal-Ippjanar ġdid li se jikkonsolida l-fondi eżistenti kollha li jinkludu l-Fond għar- Riġenerazzjoni Urbana (UIF) u l-Iskema tal-Ħlas tal-Parkeġġ għas-Sewwieqa (CPPS) li jinġabru minn permessi taż-żvilupp u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016