Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

siegħa mal-klabb. Il-klabbs kollha ta' kull diviżjoni għandhom ilkoll l-istess funzjoni, u għalhekk kollha għandhom jingħataw l-għajnuna mill-MFA. X'tikkummenta fid-dawl tal-fatt li fil-passat int kont voċiferu fuq ċerti kwistjonijiet li fihom ma qbiltx mal-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, iżda issa trid taħdem miegħu spalla ma' spalla? Jien kont kontra xi deċiżjonijiet li ħa hu matul it-terminu tiegħu. Iżda issa ħadt ir-responsabbiltà li minflok nikkritika biss, immidd idi u naħdem miegħu. Il-klabbs urew li l-għajnuna tiegħi jriduha u għalhekk jien nittama li ħa nkun ta' spalla kemm għal President kif ukoll għall- amministrazzjonijiet tal-klabbs. Jien kont ngħaddi dawn ir-rimarki għax dejjem kelli f 'moħħi l-ewwel u qabel kollox l-akbar ġid tal-futbol Malti u mhux għax kelli xi ħaġa fil-konfront personali ta' Darmanin Demajo. Kemm hu diffiċli għall-MFA li titlef żewġ pilastri, bħal Bjorn Vassallo u Chris Bonett? Jien nemmen li Angelo Chetcuti, li ħa post Bjorn Vassallo, diġà beda juri sens ta' ħidma. Angelo Chetcuti huwa bniedem validu u kapaċi ħafna u li jħobb il-logħba tassew. Li nimla ż-żarbun ta' Chris Bonnet huwa diffiċli, iżda jien ħa nagħmel l-almu tiegħi kollu sabiex inwettaq dmiri u nkun ta' rispett lejn dawk li vvuttawli u anke dawk li le. Kien hemm l-għajdut li l-politika partiġġjana kienet ħa tinfluwenza din l-elezzjoni. X'tikkummenta? Ma nemminx li kien hekk, anzi nemmen bis-sħiħ li kull min ikkandida ruħu għal din l-elezzjoni għamel hekk għax f 'moħħu dejjem kellu l-akbar ġid tal- futbol Malti. Naħseb li f 'din l-elezzjoni, in-nies urew kemm huma maturi u taw messaġġ ċar, li ġewwa l-MFA, l-għan prinċipali huwa l-logħba tal-ballun. Taqbel mar-regola tal-14-il tim u 11- il plejer barrani fil-Premier? Bħalma għidt qabel l-elezzjoni u nerġa' ngħidu issa, l-MFA għandha tieqaf u tieħu stokk tas-sitwazzjoni attwali. Minn hemm, nifhmu fejn qegħdin u x'direzzjoni rridu nieħdu, u mbagħad nibdew naħsbu fuq dawn it-tip ta' regoli. Għaddi l-messaġġ finali tiegħek lill- eluf ta' segwaċi tal-futbol lokali. Jien ħa nkun qiegħed naħdem quddiem platea ta' klabbs u membri assoċjati, u rrid nagħmel ħilti biex nassigura li naħdem tajjeb, sabiex anke l-vot ta' dawk li ma vvutawlix jersaq lejja, fis-sens li jiċċertifika li nkun ħdimt tajjeb. Mil-lum 'il quddiem, se nkun qed nagħmel l-almu tiegħi kollu biex nara lill-futbol Malti jimxi 'l quddiem u jagħmel dik il-qabża ta' kwalità li tant Maltin segwaċi tal- futbol lokali ilhom jistennew. Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 39 ikollna servizz ta' ambulanza fil-grawnd' Ritratt: James Bianchi "L-MFA għandha tieqaf u tieħu stokk tas-sitwazzjoni attwali. Minn hemm, nifhmu fejn qegħdin u x'direzzjoni rridu nieħdu, u mbagħad nibdew naħsbu fuq dawn it-tip ta' regoli" Twieled fit-2 ta' Novembru, 1981, f 'Tal-Pietà Huwa Avukat u amministratur tal-isport per eċċellenza, u li fis-6 ta' Diċembru li għadda ġie elett bħala viċi-president ġdid tal-MFA, liema terminu tiegħu f 'din il-kariga se jkun qed jibda fl-1 ta' Jannar li ġej Beda jilgħab il-futbol mal-akkademja ta' Pietà Hotspurs Fl-2006 kien parti mit-twaqqif tat-tim ta' Mdina Knights Eventwalment, daħal fl-amministrazzjoni ta' Floriana FC MATTHEW PARIS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016