Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
illum Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Sports 34 Id-darts lokali jitlef persuna kbira - Charles Ghiller Yazmin Zammit Stevens ittemm fid-disa' post fil-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting IL-KAMPJONATI Ewropej tal-Weightlifting għall-atleti ta' età anqas minn 20 sena u ta' anqas minn 23 sena ntemmew fi tmiem il ġimgħa li għaddiet ġewwa Eilat, l-Iżrael. Il-kompetizzjoni mifruxa fuq sitt ġranet rat aktar minn 350 atleta mill- aqwa ġejjin mill-Ewropa kollha, inkluż medalisti tad-deheb fl-aħħar edizzjoni tal-Olimpjadi ġewwa Rio. Malta f 'dan l-avveniment kienet rappreżentata minn Yazmin Zammit Stevens, li tat prestazzjoni eċċellenti fil- kategorija tad-69kg. Hija bdiet il-kompetizzjoni b'refa' ta' 73 kilo fl-isnatch fejn falliet l-ewwel attentat tagħħa iżda malajr irkuprat u għamlet kemm it-tieni kif ukoll it-tielet tentattivi ta' 73 kilo u 75 kilo. Fit-tieni parti tal-kompetizzjoni - dik tal- 'Clean and Jerk', hija kienet aktar kunfidenti u wettqet perfettament it-tliet tentattivi tagħha - dawk tat-88kilo, 91 kilo u 93 kilo, li jammontaw għal total ta' 168 kilo. Permezz ta' din il- prestazzjoni, Zammit Stevens, spiċċat fl-ewwel post fi Grupp B kemm fir-refa' 'snatch', kif ukoll fil-'Clean and Jerk', fejn kisbet anke l-aħjar total. Hija rnexxielha tikseb pożizzjoni ferm aħjar mill-atleti nazzjonali tal-Polonja, Turkija, Olanda, Iżrael, Irlanda, Repubblika Ċeka, Danimarka u Finlandja. Kollox ma' kollox, hija rnexxielha tikseb id- disa' post fil-klassifikazzjoni Ewropeja. Hija rnexxielha wkoll tikser seba' rekords nazzjonali ġodda. Tul din is-sena, Zammit Stevens, irnexxielha twaqqaf xejn anqas minn 37 rekord nazzjonali. Jesmond Caruana kien magħżul bħala uffiċjal tekniku internazzjonali għall- kompetizzjoni fejn huwa ħa sehem ukoll fil-kungress EWF u l-laqgħat tekniċi fl-istess kumitat. Kemm Zammit Stevens kif ukoll Caruana se jkunu qed jivvjaġġaw lejn Doha matul din il-ġimgħa sabiex jipparteċipaw fir- raba' edizzjoni tal-'Qatar International'. Dawn l-avvenimenti internazzjonali ma kinux ikunu possibli mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), SportMalta, EWF u AWF. Intant, ftit tal-ġimgħat qabel, l-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA), organizzat b'suċċess il- Kampjonat Nazzjonali ta' Malta tal-Weightlifting. Fis-sezzjoni tal-kadetti, l-aħjar riżultat ġie minn Rylee Borg b'131 punt segwit minn Kyle Camilleri u Nicolai Muscat. Fis-sezzjoni għal nisa żgħażagħ, l-aqwa riżultati ġew minn Shelby Vassallo li bir- refgħa totali ta' 105kilo rebħet is-sezzjoni ta' taħt il-15 u s-17- il sena, rispettivament. Fis-sezzjoni għal subien żgħażagħ, l-aqwa riżultati ġew minn Kieran Mifsud li bir- refgħa totali ta' 253 kilo, rebaħ is-sezzjoni għal dawk ta' taħt is-17-il sena u ta' dawk taħt l-20 sena fil-kategorija ta' iktar minn 94 kilo. Huwa rnexxielu jirbaħ ukoll il-kategorija tal- 105 kilo tal-kbar. Kieran irnexxielu wkoll jikser it-total ta' 17-il rekord nazzjonali, saħansitra anke rekord fil-kategorija tal- kbar. Owen Bugeja kellu prestazzjoni ferm tajba fejn rebaħ il-kategorija tal-94 kilo fis-sezzjoni ta' taħt is-17-il sena kif ukoll f 'dik ta' taħt l-20 sena, waqt li kiseb ukoll it-tieni post fl-istess kategorija tal-kbar. Intant, Andy Grech, rebaħ il-kategorija tas-77 kilo għal dawk taħt l-20 sena b'refgħa totali ta' 182 kilo. Rebecca Fitz rebħet ukoll is-sezzjoni għal dawk taħt l-20 sena fil-kategorija tat-63 kilo b'refgħa totali ta' 106 kilo. Hija rnexxielha tikser ukoll żewġ rekords nazzjonali. Fis-sezzjoni tan-nisa, l-aħjar riżultali waslu minn Yasmin Zammit Stevens fejn refgħet it- total ta' 159 kilo fil-kategorija tad-69 kilo, waqt li hija rnexxielha wkoll tikser rekord nazzjonali. Elisia Scicluna bit-total ta' 151 kilo rebħet il-kategorija 75+ kilo. Jessica Ghigo rebħet il-kategorija tal- 75 kilo b'refgħa totali ta' 142 kilo, filwaqt li Kirsten Borg rebħet il-kategorija tat-53 kilo b'refgħa totali ta' 110 kilo. Intant, fis-sezzjoni tal- Irġiel, il-Kategorija tas-77 kilo ntrebħet minn Michael Fava b'refgħa totali ta' 188kilo, Vlad Baldacchino rebaħ il- kategorija tal-94 kilo b'refgħa ta' 230 kilo. L-aħjar riżultati ġew mingħand Matthew Camilleri li rebaħ il-kategorija tal-85 kilo b'refgħa totali ta' 239 kilo. Yazmin Zammit Stevens fl-azzjoni waqt il-Kampjonati Ewropej tal- Weightlifting fl-Iżrael Ritratt: Carbon Grip FIL-JIEM li għaddew, tħabbret il-mewt ta' Charles Ghiller. Huwa kellu 70 sena. Bla dubju wieħed mill-plejers ewlenin fl-istorja tad- darts. Attiv għal 40 sena fid-darts, l-aħħar suċċess għal Ghiller kien ir-rebħ tal-Kampjonat Nazzjonali 2016 għat- timijiet flimkien ma' Kalkara St. Joseph. Rebaħ bosta edizzjonijiet tal-Kampjonat Nazzjonali individwali u kompetizzjonijiet ewlenin fi ħdan il-Malta Darts Association. Il-parteċipazzjoni internazzjonali għal Charles Ghiller kienet waħda kostanti. Fl-2001 kellu ranking dinji ta' 353 wara li fl-1998 u 2000 kien ħa sehem fis-singles tat- Tazza tal-Ewropa. Fl-2001 kien parti mit-tim Malti fir-rebħ tal-medalja tad-deheb fil-Bulgarija u mis- suċċess fl-2003 f 'Ċipru fil-Mediterranean Cup, fl-2005 kien captain tat- tim nazzjonali għal istess kompetizzjoni f 'Ġibiltà. Fl-2007 wasal sas-semi finali tal-Open tal-Greċja filwaqt li fl-2009 wasal sal-aħħar 16 fl-Open ta' Cipru filwaqt li fl-2010 wasal sal-kwarti tal- finali tal-Mediterranean Cup. Mill-1986 ħa sehem f 'bosta mill-edizzjonijiet tal-Malta Open. Għal bosta snin, Charles Ghiller kien ukoll qaddief mal- Isla f 'bosta edizzjonijiet tar-Regatta Nazzjonali. Il-mibki iżda qatt minsi Champion lokali tad-Darts, Charles Ghiller