Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum SPORTSillum 31 minn Cristian Antony Muscat Balzan ......................... 2 Hibernians ................... 1 BALZAN telgħu fil-quċċata tal-klassifika b'34 punt, meta għelbu lil Hibernians bl-iskor ta' 2-1. Huma fetħu l-iskor fl-ewwel attakk li ħolqu wara biss ħames minuti, meta Bojan Kaljevic għadda tajjeb lejn Matteo Piciollo, li permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol- kaxxa, tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Hibernians, Andrew Hogg. Iżda huma ma tantx damu jifirħu hekk kif żewġ minuti biss wara, Hibernians ġabu l-iskor indaqs meta Jorge Pereira Da Silva rċieva l-ballun minn tarf il-kaxxa u spara l-ballun fis-saqaf tax- xibka. Balzan wieġbu fid-disa' minuta meta Alfred Effiong ittanta xortih permezz ta' xutt mix-xellug minn ġol-kaxxa, li iżda ġie newtralizzat minn Andrew Hogg. It-tim immexxi minn Oliver Spiteri reġa' ħoloq il-periklu fil-21 minta meta Abdelkarim Nafti permezz ta' logħob delizzjuż għadda tajjeb lejn Alfred Effiong, li baqa' dieħel fil-kaxxa però pront kien il-goalkeeper internazzjonali Andrew Hogg li ħareġ tajjeb u antiċipa l-ballun biex b'hekk salva kull periklu għall- Pawlisti. Il-logħba kompliet tisbieħ u fis-26 minuta xutt bid-dawra minn mal-art ta' Paul Fenech ġie milqugħ mingħajr wisq diffkultà minn Andrew Hogg. Man- nofsiegħa logħob, il-Pawlisti kienu sfortunati li ma dawrux l-iskor favurihom, meta tentattiv minn freekick insidjuż ta' Jackson Lima stampa mal-wieqfa. Fil-65 minuta Balzan qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Alfred Effiong permezz ta' karta ħamra diretta, minħabba daqqa ta' sieq li ta lill-player ta' Hibernians, Marcelo Dias, waqt li kien mal-art fil-kaxxa tal-Pawlisti. Balzan skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-88 minuta meta wara li rċieva minn freekick ta' Abdelakrim Nafti, għola tajjeb Bojan Kaljevic, li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jintemm ġewwa bil- ballun jiġi devjat għal ġewwa minn Jackson Lima. Balzan - Janjusevic, Giglio De Oliveira, Grima, Kaljevic, Serrano Valero, Fenech (De Barros 82'), Effiong, Nafti (Agius 89'), Brincat, Fenech, Piciollo (Cipriott 90') Hibernians - Hogg, Soares, Dias, Tabone Desira (Shaddock 90'), Lima, Mbong, Bezzina, Da Silva Pereira, Degabriele (Cohen 62'), Kristensen, Agius Referi - Glen Tonna BOJAN KALJEVIC Skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lil Balzan fit-88 minuta. Qed jokkupa l-quċċata tal- lista tal-aqwa skorers b'16-il gowl. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li qatt ġew jilagħbu f 'Malta. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Mosta. Balzan fil-quċċata wara rebħa kontra Hibernians Abelkarim Nafti segwit minn Jackson Lima Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Foto Domingo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016