Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Aħbarijiet 13 Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum Kont ta' €900 L-istess problema jaffaċċjaw żewġ pensjonanti li binhom jinsab il-ħabs. Ir-raġel jinsisti kemm hija diffiċli sabiex mill-pensjoni tiegħu, jkun jista' jgħin lill-ibnu finanzjarjament, u waqt li jgħid li dawk li għamlu reat, "għandhom jieħdu dak li ħaqqhom, u mhux qed nippretendi li jiftħulhom il-bieb tal-ħabs," ma jaqbilx li tingħata wkoll multa ma' sentenza ta' snin il-ħabs. "Jien ma naqbilx li meta jeħlu piena, per eżempju, jeħlu wkoll dik il-multa kollha ta' flus. Dawn minn fejn tridhom jitallsu? Għax aħna qed nispiċċaw inħallsulu l-multa... issa ara ġiena kont ta' €900." Din il-problema hi rikorrenti speċjalment fejn jidħlu persuni li qed jaħdmu u jitħallsu bil-paga minima jew inkella anzjani li jridu jgħaddu bil-pensjoni, kif tgħid anzjana partikolari li tisħaq li, "kemm nistgħu nifilħu, ntuh aħna min-naqra pensjoni li għandna. Anzi, nagħmel ħafna sagrifiċċji. Ma sserviniex il-pensjoni u dejjem indur fuq it-tifla biex tagħtini xi ħaġa." Ir-rapport jelenka lista ta' elementi li jgħaqqdu flimkien lil dawn il-persuni, minbarra l-fatt li persuna qribhom tinsab il-ħabs. Fil-fatt, element partikolari li jgħaqqadhom lil dawn il-persuni huwa d-dħul partikolarment baxx li għandhom dawn il-familji, bil-maġġoranza tagħhom ikunu single mothers u pensjonanti. Ir-rapport jgħid kif huwa ta' tħassib il-fatt li l-maġġoranza tagħhom huma qegħda jew jinsabu fuq il-benefiċċji soċjali, u dawk minnhom li jaħdmu, għandhom impjiegi bi dħul baxx, u minn hemm iridu jsostnu u jħallsu għall- ispejjeż, partikolarment legali tal-persuna li tinsab il-ħabs. Għaldaqstant, ir- rapport jirrimarka li din hija sitwazzjoni fejn tispiċċa tiġi 'kkastigata' l-familja kollha minflok il-persuna li tkun għamlet ir-reat biss, u għalhekk jistieden lis- sistema ġudizzjarja sabiex issir riforma minn kastig, għal riabilitazzjoni. Ir-rapport iżid jistaqsi dwar il-'multi eżorbitanti' li huma imposti fuq dawk li jiksru l-liġi, u jgħid kif "huwa evidenti li dawn il-multi jservu sabiex jiġu penalizzati ċertu familji u jkomplu jżidu ir-riskju ta' faqar li jinsabu fih dawn il- familji, jew ikompli jagħmel għall-agħar sitwazzjoni li diġà hija prekarja." biex tirrestawraha jkunu disponibbli għal proġetti li ser jitwettqu ġewwa l-komunità. Il- Fond tal-Ippjanar ġdid ser jingħata wkoll żieda ta' €13 il-miljun mill- miżati ġġenerati mill- Awtorità mill-proċess tar-Regolarizzazzjoni. L-għan ta' dan il-fond il-ġdid hu li jwessa' l-iskop tiegħu u għalhekk tingħata aktar flessibbiltà għal-liema proġetti jikkwalifikaw għall-fondi. Barra minn hekk, il-Fond mhux se jkun ristrett għall-Kunsilli Lokali biss iżda ser ikunu jistgħu japplikaw għal fondi, permezz tal-kunsill lokali, entitajiet tal-ġvern, NGOs u s-settur privat ukoll. Sabiex jippromwovi koperazzjoni aħjar u jkun introdott frankar fi spejjeż minħabba l-introduzzjoni ta' economies of scale, l-Awtorità qed tinkoraġġixxi kunsilli lokali biex jippreżentaw proposti ta' proġetti fuq livell reġjonali. Dawn il-proġetti se jibbenefikaw minn 100% tal-finanzjament filwaqt li proġetti minn Kunsilli Lokali individwali se jirċievu sa 70% tal- ispejjeż. Il-fondi taż-żewġ inizjattivi huma disponibbli mill- Awtorità mill-miżati li tiġġenera mill-proċess tal-applikazzjoni tar- regolarizzazzjoni. Il- proċess tal-applikazzjoni tar-regolarizzazzjoni tipprovdi proprjetarji b'opportunità ta' darba li jirregolarizzaw żvilupp eżistenti li ma jistax ikun sanzjonat u mhux konformi, li jinsab ġewwa l-konfini tal-iżvilupp. Il-Pulizija Maltija tingħaqad fil- ġlieda kontra r-reati diġitali IL-ĦIDMA tal-Pulizija Maltija fil-ġlieda kontra l-kriminalità diġitali ħadet żvolta oħra permezz ta' sħubija fi proġett imsejjaħ 'NoMoreRansom'. Il-ħsieb wara dan il-proġett huwa li jiġi indirizzat b'mod aħjar ir-ransomware. Ir- ransomware huwa tip ta' programm malizzjuż li jżomm persuni li jkollhom il-kompjuter tagħhom infettat milli jaċċessaw id-dokumenti tagħhom stess. Anke f 'Malta, huma diversi l-individwi u l-entitajiet li ġew affettwati minn programmi malizzjużi ta' dan it-tip. Dan il-proġett ra il-bidu tiegħu iktar kmieni din is-sena permezz tal-kollaborazzjoni bejn il-Pulizija Olandiża, il-Europol, Intel Security u Kaspersky Lab. Il-Pulizija Maltija ssieħbet flimkien mal-awtoritajiet ta' diversi pajjiżi oħrajn sabiex jissaħħaħ ix-xogħol li qed isir permezz ta' dan il-proġett. In-numru ta' pajjiżi rappreżentati f ' dan il- proġett issa jgħodd 22. Permezz ta' dan il-proġett il-kollaborazzjoni b'saħħitha li diġà teżisiti bejn l-entitajiet li qed jipparteċipaw qed tissarraf f 'iktar possibilitajiet għall-vittmi tar-ransomware. Il-Pulizija Maltija tenfasizza l-importanza ta' miżuri preventivi li permezz tagħhom jitnaqqas l-inċidenza u l-impatt ta' dawn it-tip ta' programmi. Dawn il-miżuri sempliċi jinkludu l-użu ta' programmi ta' sigurtà għal kontra programmi malizzjużi, l-aġġornament regolari tas- sistemi kompjuterizzati kif ukoll it-teħid regolari ta' back-ups ta' informazzjoni importanti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016