Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Miriam Dalli tappella għal politika favur it- trattament innovattiv kontra l-kanċer fit-tfal IL-KANĊER jibqa' l-aktar marda fatali għat-tfal fl-Ewropa, b'madwar 35,000 tfal u adolexxent jinstabulhom sintomi ta' kanċer kull sena, li minnhom 6,000 imutu. Żewġ terzi ta' dawk li jgħelbu l-kanċer jibqgħu jbatu minn effetti sekondarji relatati mat- trattament għall-bqija ta' ħajjithom. Ir-riċerka dwar kanċer pedjatriku spiss ma tingħatax prijorità, dan minħabba li kemm l-għadd ta' pazjenti kif ukoll l-marġini ta' profitt hu wieħed relattivament żgħir. Dan iwassal biex ftit li xejn ikun hemm żviluppi fir-riċerka dwar trattamenti innovattivi speċifikament għal kanċer li jolqot tfal u adolexxenti. Ir-regolamenti Ewropej dwar mediċina pedjatrika li daħlet fis-seħħ fl-2007 ħalliet impatt pożittiv fuq l-iżvilupp ta' din il-mediċina, madankollu f 'diversi oqsma fosthom l-onkoloġija pedjatrika, dan ma kienx biżżejjed. Riżoluzzjoni tas-Soċjalisti u Demokratiċi ġiet approvata fil-Parlament Ewropew biex ikun hemm fondi li jixprunaw aktar riċerka fil-mediċina tat-tfal. Dan għandu jwassal għal titjib fit-trattamenti mediċi offruti, u fil-kwalità tal-ħajja ta' tfal u adolexxenti wara l-kanċer. L-MPE Maltija Miriam Dalli, bħala kelliema tas- Soċjalisti fuq is-Saħħa, insistiet li tfal bil-kanċer għandhom jingħataw l-aqwa opportunitajiet possibli biex jgħixu f 'saħħa tajba il-bqija ta' ħajjithom. "Hu essenzjali ħafna li dawn it-tfal ikollhom aċċess għal terapija u mediċini ġodda biex tikber il- possibbiltà li jgħixu u jgħelbu l-kanċer. Nappella lill- Kummissjoni Ewropea biex tiżgura biżżejjed programmi ta' fondi li jappoġġjaw riċerka pedjatrika tal-ogħla livell," qalet Miriam Dalli, li ssuktat tgħid li anke l-istati membri għandhom jappoġġjaw programmi simili ta' aktar riċerka u żvilupp. "Fin-nofs hemm il-ħajja tat-tfal tagħna u għalhekk għandna niżguraw li ntuhom l-aqwa terapija u mediċina possibbli," qalet Dalli. Il-Kumitat għas-Saħħa Pubblika fil-Parlament Ewropew qed jistenna rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni preżenti, li mistenni jagħti stampa ċara tal-marġini biex jiġi addottat il-qafas leġislattiv attwali. Hu maħsub li dan ir-rapport se jiġi ppubblikat fl-2017. Jiddisasoċjaw rwieħhom mill- attakk fuq il-ġiżwiti L-GĦAQDA Patrijotti Maltin, b'referenza għall- intervista li dehret fuq din il-gazzetta l-Ħadd li għadda ma' Fr Vince Magri u li trattat fost l-oħrajn xtaqu jiċċaraw li huma bl-ebda mod ma jridu jkunu assoċjati ma' attakki li saru fuq proprjetà tal-Ġiżwiti xi snin ilu. Nota editorjali: Minkejja li napoloġizzaw għal kull tip ta' ftehim, nistagħu nassiguraw illi din il-gazzetta fl-ebda ħin ma insinwat jew xtaqet li ssur l-insinwazzjoni illi l-Patrijotti huma wara xi att kriminali jew vandalu. Bħala gazzetta ma' isem il-Ġiżwita ppublikajna biss fatt. Il-fatt li l-Ġiżwiti sofrew attakk fuq il-proprjeta' tagħhom. Approvata binja ġdida fil- kampus tal-MCAST SABIEX tiġi ndirizzata ż-żieda fil-populazzjoni tal-istudenti tal-MCAST, kif ukoll biex tittejjeb l-esperjanza edukattiva tagħhom, l-Awtorità tal- Ippjanar approvat xi tibdiliet fil-pjanijiet li diġà kienu approvati għal 'Ċentru għar- Riżorsi' fil-kampus. Il-bini l-ġdid, li se jibena fuq art li bħalissa tintuża bħala parkeġġ li jinkludi spazji għal-wirjiet, swali, uffiċċji, klassijiet, librerija ġdida u żoni għall-istudju.