Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

minn Albert Gauci Cunningham PROBABBILMENT, ħafna nsew li bħal daż- żmien sena, kulħadd kien qed jistagħġeb kif kien beda Diċembru, u t-temp f 'Malta baqa' wieħed mimli xemx u sħana, jew għall-inqas sħana għal dak iż-żmien tas-sena. Fil- fatt, Diċembru li għadda kien meqjus ġeneralment sħun, b'siegħat ta' xemx li huma iktar min-normal u xita ftit li xejn. Il- kowts ħallejniehom fil- gwardarobba, il-heaters baqgħu mitfijin u min iħobb Milied xitwi (kif suppost), baqa' bix-xewqa. Din is-sena differenti. Wara l-maltemp qawwi fil-jiem tal-Immakulata Kunċizzjoni, fl-aħħar jumejn, il-pajjiżna waqa' taħt dalma ta' maltemp, riħ, xita u kesħa. Fi kliem ieħor, pajjiżna esperjenza t-temp li wara kollox suppost jesperjenza f 'Diċembru, anke jekk ix- xitwa Maltija tilħaq il-qofol tagħha f 'Jannar u Frar. Dawk li jħobbu x-xitwa, ma setgħux kienu aktar kuntenti bit-temp ta' dawn l-aħħar jiem, b'temperaturi li niżlu għal 13-il grad u xita nieżla mingħajr waqfien. Maltemp qawwi jolqot il-gżejjer Maltin: xita, riħ u kesħa Il-ġurnata tas-Sibt kienet immarkata minn sema griż u xi minn daqqiet sewdieni wkoll, xita kontinwa u riħ qawwi ħafna li f 'ħinijiet mnnhom saħansitra miss mal-Forza 8. Filwaqt li l-kosta madwar il-pajjiż offriet xenarji spettakolari, uħud minnhom maqbudin mill-fotografu tagħna James Bianchi, ix-xita ma waqfet xejn u niżlet l-aktar fin-naħiet t'isfel tal-pajjiż. Apparti l-ambjent xitwi li offrew dawn il-jiem, li daħħluna iktar fl-atmosfera tal-Milied, dawn il-jiem immarkaw ukoll l-ewwel ġranet ta' kesħa għall-gżejjer Maltin din is-sena. Il-maltemp mistenni jbatti xi ftit għalkemm ir-riħ u x-xita mistennija jkomplu wkoll illum. Għalkemm it-temp se jikkalma u terġa' tiżreġ ix-xemx fil-bidu tal- ġimgħa d-dieħla, mistennija tirritorna x-xita nhar il- Ġimgħa. U għal Jum il-Milied? S'issa u skont is-sit weather. com huwa żgur li se jkollna xita qawwija l-Ġimgħa u lejliet il-Milied, sakemm morna għall-pubblikazzjoni kien għadu mhux qed jimmarka t-temp nhar il-25 ta' Diċembru. Jidher iżda, li aktar minn l-aħħar snin, se jkollna Milied tal-ġabra, maltemp barra u xi naqra imbuljuta taħraq ġewwa. illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 16 Aħbarijiet Bħal daż-żmien sena konna għadna bit-t-shirt... Malta tintlaqat minn maltemp qawwi...jidher li se jkollna Milied xitwi Ritratti: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016