Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 39

illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 26 Pjazzetta Villaġġ tal-Milied u tentattiv biex jinkiser rekord Nazzjonali f 'San Pawl il-Baħar ILKUNSILL Lokali San Pawl il-Baħar matul il-jiem li ġejjin ser ikun qiegħed jorganizza villaġġ tal- Milied fil-Qawra u f 'San Pawl il-Baħar, filwaqt li jipprova li jinkiser rekord nazzjonali. Illum il-Ħadd 18 ta' Diċembru dan il-villaġġ ser ikun armat fil-Qawra fil- parkeġġ ta' Triq il-Maskli, (magħruf bħala pjazza tas-Santana), qrib il-Bus Terminus bejn it-15.00 u s-19.00, filwaqt li l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa, 21, 22 u 23 ta' Diċembru, dan il- villaġġ ser ikun armat f 'San Pawl il-Baħar fi Ġnien Anton Buttigieg, Triq Parades (it- triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, wara l-BOV). Fuq il-palk ser ikun hemm varjetà ta' kant mit-tfal u korijiet, żfin, is-sehem ta' talent lokali fosthom kantanti u bands stabbiliti. Ser ikun hemm ukoll varjetà ta' stands, animaturi u logħob għat-tfal, u diversi attrazzjoniiet oħra fosthom balloon making, face painting, Father Christmas u karattri oħra. Attrazjoni speċjali matul dawn il-jiem ser tkun siġra naturali armata bit-tiżjin tal- Milied f 'tentattiv li jinkiser rekord nazzjonali ta' l-itwal siġra naturali armata b'tiżjin preparat mit-tfal. Għalhekk it-tfal huma mħeġġa li jagħmlu huma stess it-tiżjin tal-Milied (importanti li t-tiżjin ikun magħmul mit-tfal) u jiġu bih fi Ġnien Anton Buttigieg nhar l-Erbgħa 21 ta' Diċembru bejn il-17.30 u s-19.30. Din l-inizjattiva qed issir bil-kollaborazzjoni tal- Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri, San Pawl il-Baħar. Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntatja lis-Sindku, l-Perit Graziella Galea, fuq in-numru 99470538. Bijografiji ta' Nies Mejtin u Ħajjin Charles Bri a, Born in Birkirkara: A Dictionary of Famous Maltese Personalities from Birkirkara (Horizons Publications, Malta, 2016), proġett tal- Kunsill Lokali Birkirkara DAN il-ktieb huwa dizzjunarju bijografiku li fih 171 artiklu, u għandu l-għan li jagħti d-dinjità storika lin-nies bħala umani. Il-ktieb wieħed jista' jinqeda bih bħala sors ta' tagħrif bijografiku fuq nies prominenti u magħrufin minn Birkirkara, mejtin u ħajjin. Dawn il- personalitajiet huma rġiel u nisa li bil-kisbiet tagħhom u bil-pożizzjonijiet tagħhom ġabru għarfien fis-soċjetà. Imma huwa kemxejn aktar minn dizzjunarju bijografiku għax jipprova juri s-siwi soċjali, l-esperjenzi, u l-merti (letterarji, akkademiċi, professjonali, u tas- sengħa) ta' kull personalità. Kulħadd jingħata l-ispazju xieraq tar-riċerka, skont il-potenzjalitajiet ta' kull wieħed u waħda. Dan il-ktieb, għalhekk, huwa l-gwardjan tal-għerf individwali li jixraqlu jerġa' joħroġ għad-dawl. Kull suġġett jidher bis- soġġettività tiegħu bħala bniedem li jeħtieġ jidher bħala preżenza fil- memorja tagħna. U kull suġġett jinftiehem bħala kontribuzzjoni għall-kultura tagħna. B'hekk l-umaniżmu narawh kemm bħala tifkira storika u kemm bħala binja taċ-ċittadin soġġettiv. Fil-biċċa l-kbira tal-artikli, il-Professur Briffa jipprova jfisser l-aspetti idjosinkratiċi u mentali tal-personalitajiet li jikteb fuqhom. Jemmen bis-sħiħ li l-fatt li nkunu qed niflu l-ħajjiet ta' dawn in-nies li b'xi mod għamlu isem, jista' jwassal għal kontemplazzjoni aktar profonda li tagħtina ħjiel fuq kif jaħdem moħħhom. Briffa, għaldaqstant, jipprova jesplora dawn il- ħajjiet sabiex jikkonferma li tabilħaqq għandna għalfejn niftakruhom. Lejn il-100 sena tal- Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, Qormi HEKK kif bdiet is-sena 2017, baqa' biss sena għall- bidu tal-festa Ċentinarja tas-sena 2019. Il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi huwa l-ewwel Kumitat tax-xorta tiegħu fil-gżejjer Maltin. Minn hemm infetħu l-bibien biex iżjed festi jieħdu l-eżempju minn dan il-Kumitat. Kien fid-29 ta' Ġunju tal- 1919 li twaqqaf il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri. Dan sar wara li fl- 1918 laħaq Kapillan ġdid, Dun Vinċenz Azzopardi li ra l-imħabba tal-poplu Qormi lejn il-festa ta' San Ġorġ. Deher iżda il kien hemm nuqqas ta' qbil bejn il-prokuratur tal-festa u l-kazini tal- baned. Għalhekk inħolqot din l-organizzazjoni ġdida sabiex titneħħa r-responsabbiltà tal-festa esterna minn fuq il- prokuratur u tkun tista' tiġi organizzata aħjar il-festa ta' San Ġorġ. Mid-29 ta' Ġunju tas- sena 2018 jingħata bidu għall-festi speċjali. Hemm diversi proġetti li l-Kumitat qiegħed iħejji għal din is- sena tant speċjali fl-istorja tiegħu. Mingħajr ma jipu żvelati ħafna dettalji, wieħed jista' jobsor li qed jiġu organizzati diversi attivitajiet u tifkiriet tal- okkażjoni. Il-Kumitat Festi Esterni iħares b'wiċċu minn quddiem għall-bidu tal- festi speċjali li jfakkru l-ewwel ċentinarju mit- twaqqif ta' dan il-Kumitat bi storja kbira.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016