Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Intervista 14 'Il-każ tal-Panama hi sħaba D avid Stellini ta' 39 sena ilu jgħix Brussell għal dawn l-aħħar 10 snin fejn hawnhekk, mhux biss iltaqa' mal-mara li hi Taljana iżda bena familja magħha u għandhom żewġ ulied. Għażilt lil David bħala l-ewwel persuna li se nintervista minn Brussell għax hu persuna tal-midja u jirrapreżenta lill-akbar partit Ewropew bħala kelliema għal PPE fuq immigrazzjoni, terroriżmu, data protection eċċ. David, li hu Għawdxi minn Ta' Sannat, hu persuna li kull meta jitkellem fuq xi suġġett partikolari anke jekk hu qed jirrapreżenta partit politiku, xorta kapaċi jgħaddilek l-informazzjoni li tistaqsih mill-lenti tiegħu, bi stil li jemmen fih hu. Beda jgħidilna li xogħlu mhux biss li jgħin lill-MPEs Maltin, iżda lil dawk il- membri Parlamentari li huma ġejjin mill-Partit popolari. David beda jgħidilna li d-dinamika fl-aspett tal-PPE u s-Soċjalisti Ewropej ma tistax tħallatha ma' dik bejn il-Laburisti u n-Nazzjonalisti f 'Malta, għax fl-Ewropa, barra ż-żewġ partiti l-kbar, hemm diversi partiti oħra. "Bejn is-Soċjalisti u l-PPE s'issa, għax l-affarijiet jidhru se jinbidlu, dejjem kellek dak li jsejħulu l-grand coalition biex fi kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni, terroriżmu, sigurtà u ekonomija jingħaqdu u jivvutaw flimkien biex jgħaddu d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn jittieħdu." Bdiet battalja bejn il-PPE u s-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew dwar il-presidenza Mistoqsi għaliex qal il-kelma s'issa, Stellini qal li qamet kwistjoni għax meta laħaq Schulz bħala President tal-Parlament, kien hemm ftehim li wara t-terminu tiegħu, jidħol floku president mill-PPE, u ntagħżel it-Taljan, Antonio Tajani. "Iżda s-soċjalisti, dak il-ftehim ma rrispettawhx, għax Schulz se jitlaq, u għażlu lil Kap tagħhom Pitella biex ikun kandidat għall-elezzjoni għal president tal-Parlament. Dan ifisser li mhux se jappoġġjaw lill-kandidat tagħna. Barra minn hekk, jumejn ilu, Pitella qal f 'konferenza stampa li m'għandna l-ebda tip ta' ftehim u min issa 'l quddiem, se jkun hemm 'clash' qawwi bejn iċ-ċentru lemin u ċ-ċentru xellugi. Ipprovokana, għalkemm aħna xorta nixtiequ li nibnu pont mas-soċjalisti u jien għadni fiduċjuż li wara l-Milied, jintlaħaq dan il-ftehim u jirtiraw in- nomina ta' Pitella u għalhekk għadna naħdmu mas-soċjalisti nittamaw li jdawru r-riedni. Tajani fil-fatt, wieġeb għad-diskors ta' Pittella li hu jrid ikun president ta' kulħadd. Hemm ġurnalisti li qed jgħidulna li l-għażla tal-PPE mhix l-aħjar, iżda din kienet elezzjoni demokratika u l-partit għażel lil Tajani. Issa jekk is-Soċjalisti se jibqgħu bin-nomina ta' Pittella aħna se nagħmlu minn kollox biex inġibu voti minn partit oħra, iżda għadna nittamaw." Mistoqsi jekk l-ideoloġiji taż-żewġ partiti humiex l-istess, li jkunu inklussivi f 'kull sens, Stellini qal li t-tnejn iridu jkunu qrib iċ-ċittadini iżda għandhom modi differenti, "per eżempju aħna nemmnu li tingħata l-qasba u s-soċjalisti li tingħata l-ħuta." Tlabna lil Stellini jgħidilna x'saħħa għandhom it-tliet membri parlamentari Maltin fil-partit popolari. "Tiskanta kemm niltaqa' ma' membri barranin, li jgħidulek kemm għandkom tliet parlamentari tajbin. Mhux biex niftaħar, imma dan hu fatt għal kemm jaħdmu u kemm jagħtu xogħol. Għandek David Casa espert fuq il-politika soċjali, Roberta fuq l-immigrazzjoni u politika interna u Therese dwar il-'copyright', hi l-factotum tal- parlament u l-aktar deputat esperta fuq 'copyright' mill-parlament kollu. Li dawn huma meqjusa f 'partit kbir, tfisser ħafna u għalhekk dejjem se jsibu għajnuna għal Malta." David qalilna wkoll li hu jiftakar lil Simon Busuttil bħala membru parlamentarim, fejn qal li Simon kellu saħħa kbira fil-Parlament Ewropew u għadhom sal-lum ifaħħruh u maħbub wisq. "Kien negozjatur eċċellenti, u fl-istess waqt iżomm id-direzzjoni u l-valur tal-Partit Popolari. Tinsiex li hawn differenti, għax f 'Malta min għandu l-maġġoranza jgħaddi li jrid, iżda hawn waħdek ma tgħaddi l-ebda liġi, iżda trid tinnegozja u tagħmel il-lobbying, u hawn fejn Simon kien b'saħħtu mmens u għadhom isemmuh." Li MPE tkun shadow minister, tista' tagħti aktar mill- Parlamentari part time Maltin Il-kelliem għall-Partit Popolari, semma wkoll il-fatt li tnejn minn żewġ membri parlamentari Maltin, huma shadow ministers tal-Partit Nazzjonalista. "Naqbel perfettament ma' dan, għax dawn jistgħu joffru u jaħdmu iżjed mill-parlamentari part timers Maltin. Għax il-membri parlamentari f 'Malta mhux biss huma part timers, iżda lanqas biss għandhom assistenti bħal dawk fl-Ewropa. Għalhekk, dawn għandhom tim sħiħ jaħdmilhom fuq il-Parlament Ewropew u dak Malti, u jistgħu joffru ħafna iżjed minn oħrajn. Barra li dawn jaqsmu l-ġimgħa fi tnejn, l-ewwel ftit jiem Brussell, u mill-Ħamis jinżlu jaħdmu Malta." Jingħad ħafna li David Casa ma jkunx preżenti daqs l-oħrajn fil- Parlament Ewropew, iżda Stellini ċaħad dan l-argument. "Mhux vera. Minn organizazzjoni indipendenti jisimha 'Vote Watch', Casa ġie vvutat bħala l-aktar MPE influwenti mis- sitta kollha Maltin, u ma niskantax għax jaħdem ħafna u għandu kuntatti li ġabarhom tul dawn it-12- il sena li ilu deputat Ewropew. Fil- kumitati u fil-plenarja, wieħed jista' jiċċekkja li għandu waħda mill-aktar attendenza fost is-sitt MPEs fejn għandu, b'madwar 95% attendenza." Mistoqsi jekk semax xi ħaġa li Casa se joħroġ kandidat għall- elezzjoni ġenerali, "la nafu u lanqas jgħarrfuna. L-MPEs jiddeċiedu huma, u normalment jiddeċiedu viċin ħafna tal-kampanja. Issa jekk Casa jiddeċiedi li joħroġ għall- elezzjoni ġenerali u jitla', imbagħad irid jagħżel jibqax Brussell jew iċedi s-siġġu." David Stellini qal ukoll li l-PPE ma jidħolx f 'elezzjonijiet tal-pajjiżi, u jgħinek kemm jiflaħ biss fl- elezzjonijiet Ewropej iżda mhux tal-lokal. Stellini tkellem ukoll dwar il-filosofija tiegħu dwar il- Parlamentari fejn qal li biex tgħin lin-nies, trid tkun fil-poter u biex tkun fil-poter, trid lill-poplu jpoġġik hemm, u għalhekk il-Partit Popolari jagħmel minn kollox biex ikun fil-poter ħalli jkun jista' jgħin liċ- ċittadini Ewropej. Iżda l-Parlament għandu saħħa, jew jitkellmu biss, u d-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Kummissjoni jew aħjar mill-Kunsill tal-Ewropa? "Il- PPE bħalma għandu saħħa kbira fil- Parlament, għandu fil-Kummissjoni, tant li l-president tal-Kummissjoni hu tagħna, Juncker. Għax il- Kummissarji jitqassmu skont kemm irbaħt siġġijiet fil-parlament fl- elezzjonijiet." 'Lil Leo Brincat ma riduhx, għax ivvota skont kif qallu l-whip dwar il-każ tal-Panama' Fil-każ ta' Leo Brincat, dak li ddeċieda l-Parlament u l-Kummissjoni, ġie mwaqqa' mill-Kunsill, allura dan ifisser li l-aħħar kelma hi tal-Kunsill. "Dik hi proċedura tal-kunsent. Il- gvern innomina lil Leo Brincat u l-Parlament kellu dritt biss jagħti opinjoni f 'dan il-każ, u d-deċiżjoni jeħodha l-kunsill. F'dan l-istadju, kull gvern joqgħod attent li ma joħloqx preċedent, għax inkella meta jiġi għal persuna li jinnomina, hu jiġrilu l-istess allura kulħadd jaċċetta n-nomini ta' wieħed u l-ieħor." "Ir-raġuni li l-Parlament Ewropew ta parir biex ma jiġix aċċettat Leo Brincat, kien minħabba li dan ivvota favur ministru li fetaħ kont il-Panama u għal xejn iżjed. Sal-lum, hemm MEPs li jgħidu li huma ma qablux mal-ħatra ta' Brincat meta dan qalilhom li hu mexa skont kif qallu l-whip tal-partit tiegħu meta dan, fl-irwol ta' awditur, irid ikun indipendenti u mhux jimxi kif jgħidlu l-partit jew il-gvern tiegħu. Għax l-awdituri suppost ikunu 'l bogħod mill-politika." 'Il-partiti tax-xellug li ma jaċċettawx il-każ Panama, għax tal- lemin jemmnu li l-każ jiġi solvut fil-pajjiż u mill-pajjiż' Tkellimna dwar il-każ tal-Panama, fejn hawn qalli li l-aktar nies fil- Parlament Ewropew kontra kontijiet fil-Panama, huma min-naħa tas- John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Simon fil-Parlament Ewropew kien negozjatur mill- aqwa " " Il-gvern Malti se jippresjedi negozjati dwar ir-riforma fid-direttiva kontra l-ħasil tal-flus, u għandek ministru li fetaħ kont il- Panama " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016