Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 10 'Żieda bbażata fuq il-COLA hija l-aħjar kompromess bejn il-unions u min iħaddem' Diskussa wkoll proposta ta' paga minima li tkun biss starting salary Tkompli minn paġna 1 ISSORSI li tkellmu mal-ILLUM sostnew li din il-proposta ta' żieda bbażata fuq il- COLA, b'mekkaniżmu rivedut, għandha tkun l-aħjar kompromess bejn żewġ unions kbar li ma tantx urew ħeġġa għall- proposta tal-Kampanja Paga Minima Diċenti u l-għaqdiet ta' min iħaddem li huma totalment kontra li tintmess l-istruttura tal- pagi li jridu jħallsu huma. Lura f 'Ottubru, is-16-il għaqda pproponew żieda ta' €950 fil-paga minima fuq medda ta' tliet snin, b'żieda ta' €5.88 fil-ġimgħa fl-ewwel sena, €6 fil- ġimgħa fit-tieni sena u €6.30 fil-ġimgħa fl-aħħar sena. Dan ikun ifisser li bil-proposta tal-għaqdiet, fosthom l-Alleanza Kontra l-Faqar u l-Caritas, il-paga minima tiżdied b'€18.30ċ fil-ġimgħa, meta teskludi żieda fil-COLA. Is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM saħqu li l-proposta ta' dawn l-għaqdiet ma tantx niżlet tajjeb minħabba li "b'€950 iktar, huwa ċar li numru minn dawk li jaqilgħu ftit iktar mill- paga minima bħalissa, se jaqgħu fil-faxxa ta' nies li fil-fatt jaqilgħu l-paga minima. B'hekk," kompla jisħaq, "jekk se nżidu l-paga minima biss, fil-fatt li se nagħmlu huwa li nżidu n-nies li għandhom qligħ minimu." Is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM qalu li waqt il- laqgħa, apparti l-proposta relatata mal-COLA, saret ukoll diskussjoni dwar proposti u ideat oħrajn, fosthom li jkun hemm żieda fuq medda ta' tliet snin, li tkun settorjali, jew tgħodd għal grupp partikolari ta' ħaddiema biss, fejn il-ħlas huwa ġeneralment ta' paga minima. Il-proposta tgħid li l-paga minima, fejn il-ħlas huwa tali, tkun 'starting salary' għall-ħaddiema, imbagħad tiżdied fuq medda ta' tliet snin kemm- il darba l-ħaddiem jibqa' jaħdem fl-istess settur, anke jekk ibiddel il-kumpanija li jkun jaħdem magħha. Il-kwistjoni dwar żieda fil-paga minima taf il-bidu tagħha aktar kmieni din is-sena, minn meta kien ippubblikat ir-rapport tal-Caritas dwar l-ispiża bażika meħtieġa biex individwu jew familja tgħix b'mod diċenti. Il-kalkolu li sar kien wieħed konservattiv ħafna li lanqas biss kien jinkludi spejjeż relatati ma' karozza u spiża ta' ħlas ta' self jew kirja għall- proprjetà. Iżda kienet konferenza minn 16-il għaqda li jiffurmaw il-Kampanja Paga Minima Diċenti li xegħlet id- diskussjoni fuq bażi nazzjonali. Il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil ħareġ favur il-proposta ta' żieda ta' €950 fil-paga minima mumenti biss wara l-istess konferenza. Il-Prim Ministru kien iktar kawt u żamm mal-pożizzjoni li filwaqt li jaqbel ma' żidiet, huwa importanti li miżura bħal din tikkunsidra l-effett li jista' jkollha fuq pagi oħrajn. Fil-ħarġa tal-ILLUM tas-6 ta' Novembru, kemm l-eks Segretarju Ġenerali tal- GWU Tony Zarb u anke l-eks Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella kienu kawti dwar il-proposta ta' dawn is-16-il għaqda. familja tgħix b'mod diċenti. Il-kalkolu li sar kien wieħed konservattiv ħafna li lanqas biss kien jinkludi spejjeż karozza u spiża jew kirja għall- konferenza minn ta' żieda ta' €950 fil-paga minima mumenti biss wara oħrajn. Fil-ħarġa tal-ILLUM tas-6 L-imsieħba soċjali ma jridux li tintmess l-istruttura tal-pagi u jinħoloq l-effett tal- konċertina Il-President tistieden lill-Papa Franġisku f 'Malta ILPRESIDENT ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, waqt żjara f 'Ruma stiednet lill-Papa biex iżur Malta f 'dan il-mument sabiex ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu u jsostni l-pożizzjoni ta' Malta hekk kif il-Gvern Malti qed jaħdem mal- istati membri tal-Unjoni Ewropea biex jinstabu soluzzjonijiet fit-tul għall- problema umanitarja tal- immigrazzjoni. Filwaqt li awguratlu l-isbaħ xewqat f 'għeluq sninu, il-President Coleiro Preca rringrazzjat lill-Papa għall-opportunità li Malta ngħatat meta artisti Maltin ġew mistiedna biex għall- ewwel darba jiġi armat presepju minn pajjiż barrani fi Pjazza San Pietru. Hija qalet li din hija opportunità unika fejn il-Maltin qed jesponu t-talenti tagħhom u t-tradizzjoni tal-presepju, u jaqsmuh mad-dinja kollha. Il-President irringrazzjat lill-Papa għall-inizjattiva li hu ħa meta appella biex il-gvernijiet jagħtu klemenza lill-priġunieri fit-tmiem tas-Sena tal-Ħniena, liema appell ġie milqugħ mill- Gvern Malti. Il-President Coleiro Preca waslitlu wkoll ir-ringrazzjamenti personali tal-priġunieri li tkellmu magħha meta aktar kmieni din il-ġimgħa hija żaret il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-President u l-Papa tkellmu wkoll fuq il- Presidenza Maltija tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fejn l-President spjegat ix-xogħol preparatorju li qiegħed isir mill-Gvern ta' Malta bħala parti mit-tħejjija għall-istess Presidenza, filwaqt li elenkat ukoll is-sitt prijoritajiet prinċipali li Malta se tkun qed tpoġġi fuq l-aġenda tal-Presidenza. Intant, il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea kienet ukoll it-tema prinċipali waqt laqgħa li l-President Coleiro Preca kellha mal-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan. Waqt din il-laqgħa, il-President ta' Malta kienet akkumpanjata mill-Ministru għall- Affarijiet Barranin George Vella, u l-Ambaxxatur Malti għall-Vatikan George Buttigieg. Il-President u s-Sur Preca jiltaqgħu mal- Papa Franġisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016