Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 37 L-E etti ta' Brexit fuq il-futbol internazzjonali ILKONSEGWENZI tar-referendum li sar fir- Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE) se jieħdu s-snin biex jiġu magħrufin kompletament. Madankollu, ikun xi jkun l-effett tar-referendum, żgur li għandu u se jkollu impatt u relevanza storika għal bosta raġunijiet. Wieħed mill-punti kruċjali tan-negozjati għall-ħruġ, se jkun il- moviment ħieles tal- persuni, li naturalment jolqot ukoll il-qasam tal-isport. Dan il-kunċett hu wieħed mill-erba' libertajiet tas-Suq Komuni tal-UE u hu meqjus bħala pedina importanti biex jaħdem is-suq ħieles kif immudellat mill-UE. Fl-implikazzjonijiet ekonomiċi u demografiċi ta' dak li jiġi deċiż fin- negozjati, jiġu affettwati wkoll l-isport u l-atleti. L-impatt ovvju li tħalli deċiżjoni li tillimita l-moviment ħieles tal- persuni hu li atleti mir- Renju Unit ma jkunux jistgħu jmorru fi Stati Membri oħra tal-UE b'mod ħieles. Ma ninsewx ukoll li ċ-ċittadini tal-UE jistgħu jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet għal dħul fir-Renju Unit, speċjalment jekk l-eżitu tan-negozjati għal Brexit iwasslu biex ċittadini tal-UE fir-Renju Unit jiġu ttrattati bħaċ-ċittadini kurrenti li mhumiex ċittadini tal-UE. L-attenzjoni ta' bosta sportivi nxteħtet fuq wieħed mill-aktar sport popolari fir-Renju Unit u fil-kontinent Ewropew: il-futbol. Il-futbol fir- Renju Unit, speċjalment fil-Premier League, jinvolvi ħafna nies, impjiegi u flejjes kbar u għaldaqstant, kien ta' tħassib għal dawk involuti fih. Minkejja li stqarrija maħruġa mill-Premier League eskludiet li bi Brexit, il-kompetizzjoni tista' tiġi affettwata fil-popolarità, jekk fin- negozjati tal-Brexit ma jinstabx ftehim simili għal dak li hemm bħalissa, din il-kompetizzjoni (ma' bosta oħrajn) taf tinbidel fil-ġejjieni. Fl-istaġun li għadda, kien hemm 432 plejer Ewropew reġistrat mal-20 tim fil- Premier League. Aktarx li kuntratti eżistenti ma jiġux affettwati, però xi limitazzjonijiet fil- moviment ħieles jafu jnaqqsu dan in-numru b'mod drastiku, iktar u iktar meta wieħed jikkunsidra li jekk ma jinstabx ftehim, plejers ċittadini tal-UE se jkunu jistgħu jilagħbu ma' klabbs fir-Renju Unit biss bil-permess tax-xogħol (work permit). Ir-rekwiżiti speċifiċi u stretti li daħħlet l-FA Ingliża f 'Marzu 2015 biex plejer jingħata dan il-permess, ma tgħinx il-kawża u taf tikkomplika l-affari fil-futur, inkluż ta' ċertu plejers li diġà jilagħbu fir-Renju Unit (fosthom minħabba klawsola li tispeċifika persentaġġ ta' kemm plejer suppost ikun lagħab mal-iskwadra nazzjonali). Minħabba r-riżultat tar- referendum, l-Isterlina wkoll ħadet daqqa u ddgħajfet ferm. Dan ifisser li klabbs mir-Renju Unit, speċjalment dawk l-inqas sinjuri, jafu jsibu l-ħajja iktar diffiċli fis-suq tat-trasferimenti, propju minħabba r-rata tal- kambju tal-Isterlina. Dan il-punt, flimkien f 'nuqqas possibbli fil-potenzjal ta' investiment tar-Renju Unit, jista' wkoll jaffettwa aspetti bħal kuntratti kemm tal-plejers, kif ukoll tal-isponsors u ftehimiet dwar drittijiet televiżivi. Barra minn hekk, ir- riżultat tal-Brexit jaf ifisser li l-klabbs tar- Renju Unit mhux se jkunu jistgħu jgawdu minn liġijiet kemm politiċi u kif ukoll sportivi li diġà huma promulgati. Kif ktibt aktar qabel, il-libertà tal-moviment tista' tkun affettwata direttament u magħha, l-eżitu famuż tal-każ Bosman li kien introduċa l-kunċett ta' free transfers fil-futbol. Regolament interessanti li jaf jiġi affettwat ukoll hu l-Artiklu 19 tar- regolamenti dwar l-istatus u t-trasferiment tal-plejers tal-FIFA. Dan l-artiklu jittratta l-protezzjoni tal-plejers minuri, fejn jingħad li t-"trasferimenti internazzjonali tal- plejers huma permessi biss jekk il-plejer għandu iktar minn 18-il sena". Madankollu, hemm eċċezzjoni importanti li gawdew minnha bosta klabbs fl-UE u fir-Renju Unit, u din tgħid li trasferimenti ta' plejers bejn is-16 u t-18-il sena bejn Stati Membri tal- UE huma possibbli dment li l-klabb juri li jista' jipprovdi ambjent ta' futbol adekwat għall- plejer. Dan ifisser li l-akkademji tal-futbol għaż-żgħazagħ fir-Renju Unit jistgħu jitilfu influss ta' talent Ewropew. Każ famuż fejn klabb Ingliż għamel użu minn din il-klawsola huwa meta l-Arsenal FC fl-2003 iffirma lill-Cesc Fabregas mingħand FC Barcelona ftit wara li għalaq is-16- il sena. Punt pożittiv li jista' joħroġ minn dan kollu però hu li b'nuqqas ta' plejers barranin, jista' jkun il-każ li plejers mir- Renju Unit jingħataw iktar importanza fi ħdan il-klabbs u b'hekk jiġu utilizzati b'mod frekwenti. Dawn ir-restrizzjonijiet, speċjalment fejn jidħol il-moviment ħieles, jistgħu jaffettwaw mhux biss lill-futbol iżda anki sport ieħor partikolarment komuni fir-Renju Unit. Nieħdu eżempju bir-rugby u bil-cricket. Bħalma l-futbol għandu l-każ Bosman, dawn iż-żewġ tipi ta' sport (flimkien ma' oħrajn) igawdu mill-każ Kolpak. F'dan il-każ ġie ddikjarat li ċ-ċittadini ta' pajjiżi li ffirmaw ftehim ta' assoċjazzjoni mal-UE għandhom l-istess dritt għal-libertà ta' xogħol u l-moviment fi ħdan l-UE. B'hekk, bosta klabbs taż-żewġ tipi ta' sport imsemmija ffirmaw plejers minn pajjiżi bħall-Afrika t'Isfel, iż-Żimbabwe, il- Fiji u s-Samoa. L-istess bħalma jista' jiġri b'każijiet oħra, jekk ma jintlaħaqx ftehim, din il-klawżola taf tintilef għar-Renju Unit. Potenzjalment, dawn ir-riperkussjonijiet ma jaffettwawx biss plejers iżda anki kowċis u ħaddiema oħrajn f 'bosta oqsma sportivi. Hu diffiċli li wieħed jipprova jbassar l-effetti kollha tal- Brexit u dawn mhumiex se jinħassu fi ftit jiem. Hemm proċess twil ta' negozjati li probabbilment se jbiddlu t-ton minn jum għal jum u li jafu jwasslu f 'direzzjonijiet differenti fejn jista' wkoll jagħti l-każ li jinstab kompromess ġenwin fuq il-libertà tal-moviment ħieles tal-persuni, li jkun ukoll ta' benefiċċju għall- atleti u dawk li jħobbu l-isport. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal James Azzopardi, li jifforma parti mill- Eżekuttiv tal-MEUSAC.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016