Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 6 Marie Louise tal-lum…il-Marie …qrib in-nies u b'valuri soċjalisti u xellugin sodi daqs l-azzar. Albert Gauci Cunningham janalizza partijiet mid-diskors tal-President nhar Jum ir-Repubblika ID-DISKORS presidenzjali nhar it-Tlieta, nhar Jum ir-Repubblika, kien wieħed mill-aqwa tal-President Marie Louise Coleiro Preca. Fih hija rnexxielha b'mod mirqum ħafna, tkun politika, imma mhux partiġġjana, tasserrixxi t-twemmin politiku-soċjali tagħha b'mod ċar u tkun kurrenti, imma mhux kontroversjali żżejjed. Id-diskors ta' Coleiro Preca poġġieha fermament fuq ix-xellug tal-ispettru politiku u irrijafermaha bħala waħda mill-aktar Presidenti Maltin f 'dawn l-aħħar snin li ma tiddejjaqx li żżomm mal- prinċipji li dejjem emmnet fihom, privatament u iktar minn hekk, apertament. Id-diskors ta' nhar it-Tlieta jagħmel mill-President tar-Repubblika kurrenti, soċjalista, mhux fis-sens partiġġjan (jew Mintoffjan) imma fis-sens ideoloġiku, kif huwa mifhum apertament madwar l-Ewropa. Jiġifieri dak li nifhmu b'soċjaliżmu fuq bażi Ewropea. Anke jekk mhux konxjament, id-diskors issottolinea d-differenza bejn Coleiro Preca u l-Partit Laburista fil-Gvern, li llum aktar minn qatt qabel resaq lejn il-lemin fuq kwistjonijiet ekonomiċi u fl-attitudni ġenerali tiegħu. Il-Partit Laburista llum, xi ftit jew wisq huwa nieqes mill-element soċjali ta' Marie Louise Coleiro Preca u allura mhux xi sigriet meta tara li fuq il-mezzi soċjali l-aktar nies li appoġġjaw kliem il-President kienu l-aktar settur ta' votanti aljenati u l-inqas votanti rappreżentati fil-Parit Laburista, jiġifieri dawk bi twemmin xellugi. L-ILLUM tat ħarsa lejn diversi partijiet mid-diskors tal-President Marie Louise Coleiro Preca u kif dan jintlibes perfett mat-twemmin ta' din il-persuna, li minkejja li llum tpoġġi fuq l-ogħla siġġu tal-pajjiż, baqgħet dik il-mara Qormija, bil-bibien tal-uffiċċju miftuħin għall- fqar, il-ħaddiema u għal dawk kollha li huma fil-bżonn, li dejjem kienet. Mhux kull mhu legali huwa korrett 'Il-Baġit tajjeb? Issa naraw…' Doxxa kiesħa Presidenzjali dwar l-Ambjent Il-Gvern qed jgħid li legalment, għandu kull raġun li jibgħat lura 24 immigrant li kellhom il-Protezzjoni Umanitarja Temporanja tagħhom skaduta. Coleiro Preca tmur lil hinn minn dak li jaqa' strettament fl-ambitu legali u tgħid hekk: 'Nemmen li, moralment, m'għandniex, lil dawk li qed jgħinu fil-prosperità ta' pajjiżna u li ilhom is-snin parti mis- soċjetà tagħna, flok napprezzawhom, nikkastigawhom billi nibagħtuhom lura.' Din hija sfida ċara għad- deċiżjoni tal-Gvern u bl-aktar mod ċar tbeżbiża wkoll li mhux dak kollu li huwa legali, huwa neċessarjament korrett. Raġunament li qed jużaw diversi persuni u għaqdiet igwidati minn twemmin xellugi. Mingħajr ma waħħlet aġġettiv pożittiv mal-aħħar baġit li ressaq il-Gvern, hija tkellmet f 'sens pożittiv dwar l-effett li jista' jkollhom numru ta' miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar baġit u li kienu mmirati biex jgħinu lil dawk li jinsabu fl-aktar saffi baxxi tas-soċjetà. 'Għandi tama li l-miżuri kkontemplati mis- sena d-dieħla, jħallu impatt pożittiv fuq komunitajiet li ilhom ibatu s-snin.' Fil-kwistjoni tal-faqar, Coleiro Preca testendi l-ħidma tagħha minn meta kienet Ministru u tiddeskrivi bħala 'immorali' li anke f 'qafas ta' suċċessi ekonomiċi li qed jikseb il-pajjiż, 'inħallu lin- nies fir-riskju ta' faqar jew 'fi stat perpetwu ta' tallab.' L-akbar tbeżbiża għall-klassi politika kollha, inkluż għall-politiċi li qed imexxu lill-pajjiż bħalissa, kienet fl-ambjent. Jekk taqta' l-ġelu tad-diplomazija, ssib li l-essenza ta' dak li qalet il-President, hija li fil-ħarsien tal-wirt ambjentali, il-politiċi lokali m'għandhomx viżjoni u qed iħarsu biss lejn l-immedjat. 'Kull meta niltaqa' mat-tfal, qegħdin jgħiduli li l-imkejjen miftuħin fejn jilagħbu skarsaw u li t-tnaqqir tal-ispazji miftuħa faqqrilhom ħajjithom.' L-appell tal-President imur lil hinn mill-politiċizazzjoni tal-ambjent. Fil-fatt, ambjent san, spazji miftuħa u l-ħdura huma ta' benefiċċju għal kulħadd, imma speċjalment għall-fqir, għal dik il-persuna jew familja li m'għandhiex ir-riżorsa biex troxx il-flus kull tmiem il-ġimgħa. Il-wirt naturali jagħti l-isbaħ pjaċir, pjaċir li ma jiswiex flus u pjaċir li jikkalma s-sensi. Mingħajru, aħna lkoll verament fqar. '…l-awtoritajiet f 'pajjiżna, fl-ebda żmien ma żammew biżżejjed fiċ-ċentru tal- iżvilupp il-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-futur…jeħtieġ li l-politiċi jaħdmu għal viżjoni u strateġija li tmur lil hinn mill- leġiżlatura waħda.' Bla dubju, din kienet l-akbar doxxa kiesħa lill-politiċi, inkluż jekk mhux l-aktar lill- Gvern, fir-rigward ta' dan il-qasam. Min biegħ ruħu lir-razziżmu… Ħaffu x-xogħol fuq il-proġett tal-housing! Martek iva, proprjetà tiegħek le Il-President ma' tirriżerva l-ebda kliem ħelu u sabiħ għal atteġġjament jew lingwaġġ razzista. Hija tgħid li dawk li biegħu ruħhom lir- razziżmu, u għalhekk indirettament tqabbel ir- razziżmu max- xitan, mhux maturi, kalmi u lanqas raġunati fi kliemhom. 'Nemmen ukoll li din ir-Repubblika għandha tibqa' kenn għad-drittijiet umani u ma tittollera ebda manifestazzjoni ta' mibgħeda, turufnament intern jew ħakma ta' kultura fuq oħra.' Dan il-kliem jelevaha bħala l-persuna li għadha qed iżżomm sod mat- twemmin tas-solidarjetà u l-imħabba Kristjana li dan il-pajjiż suppost iħaddan. Meta l-President ma tħallix il- kurrenti qawwija ta' xenofobija jew biżgħa jġorruha, jew meta ma toqogħdx fis-silenzju għax tibża' li tkun ikkritikata, tkun qed tagħmel lilha nnifisha waħda mill-ftit Presidenti f 'Malta li marru lil hinn mill-kumdità tal-Palazz ta' San Anton u ċ-ċerimonji li magħha ġġib il-kariga. Il-President Coleiro Preca, diġà allineat lilha nnifisha mal-Gvern dwar il-kwistjoni tal-kirjiet privati fil- pożizzjoni tagħha kontra l-proposta ta' Yana Mintoff, żvelata fuq l-ILLUM, dwar kontrolli. Minkejja li mhux qiegħda spalla ma' spalla, ma' Mintoff, persuna li fil-fatt spiċċat fil-Ministeru tal- Familja grazzi għal Coleiro Preca stess, hija qed tħeġġeġ lill-Gvern biex iħaffef ix- xogħol fuq il-proġett ta' housing soċjali li kif kien żvelat fuq din il-gazzetta wkoll, se jinkorpora diversi siti, fosthom l-akbar wieħed f 'Ħal Farruġ. Toħloq fi kliemha sens ta' urġenza biex dan il-proġett jibda u jispiċċa fi żmien qasir, biex it-toqol ta' kirjiet għoljin jitnaqqas. Lill-agressuri tal-vjolenza domestika, il-President Coleiro Preca tfakkar: 'il- veru ħelsien huwa bbażat fuq ir-rispett reċiproku u l-għarfien li ġisem il- bniedem mhu proprjetà ta' ħadd.'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016