Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
illum | Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 28 Kummerċjali Emirates tniedi companion fares speċjali lejn Dubaj u Ċipru Testendi l-offerta għall-Klassi tal-Ekonomija sal-15 ta' Diċembru Bil-ħsieb li tkompli żżid il-ferħ fl-istaġun sabiħ tal-Milied, Emirates qed tniedi offerta ta' companion fare speċjali biex tħeġġeġ lill-vjaġġaturi jesperjenzaw Dubaj u Ċipru, jew iżuru d-destinazzjonijiet favoriti tagħhom. Apparti minn hekk, Emirates qed testendi l-offerta speċjali li għandha bħalissa għall- Klassi tal-Ekonomija, fejn qed toffri skontijiet fuq 24 destinazzjoni fil-Lvant Nofsani, l-Asja, l-Afrika u fin- Nosfinhar tal-Paċifiku. L-offerta tal-companion fare lejn Dubaj u Ċipru Żewġ passiġġieri jew iktar li jivvjaġġaw flimkien fil-Klassi tal- Ekonomija jistgħu jibbenefikaw minn seasonal fare li jibda minn €203 għal kull persuna lejn Larnaka (Ċipru) u minn €503 għal kull persuna lejn Dubaj. Iż- żewġ prezzijiet jinkludu t-taxxi. Miżata ta' €20 tkun applikata jekk id-dati tat-tluq jaħbtu nhar ta' Ġimgħa jew Sibt. L-offerta hi valida għal biljetti li jinxtraw bejn it-8 ta' Diċembru 2016 u l-15 ta' Jannar 2017. Id-dati tat- tluq iridu jkunu sal-31 ta' Mejju 2017. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. L-offerta għall-Klassi tal- Ekonomija estiża Għal dawk li qed ifittxu biex jesploraw destinazzjoniet ġodda fil-Lvant Imbiegħed, il-Lvant Nofsani, l-Afrika u n-Nofsinhar tal-Paċifiku, Emirates qed testendi l-offerta speċjali tagħha lejn 24 destinazzjoni. Il-klijenti huma mħeġġa biex jippjanaw bil- quddiem u jibbukjaw kmieni ħalli jieħdu vantaġġ mill- prezzijiet speċjali. Il-prezzijiet speċjali, li jinkludu t-taxxi, għall-Klassi tal- Ekonomija minn Malta jibdew minn €648 lejn Delhi, €726 lejn Tokyo, €740 lejn Bangkok, €745 lejn Johannesburg, €751 lejn Male u €964 lejn Bali. Destinazzjonijiet oħra jinkludu Accra, Beijing, Shanghai, Guangzhou, Osaka, Singapore, Phuket, Hanoi, Ho Chi Minh City, Mumbai, Cape Town, Kuala Lumpur, Kuwait, Lagos, Manila, Nairobi, Mynamar, u Seoul. Il-bookings għandhom isiru sal-15 ta' Diċembru 2016 għal vjaġġi bid-data ta' tluq mit-3 ta' Diċembru sal-15 ta' Diċembru, mid-29 ta' Diċembru 2016 sal-15 ta' Lulju 2017 u mis-16 ta' Awwissu sal-31 ta' Ottubru 2017. Miżata ta' €20 tkun applikata jekk id-dati tat-tluq jaħbtu nhar ta' Ġimgħa jew Sibt. Termini u kundizzjonijet oħra jinsabu fuq is-sit www.emirates. com/mt Il-ġbir ta' kuljum tal-fliexken tal-ħġieġ mill- bars u ristoranti ser jkompli fil-ġranet festivi L-aħħar ċifri miġbura minn GreenPak Coop Society juru li 12,000 kilo ta' fliexken tal- ħġieġ inġabru bis-servizz ta' kuljum tul perjodu ta' tmien ġimgħat bejn l-10 ta' Awwissu u t-3 ta' Ottubru 2016. Dan ifisser li 12-il tunnellata ta' skart kienu riċiklati minflok spiċċaw fil-miżbla (landfill). GreenPak Coop Society nediet is-servizz ta' kuljum biex tiġbor il-fliexken tal-ħġieġ vojta fi tliet lokalitajiet fuq bażi ta' prova minn Awwissu sat-3 ta' Ottubru. Dan il-proġett pilota, li tħaddem fil-ġranet ta' tmiem il-ġimgħa (kull nhar ta' Ġimgħa, Sibt u Ħadd) fis-1:00 ta' filgħodu, kien disponibbli għall-bars u ristoranti matul ix-xatt tal-Gżira. Is-servizz kien jibda minn Manoel Island, jgħaddi mix-Xatt ta' tas-Sliema, Qui-Si-Sana, Triq it-Torri, il-bajja tal-Balluta, u jibqa' sejjer sat- telgħa ta' Spinola. Is-servizz jiġbor biss fliexken u vażetti tal-ħġieġ vojta Is-servizz ta' kuljum għall- ġbir ta' fliexken tal-ħġieġ ser jitkompla mill-ġdid fl- istess inħawi għall-perjodu tal-Milied li jibda mis-17 ta' Diċembru 2016 sat-2 ta' Jannar 2017. Is-servizz qed isir b'kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali tal-Gżira, tas- Sliema, u San Ġiljan, flimkien mad-Dipartiment tas-Servizzi tat-Tindif. "Qed noffru dan is-servizz mingħajr ħlas lill-bars u ristoranti magħżula f 'dawn it-tliet lokalitajiet. Il-ġbir qed isir fis-sigħat bikrin ta' filgħodu biex jagħmel l-inqas impatt possibbli fuq in-negozju u l-komunità," qal il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak l-Inġ Mario Schembri. "Hekk kif qed noqorbu lejn il-perjodu bieżel tal-aħħar tas-sena, qed inżidu l-frekwenza tas-servizzi tagħna minn tliet darbiet fil-ġimgħa għal seba'darbiet fil-gimgħa." GreenPak tadatta l-frekwenzi tas-servizz tal-ġbir ta' skart skont in-neċċessità. Dan jinkludi perjodi speċjali bħal żmien il-Milied u x-xhur tas-sajf. Mill-Ġimgħa 7 ta' Jannar 2017 is-servizz ser ikompli bil-ġbir matul tmiem il-ġimgħa ( jiġifieri l-Ġimgħa, Sibt u Ħadd) biss. GreenPak Cooperative Society, li tħaddem l-ikbar skema ta' rkuprar ta' skart f 'Malta, tmexxi wkoll is-servizz ta' kull xahar ta' ġbir ta' ħġieġ minn wara l-bieb u ħwienet kummerċjali kull nhar l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. F'Għawdex, dan is-servizz jitħaddem kull l-ewwel Ħamis tax-xahar. GO tniedi direttorju tat-telefon b'xejn fuq app tal-mowbajl GO nediet direttorju tat- telefon mingħajr ħlas fuq application tal-mowbajl. L-app, li tinsab disponibbli fuq Google Play store u l-App store, tinkludi n-numri tat-telefon u mowbajl irreġistrati u li taw il-kunsens biex in- numru tagħhom jitniżżel fid-direttorju tas-servizz tal-operatur rispettiv tagħhom f 'Malta. Fost in- numri rreġistrati, wieħed isib dawk tar-residenzi, negozji u entitajiet tal- Gvern. M'hemmx bżonn ta' reġistrazzjoni biex wieħed juża' l-app. Id-direttorju tat-telefon jista' jintuża' mill-ewwel ladarba jitnizzel fuq il-mowbajl, diment li jkun hemm konnessjoni tal- internet attiva. It-telephony directory mobile app il-ġdida ta' GO hi faċli biex tintuża. In-numri tar- residenzi, negozji u entitajiet tal-Gvern jistgħu jinkisbu billi wieħed ifittex permezz tal-isem, lokalità jew indirizz. Barra minn hekk, jekk l-utenti jirċievu missed call minn numru mhux familjari, hemm għażla fejn ikunu jistgħu jiksbu d-dettalji ta' min qed iċempel, dment li min qed iċempel ikun ta l-kunsens biex id-dettalji tiegħu jew tagħha jkunu aċċessibbli. Kurt Camilleri, il-Kap Kummerċjali ta' GO, qal, "It- telephone directory mobile app ta' GO qed tqiegħed mijiet ta' eluf ta' numri ta' linji fissi u mowbajls tal-operaturi kollha f 'Malta fl-ismartphones ta' kulħadd biex min ikollu bżonn ikun jista' jagħmel użu minnha. It-tnedija tal-app, li hi konvenjenti, faċli biex tużaha u mingħajr ħlas, hi parti mill-impenn ta' GO lejn Malta bħala l-fornitur tas-servizzi ta' komunikazzjoni." Għal aktar tagħrif dwar id- directory mobile app wieħed jista' jżur is-sit: https://www. go.com.mt/phone-directory/ app