Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307
Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet L-allegat bini abbużiv fuq blokka tal-Gvern taħt investigazzjoni Il-Housing qed tinvestiga allegat każ ta' abbuż żvelat din il-ġimgħa minn Anna Mallia minn Albert Gauci Cunningham RAPPORT li deher fuq is-sit illum.com.mt u li silet partijiet minn artiklu miktub mill-Avukat Anna Mallia, qajjem reazzjoni qawwija mill-pubbliku u wassal biex l-Awtorità tad- Djar tibda investigazzjoni dwar allegat abbuż fuq proprjetà tal-Gvern, fejn persuna partikolari mhux talli kriet l-appartament tal-Gvern, talli bniet penthouse fuq il-bejt tal-istess proprjetà li jirriżulta li hi blokk ta' appartamenti. Apparti li kkonferma li għaddejja investigazzjoni dwar dan l-ilment partikolari, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Stephen McCarthy qal lil din il-gazzetta li filwaqt li l-persuna kienet xtrat il-proprjetà u għalhekk setgħet tagħmel li trid biha, inkluż tikriha, għadhom għaddejjin investigazzjonijiet dwar bini ta' penthouse, jew dik li tidher bħala penthouse, fuq il-bejt. L-akbar suspett qed iqum minħabba l-fatt li ħafna drabi, fil-kuntratti li jsiru fil-bejgħ ta' postijiet tal-Awtorità tad-Djar tinbiegħ il-proprjetà innifisha, imma mhux l-arja tal-bejt. Mal-ILLUM, McCarthy spjega kif l-Awtorità qed tinvestiga jekk kienx hemm permessi tal-MEPA biex inbniet din il-penthouse, jekk fil-bejgħ tal-proprjetà kienx hemm il-bejgħ tal- arja, u x'inhu l-użu tal- istess kamra, jiġifieri jekk fil-fatt hux qed tintuża bħala penthouse li minnha qed isir il-kummerċ. L-ILLUM staqsiet lil Mc Carthy jekk dan it-tip ta' allegat abbuż hux komuni, bir-risposta tiegħu tkun li, "le l-aktar li jkollna, ikun abbuż fuq skala iżgħar. Jekk jirriżulta fil-pożittiv, li fil-fatt sar abbuż u xi ħadd bena penthouse fuq il-bejt ta' blokka tal-Gvern meta l-persuna ma kellhiex il- permessi neċessarji, inkunu qegħdin nħarsu lejn wieħed mill-aktar każijiet ta' abbuż flagranti li l-Awtorità kellha fl-aħħar snin." Kienet l-avukata Anna Mallia li f 'artiklu fuq il- gazzetta l-orizzont din il-ġimgħa żvelat kif kienu qed jaslulha diversi ilmenti dwar abbuż mis-servizz ta' housing offrut mill- Gvern, fosthom dan il-każ partikolari. Mallia sostniet li dwar dan il-każ, kienu ilhom isiru lmenti, imma azzjoni baqgħet ma tteħditx. Għalkemm f 'kuntatt ma' din il-gazzetta ma tatx aktar dettalji, Mallia qalet ukoll li waslu għandha każi fejn persuni qed jgħixu f 'postijiet tal-Gvern li l-Awtorità lanqas biss taf bihom u li allura mhux qed titħallas kera fuqhom. Kelliem għall- Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali ċaħad li dan jista' jkun il-każ u f 'kummenti mal-ILLUM qal hekk: "Niċħad bil- qawwa li hemm postijiet tal-Awtorità tad-Djar li l-istess awtorità ma tafx bihom. Jista' jkun li l-proprjetà fil-fatt tkun tad- Dipartiment tal-Artijiet, imma l-Awtorità tad-Djar għandha inventarju estensiv ħafna tal-proprjetajiet kollha li għandha.' Minkejja li kkonferma dan, McCarthy żied jgħid li tista' tkun idea tajba li l-Awtorità żżomm inventarju tal-proprjetà li tkun inbiegħet, bħal fil-każ tal-imsemmi sid fl-artiku ta' Mallia. Għall-kritika ta' Mallia li l-infurzar huwa nieqes, il- kelliem tal-Ministeru fakkar lil din il-gazzetta li sas-sena l-oħra, biex l-Awtorità tad- Djar tagħmel spezzjonijiet kellha tiddependi mid- Dipartiment tal-Artijiet. "Illum, l-Awtorità għandha dipartiment tal-infurzar tagħha, li jfisser li kull abbuż li jkun irrapurtat, jiġi investigat dak il-ħin stess u mhux jieħu t-tul." L-istess kelliem żvela kif fix-xhur li ġejjin, l-awtorità se tkompli ssaħħaħ l-infurzar billi żżid ir-riżorsa umana fid- dipartiment." Allegazzjonijiet ta' abbuż fi blokok tal-Gvern iwasslu għal investigazzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar Il-Kap Eżekuttiv tal-Housing Stephen McCarthy L-IMF jipprevedu aktar tkabbir u aktar impjiegi fiż-żmien li ġej ....tirrevedi t-tkabbir għal 4% minn 3.5% FIR-RAPPORT annwali tagħhom fuq l-ekonomija ta' pajjiżna, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) sostnew li l-ekonomija Maltija kibret b'rata eċċezzjonali u ferm ogħla milli kienu jistennew. Fil- fatt, filwaqt li f 'Jannar li għadda l-IMF kienet qed tbassar tkabbir ta' 3.5% għall-2016, issa dan ġie rivedut 'il fuq għal 4%. Fl-analiżi tagħhom, l-ekonomisti tal-IMF jgħidu li "t-tkabbir ekonomiku f 'Malta kien qawwi ħafna," u jinnutaw li kien hawn "tkabbir qawwi fir-rata ta'impjiegi u titjib fil-finanzi pubbliċi." Skont l-IMF dan kien frott ta' "politiki u deċiżjonijiet tajbin." Dan is-suċċess ekonomiku mistenni jkompli fis-snin li ġejjin, tant li l-esperti tal- IMF qed jgħidu li pajjiżna se jesperjenza tkabbir qawwi fil-qasam tal-impjiegi li mistenni jkompli fis-snin li ġejjin u li mistenni jżomm il-qgħad f 'livelli baxxi. Il- Gvern fi stqarrija jsostni li dan imur għal kollox kontra d-diskors tal-Oppożizzjoni li jbeżża' li l-ekonomija se tmur ħażin. Dwar il-finanzi pubbliċi, ir-rapport annwali tal-IMF jikkonferma t-tnaqqis fid- defiċit u jbassar li d-defiċit se jkun ta' 0.6% is-sena d-dieħla, dan meta sa Jannar li għadda kienu qed ibassru li d-defiċit ta' pajjiżna ser ikun 1% tal-ġid nazzjonali. Filwaqt li l-Oppożizzjoni ssostni li l-finanzi pubbliċi huma f 'riskju, ifakkar il- Gvern, l-esperti tal-IMF qed jgħidu li dan l-aġġustament flimkien ma' kundizzjonijiet ekonomiċi tajbin se jwasslu biex ikompi jonqos id-dejn għal inqas minn 60% tal- Prodott Domestiku Gross. Sa Jannar li għadda, l-IMF kien qed isostni li din il-mira ma tistax tintlaħaq qabel l-2019, filwaqt li issa qed jgħid li din il-mira se tintlaħaq is-sena d-dieħla. L-ekonomisti tal-IMF faħħru r-ristrutturar tal- Enemalta. Kellhom kliem ta' tifħir ukoll għar-riforma tal-pensjonijiet. Riforma oħra li ġiet milqugħa mill-IMF kienet it-twaqqif tal-Bank tal- Iżvilupp Malti meqjus li se ssaħħaħ l-ekonomija u tagħti spinta ġdida lill- SMEs, kif ukoll iwassal għal finanzjament ta' proġetti kbar ta' infrastruttura u żvilupp soċjali. Fl-istess ħin l-IMF ħeġġet lill-Gvern biex ikompli bir-momentum fir-riformi tiegħu għax tqis li dan jista' jwassal għal distribuzzjoni iktar ekwa tal-ġid ikkreat. Dan huwa simili għall- analiżi li għamlet il- Kummissjoni Ewropea meta kkummentat fuq il-Baġit għall-2017 u nnotat li l-baġit jinkludi miżuri soċjali bil- mira tkun il-ġustizzja soċjali, partikolarment, l-indirizz tal-inugwaljanza soċjali u l-indirizz tal-problema tal- faqar.