Illum previous editions

ILLUM 18 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/764307

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

illum Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016 Sports 32 minn Cristian Antony Muscat Valletta .................... 0 Floriana .................... 0 IL-ĠIRIEN iżda rivali kbar ta' xulxin, Valletta u Floriana, temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ġust ta' mingħajr gowls. Fil-11-il minuta, Floriana rebħu penalti meta minn azzjoni ta' corner mogħti mill-captain Nicolas Chiesa, id-difensur versatili ta' Valletta, Steve Borg, miss il-ballun b'idu fil-kaxxa. Iżda, mil-11-il metru nkariga ruħu l-istess Nicolas Chiesa li ra lill- goalkeeper mil-Litwanja, Dzjugas Bartkus, idawwar il-ballun f 'corner b'mod spettakolari, wara li ntefa' minn tulu fl-art. Valletta rrispondew fit-18-il minuta, meta Jhonnatann Benites Da Conceicao, approfitta bis-sħiħ minn indeċiżjoni fid-difiża tal-Greens, dar tajjeb mal-goalkeeper ta' Floriana, Justin Haber, qabel ra t-tentattiv tiegħu indirizzat lejn lasti vojta, jintemm ċentimetri barra mil-lasti tal-istess goalkeeper internazzjonali Malti. Fid-39 minuta reġa' kien il-midfielder offensiv Brażiljan ta' Valletta, Jhonnattann Benites Da Conceicao li ħoloq il- periklu meta freekick insidjuż tiegħu ġie salvat bi bravura minn Justin Haber. Kien biss fid-79 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fit-tieni taqsima meta Ignacio Varlea pprova jkompli l-ballun għal ġewwa iżda l-goalkeeper Dziugas Bartkus, ħareġ tajjeb u tajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Valletta - Bartkus, Caruana, S. Borg, Camilleri, Mifsud, Goncalves Alhinho, Montebello (Uchenna Calistus 69'), Cremona (J. Borg 76'), Pani, Aguirre, Benites Da Conceicao (Pericles Romao 84') Floriana - Haber, Ruiz, S. Pisani, Borg (Monticelli 71'), Varela, Vella, J. Pisani, Cini, Chiesa, Fontanella, Camenzuli Referi - Alan Mario Sant DZJUGAS BARTKUS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Valletta matul is-sajf li għadda. Kien strumentali f 'din il-partita hekk kif salva penalti deċisiv mogħti minn Nicolas Chiesa fil- 11-il minuta. Minn diversi ġimgħat 'l hawn sar l-għażla regolari tal-kowċ Paul Zammit bejn il-lasti Beltin. Draw ġust ta' mingħajr gowls bejn Valletta u Floriana Maurizio Vella segwit minn Llywelyn Cremona, bir-referi interazzjonali tal-FIFA, Alan Mario Sant, isegwi l-azzjoni mill-qrib Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2016